This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0663
Council Decision (CFSP) 2020/663 of 18 May 2020 amending Decision 2012/389/CFSP on the European Union Capacity Building Mission in Somalia (EUCAP Somalia)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/663 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja(EUCAP Somalia)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/663 tat-18 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja(EUCAP Somalia)
ST/7592/2020/INIT
ĠU L 157, 19.5.2020, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/663
tat-18 ta’ Mejju 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja(EUCAP Somalia)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) li tikkonċerna l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR). |
(2) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (2) li emendat il-mandat tal-Missjoni biex tiġi ffukata fuq il-bini tal-kapaċità fis-Somalja u biddel isem il-Missjoni għal EUCAP Somalia. |
(3) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1942 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK biex EUCAP Somalia tiġi estiża u tingħata ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
(4) |
Fl-4 ta’ Frar 2020, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà emenda l-Pjan Operazzjonali tal-EUCAP Somalia u qabel li jenħtieġ li jiġu previsti miżuri ta’ sigurtà addizzjonali. |
(5) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata billi jiżdied l-ammont ta’ referenza finanzjarja, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, is-seba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jkun ta’ EUR 71 189 005,32.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1942 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 314, 11.12.2018, p. 56).