This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0976
Council Decision (EU) 2020/976 of 6 July 2020 on the financial contributions to be paid by Member States to finance the European Development Fund, including the second instalment for 2020
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/976 tas-6 ta’ Lulju 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2020
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/976 tas-6 ta’ Lulju 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2020
ST/8958/2020/INIT
ĠU L 215, 7.7.2020, pp. 17–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
7.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/976
tas-6 ta’ Lulju 2020
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir- Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2020 li tispeċifika (a) l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2020, (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2020, f’każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, fit-8 ta’ April 2020, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jiġġestixxi, |
|
(3) |
L-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877 jipprevedi li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għal fondi taħt l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-“10 FEŻ”) għall-BEI u taħt il-Ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-“11-il FEŻ”) għall-Kummissjoni, |
|
(4) |
L-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1877 jipprevedi li l-ammonti minn proġetti taħt l-10 FEŻ jew minn Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti oħrajn mhux impenjati skont l-Artikolu 1(3) tal-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (il-“Ftehim Intern”), jew diżimpenjati skont l-Artikolu 1(4) tal-Ftehim Intern, dment li ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill b’mod unanimu, għandhom inaqqsu dik il-parti mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern. |
|
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1800 (3), il-Kunsill adotta, fl-24 ta’ Ottubru 2019, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ mill-Istati Membri għall-2020 li jikkonsisti minn EUR 4 400 000 000 għall-Kummissjoni, u minn EUR 300 000 000 għall-BEI, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala t-tieni ħlas parzjali għall-2020 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(2) ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1800 tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2021, l-ammont annwali għall-2020, l-ewwel ħlas parzjali għall-2020 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2022 u 2023 (ĠU L 274, 28.10.2019, p. 9).
ANNESS
|
L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT |
Skema tal-10 FEŻ f’ % |
Skema tal-11-il FEŻ f’ % |
It-tieni ħlas parzjali tal-2020 (EUR) |
Totali |
|
|
Kummissjoni |
BEI |
||||
|
Il-11-il FEŻ |
L-10 FEŻ |
||||
|
IL-BELĠJU |
3,53 |
3,24927 |
51 988 320,00 |
3 530 000,00 |
55 518 320,00 |
|
Il-BULGARIJA |
0,14 |
0,21853 |
3 496 480,00 |
140 000,00 |
3 636 480,00 |
|
IĊ-ĊEKJA |
0,51 |
0,79745 |
12 759 200,00 |
510 000,00 |
13 269 200,00 |
|
ID-DANIMARKA |
2,00 |
1,98045 |
31 687 200,00 |
2 000 000,00 |
33 687 200,00 |
|
IL-ĠERMANJA |
20,50 |
20,57980 |
329 276 800,00 |
20 500 000,00 |
349 776 800,00 |
|
L-ESTONJA |
0,05 |
0,08635 |
1 381 600,00 |
50 000,00 |
1 431 600,00 |
|
L-IRLANDA |
0,91 |
0,94006 |
15 040 960,00 |
910 000,00 |
15 950 960,00 |
|
IL-GREĊJA |
1,47 |
1,50735 |
24 117 600,00 |
1 470 000,00 |
25 587 600,00 |
|
SPANJA |
7,85 |
7,93248 |
126 919 680,00 |
7 850 000,00 |
134 769 680,00 |
|
FRANZA |
19,55 |
17,81269 |
285 003 040,00 |
19 550 000,00 |
304 553 040,00 |
|
IL-KROAZJA |
0,00 |
0,22518 |
3 602 880,00 |
0,00 |
3 602 880,00 |
|
L-ITALJA |
12,86 |
12,53009 |
200 481 440,00 |
12 860 000,00 |
213 341 440,00 |
|
ĊIPRU |
0,09 |
0,11162 |
1 785 920,00 |
90 000,00 |
1 875 920,00 |
|
IL-LATVJA |
0,07 |
0,11612 |
1 857 920,00 |
70 000,00 |
1 927 920,00 |
|
IL-LITWANJA |
0,12 |
0,18077 |
2 892 320,00 |
120 000,00 |
3 012 320,00 |
|
IL-LUSSEMBURGU |
0,27 |
0,25509 |
4 081 440,00 |
270 000,00 |
4 351 440,00 |
|
L-UNGERIJA |
0,55 |
0,61456 |
9 832 960,00 |
550 000,00 |
10 382 960,00 |
|
MALTA |
0,03 |
0,03801 |
608 160,00 |
30 000,00 |
638 160,00 |
|
IN-NETHERLANDS |
4,85 |
4,77678 |
76 428 480,00 |
4 850 000,00 |
81 278 480,00 |
|
L-AWSTRIJA |
2,41 |
2,39757 |
38 361 120,00 |
2 410 000,00 |
40 771 120,00 |
|
IL-POLONJA |
1,30 |
2,00734 |
32 117 440,00 |
1 300 000,00 |
33 417 440,00 |
|
IL-PORTUGALL |
1,15 |
1,19679 |
19 148 640,00 |
1 150 000,00 |
20 298 640,00 |
|
IR-RUMANIJA |
0,37 |
0,71815 |
11 490 400,00 |
370 000,00 |
11 860 400,00 |
|
IS-SLOVENJA |
0,18 |
0,22452 |
3 592 320,00 |
180 000,00 |
3 772 320,00 |
|
IS-SLOVAKKJA |
0,21 |
0,37616 |
6 018 560,00 |
210 000,00 |
6 228 560,00 |
|
IL-FINLANDJA |
1,47 |
1,50909 |
24 145 440,00 |
1 470 000,00 |
25 615 440,00 |
|
L-IŻVEZJA |
2,74 |
2,93911 |
47 025 760,00 |
2 740 000,00 |
49 765 760,00 |
|
IR-RENJU UNIT |
14,82 |
14,67862 |
234 857 920,00 |
14 820 000,00 |
249 677 920,00 |
|
TOTAL EU-27 U R-RENJU UNIT |
100,00 |
100,00 |
1 600 000 000,00 |
100 000 000,00 |
1 700 000 000,00 |