Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0609

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/609 tas-27 ta’ April 2020 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura interni tal-Kumitat Konġunt għall‐Kooperazzjoni Doganali

    ST/6882/2020/INIT

    ĠU L 142, 5.5.2020, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/609/oj

    5.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 142/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/609

    tas-27 ta’ April 2020

    dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura interni tal-Kumitat Konġunt għall‐Kooperazzjoni Doganali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali ("il-Ftehim") ġie konkluż mill-Unjoni permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/601 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2018.

    (2)

    Skont il-punt (e) tal-Artikolu 20(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont l-Artikolu 20(1) tal-Ftehim għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura interni tiegħu.

    (3)

    Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali, peress li d-deċiżjoni ser ikollha effett legali fl‐Unjoni.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura interni tiegħu għandha tkun ta’ appoġġ għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall‐Kooperazzjoni Doganali (2).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. GRLIĆ RADMAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/601 tas-16 ta’ April 2018 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 5).

    (2)  Ara d-dokument ST 6932/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.


    Top