Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0252

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/252 tal-25 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

ST/5911/2020/INIT

ĠU L 54I, 26.2.2020, pp. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/252/oj

26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 54/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/252

tal-25 ta’ Frar 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ April 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/598 (1) li taħtar lis-Sur Peter BURIAN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali.

(2)

Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE għall-Asja Ċentrali. Il-mandat tar-RSUE għandu jiskadi fid-29 ta’ Frar 2020.

(3)

Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE għall-Asja Ċentrali jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar u jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2021.

(4)

Ir-RSUE għall-Asja Ċentrali ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/904 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Peter BURIAN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali huwa estiż sat-28 ta’ Frar 2021. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi mitmum aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”.

(2)

Fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2021 għandu jkun ta’ EUR 1 170 000.”.

(3)

Fl-Artikolu 14 , jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Novembru 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2020.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/598 tal-15 ta’ April 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 99, 16.4.2015, p. 25).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/904 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 12).


Top