Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0680

    Deċiżjoni tal-kunsill (UE) 2020/680 tat-18 ta’ Mejju 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għas-Servizzi u l-Investiment stabbilit skont il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, b’rabta mal-adozzjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-Membri tat-Tribunal, għall-Membri tat-Tribunal tal-Appell u għall-medjaturi

    ST/13031/2019/INIT

    ĠU L 161, 25.5.2020, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/680/oj

    25.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/5


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/680

    tat-18 ta’ Mejju 2020

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għas-Servizzi u l-Investiment stabbilit skont il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, b’rabta mal-adozzjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-Membri tat-Tribunal, għall-Membri tat-Tribunal tal-Appell u għall-medjaturi

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 (1) tipprovdi l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat fit-30 ta’ Ottubru 2016.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 (3) tipprovdi l-applikazzjoni proviżorja ta’ partijiet tal-Ftehim, inkluż l-istabbiliment tal-Kumitat għas-Servizzi u l-Investiment. Il-Ftehim ilu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-21 ta’ Settembru 2017.

    (3)

    Skont l-Artikolu 26.2.4 tal-Ftehim, il-Kumitat għas-Servizzi u l-Investiment jista’ jieħu deċiżjonijiet meta l-Ftehim jipprovodi dan.

    (4)

    F’konformità mal-Artikolu 8.44.2 tal-Ftehim, il-Kumitat għas-Servizzi u l-Investiment għandu jadotta deċiżjoni dwar kodiċi ta’ kondotta għall-Membri tat-Tribunal, għall-Membri tat-Tribunal tal-Appell, u għall-medjaturi, li għandu jiġi applikat f’tilwim li jirriżulta mill-Kapitolu Tmienja (Investiment) tal-Ftehim.

    (5)

    Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat għas-Servizzi u l-Investiment abbażi tal-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat għas-Servizzi u l-Investiment dwar kodiċi ta’ kondotta sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’Isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għas-Servizzi u l-Investiment b’rabta mal-adozzjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-Membri tat-Tribunal, għall-Membri tat-Tribunal tal-Appell u għall-medjaturi għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat għas-Servizzi u l-Investiment (4) mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. GRLIĆ RADMAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 tat-28 ta’ Ottubru 2016 dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1).

    (2)  ĠU L 11, 14.1.2017, p. 23.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 tat-28 ta’ Ottubru 2016 dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1080).

    (4)  Ara d-dokument ST 6966/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.


    Top