Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“
Dokumentas 32020D0534
Commission Implementing Decision (EU) 2020/534 of 16 April 2020 suspending the examination of applications for membership of existing European Reference Networks (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/534 tas-16 ta’ April 2020 li tissospendi l-eżami tal-applikazzjonijiet għas-sħubija tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza eżistenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/534 tas-16 ta’ April 2020 li tissospendi l-eżami tal-applikazzjonijiet għas-sħubija tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza eżistenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/2420
ĠU L 119, 17.4.2020, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Galioja
|
17.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/18 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/534
tas-16 ta’ April 2020
li tissospendi l-eżami tal-applikazzjonijiet għas-sħubija tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza eżistenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4)(b) u (c) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE (2) tistipula l-kriterji għall-istabbiliment u għall-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza (“Netwerks”) u tal-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta’ dawk in-Netwerks. L-Artikolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni stieden lill-Istati Membri biex iwaqqfu Bord tal-Istati Membri bl-għan li jiddeċiedu jekk japprovawx jew le l-proposti għan-Netwerks, is-sħubija u t-terminazzjoni tagħhom. L-Istati Membri waqqfu l-Bord tal-Istati Membri, li sussegwentement approva 23 Netwerk f’Diċembru 2016 u wieħed fi Frar 2017. In-Netwerks kollha bdew l-attivitajiet fl-2017. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2019/1269/UE (3) emendat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/287/UE u introduċiet, fost affarijiet oħra, il-kunċett ta’ bord għal kull Netwerk individwali, kif ukoll limiti ta’ żmien għal dawk il-bords biex joħorġu l-abbozz tal-opinjoni u l-opinjoni finali tagħhom dwar l-applikazzjonijiet għas-sħubija. |
|
(3) |
Għalhekk l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/287/UE jistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjonijiet għall-isħubija tan-Netwerks eżistenti, inkluż limiti ta’ żmien speċifiċi li l-bords tan-Netwerks u l-fornituri tal-kura tas-saħħa applikanti jridu jikkonformaw magħhom. |
|
(4) |
Is-sejħa għall-isħubija tan-Netwerks eżistenti nfetħet fl-2019 u l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet li waslu għadha għaddejja. |
|
(5) |
Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, l-isforzi tal-fornituri tal-kura tas-saħħa u tal-professjonisti fil-kura medika fl-Unjoni kollha qegħdin jintużaw biex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa pubblika li għaddejja bħalissa. Għadd ta’ talbiet minn bordijiet differenti tan-Netwerks ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li dawn iċ-ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni jagħmluha impossibbli għalihom u għall-applikanti li jissodisfaw il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/287/UE. |
|
(6) |
Sabiex il-proċedura ta’ valutazzjoni tkun tista’ tkompli kif xieraq ladarba ċ-ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni marbuta mal-emerġenza tas-saħħa pubblika ma jibqgħux jeżistu, jenħtieġ li l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-isħubija tan-Netwerks eżistenti li kienu għadhom għaddejjin sal-31 ta’ Marzu 2020 jiġi sospiż mill-1 ta’ April 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2020. Sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa, jenħtieġ li s-servizzi tal-Kummissjoni jinfurmaw lill-bordijiet kollha tan-Netwerks, lill-applikanti u lill-Istati Membri dwar is-sospensjoni u r-raġunijiet għaliha. |
|
(7) |
Sabiex titnaqqas l-inċertezza dwar l-applikazzjonijiet pendenti matul il-pandemija, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li tapplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ April 2020. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/24/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-eżami tal-applikazzjonijiet għall-isħubija tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza li kienu għaddejjin fil-31 ta’ Marzu 2020, għandu jiġi sospiż mill-1 ta’ April 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ April 2020.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi faċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta’ Netwerks bħal dawn (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 79).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1269 tas-26 ta’ Lulju 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/287/UE li tistipula l-kriterji biex jiġu stabbiliti u evalwati n-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta’ dawn in-Netwerks (ĠU L 200, 29.7.2019, p. 35).