This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0905
Council Decision (CFSP) 2020/905 of 29 June 2020 amending Decision (CFSP) 2017/1428 in support of the implementation of the Maputo Action Plan for the implementation of the 1997 Convention on the Prohibition of the Use, Stockpiling, Production and Transfer of Anti-Personnel Mines and on their Destruction
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/905 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Maputo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni tagħhom
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/905 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Maputo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni tagħhom
ST/8542/2020/INIT
ĠU L 207, 30.6.2020, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2021
30.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/905
tad-29 ta’ Ġunju 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Maputo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta’ Awwissu 2017 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 (1), li jipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha. |
(2) |
Il-ftehim ta’ finanzjament mal-Unità ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni Tagħhom (l-‘ISU’), irrappreżentat miċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Ġinevra għat-Tneħħija ta’ Mini għal Skopijiet Umanitarji, li hija l-aġenzija ta’ implimentazzjoni għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428, ġie ffirmat fit-30 ta’ Ottubru 2017 u jiskadi fid-29 ta’ Ottubru 2020. |
(3) |
Fis-16 ta’ April 2020, l-ISU talbet estensjoni mingħajr spejjeż ta’ erba’ xhur tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 sat-28 ta’ Frar 2021, minħabba l- pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar internazzjonali. |
(4) |
Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sat-28 ta’ Frar 2021. |
(5) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1428 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tiskadi fit-28 ta’ Frar 2021.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1428 tal-4 ta’ Awwissu 2017 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Maputo għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-1997 fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta’ Mini kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni tagħhom (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 101).