Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0899

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/899 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

ST/7067/2015/INIT

ĠU L 207, 30.6.2020, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/899/oj

Related international agreement

30.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/899

tas-26 ta’ Ġunju 2020

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/803 (2), il-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra (3), sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (il-“Protokoll”), ġie ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja (4) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea u Istati Membri tagħha.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiddepożita (jiddepożitaw), f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Kunsens tat-12 ta’ Diċembru 2018 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/803 tas-7 ta’ Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 132, 21.5.2016, P. 79).

(3)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fi ĠU L 334, 6.12.2012, p. 3.

(4)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fi ĠU L 132, 21.5.2016, p. 81, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.


Top