EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0951

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/951 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova

ST/14205/2019/INIT

ĠU L 212, 3.7.2020, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/951/oj

Related international agreement

3.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/951

tas-26 ta’ Ġunju 2020

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova (2) (Il-’Ftehim’) ġie ffirmat fis-26 ta’ Ġunju 2012, soġġett għall-konklużjoni tiegħu, f’konformità mad-Deċiżjoni 2012/639/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill (3).

(2)

Il-Ftehim ġie ratifikat mill-Istati Membri kollha minbarra r-Repubblika tal-Kroazja, li taderixxi mal-Ftehim f’konformità mal-Att ta’ Adeżjoni tal-2012. Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja (4) ġie ffirmat fit-22 ta’ Lulju 2015 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1389 (5).

(3)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat f’isem l-Unjoni.

(4)

L-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2012/639/UE jinkludu dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta’ deċiżjonijiet u dwar ir-rappreżentanza fir-rigward ta’ diversi kwistjonijiet stabbiliti fil-Ftehim. Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 2015 fil-Każ C-28/12 (6), Il-Kummissjoni vs il-Kunsill, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet titwaqqaf. Wara li ġew ikkunsidrati t-Trattati, mhumiex meħtieġa dispożizzjonijiet ġodda dwar dawk il-kwistjonijiet u d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni stipulati fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2012/639/UE mhumiex aktar meħtieġa. Konsegwentement, jenħtieġ li l-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 4 u l-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni 2012/639/UE jieqfu japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni. (7)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 29(1) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fir-rigward ta’ deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt skont il-punt (a) tal-Artikolu 26(7)tal-Ftehim li jikkonċernaw l-inklużjoni ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni fl-Anness III għall-Ftehim, soġġett għal kwalunkwe aġġustament tekniku meħtieġ, għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni, wara li tiġi ppreżentata għall-konsultazzjoni lill-Kunsill jew il-korpi preparatorji tiegħu, kif deċiż mill-Kunsill.

Artikolu 4

Il-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 4 u l-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni 2012/639/UE għandhom jieqfu japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Il-kunsens tas-17 ta’ Ġunju 2020 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 292 20.10.2012, p. 3.

(3)  Id-Deċiżjoni 2012/639/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova ((ĠU L 292, 20.10.2012, p. 1).

(4)  ĠU L 215, 14.8.2015, p. 3.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1389 tas-7 ta’ Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 215, 14.8.2015, p. 1).

(6)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 2015, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, il-Kawża C-28/12, ECLI:EU:C:2015:282.

(7)  It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 292, 20.10.2012, p. 3, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


Top