This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0253
Council Decision (CFSP) 2020/253 of 25 February 2020 amending Decision (CFSP) 2018/906 extending the mandate of the European Union Special Representative for the Sahel
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/253 tal-25 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/253 tal-25 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel
ST/5913/2020/INIT
ĠU L 54I, 26.2.2020, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2021
26.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 54/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/253
tal-25 ta’ Frar 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2274 (1) li taħtar lis-Sur Ángel LOSADA FERNÁNDEZ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel. |
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 (2) li testendi l-mandat tar-R SU E għas-Saħel. Il-mandat tar-RSUE jagħlaq fid-29 ta’ Frar 2020. |
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE għas-Saħel jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2021. |
(4) |
Ir-RSUE għas-Saħel ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/906 hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-mandat tas-Sur Ángel LOSADA FERNÁNDEZ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (RSUE) huwa estiż sat-28 ta’ Frar 2021. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u ta’ proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”. |
(2) |
Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2021 għandu jkun ta’ EUR 1 600 000.”. |
(3) |
Fl-Artikolu 14, jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Novembru 2020.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2020.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2274 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 44).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/906 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel(ĠU L 161, 26.6.2018, p. 22).