Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0520

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/520 tat-18 ta’ Novembru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

    ST/13318/2019/INIT

    ĠU L 117, 15.4.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/520/oj

    15.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 117/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/520

    tat-18 ta’ Novembru 2019

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħhom,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Ukrajna (1)(“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-1 ta’ Diċembru 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2013.

    (2)

    Il-Bulgarija u r-Rumanija saru Stati Membri tal-Unjoni fl-1 ta’ Jannar 2007 u l-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013.

    (3)

    Skont l-Artikolu 6(2) tal-Atti tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazjairid jintlaħaq qbil dwar l-adeżjoni għall-Ftehim permezz ta’ protokoll għall-Ftehim. Dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu proċedura simplifikata li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-Ukrajna.

    (4)

    Fit-23 ta’ Ottubru 2006 u fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex tikkonkludi protokolli għall-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu kkonkludew.

    (5)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet b’suċċess in-negozjati mal-Ukrajna dwar il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), permezz ta’ skambju ta’ notes verbales.

    (6)

    Il-Protokoll jenħtieġ li jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll (2).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. LEPPÄ


    (1)  ĠU L 125, 26.4.2014, p. 3.

    (2)  It-test tal-Protokoll ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


    Top