Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0235

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/235 tas-17 ta’ Frar 2020 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/5627/2020/INIT

ĠU L 47I, 20.2.2020, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2025

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/235/oj

20.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 47/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/235

tas-17 ta’ Frar 2020

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l‐Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijakk,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, fl-20 ta’ Jannar 2020 u fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d‐Deċiżjonijiet (UE) 2019/2157 (1), (UE) 2020/102 (2) u (UE) 2020/144 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal‐25 ta’ Jannar 2025.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Barbara EIBINGER-MIEDL, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Doris KAMPUS, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil‐25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru

Is-Sur Christopher DREXLER, Membru tal-Eżekuttiv Reġjonali: State Government of Styria,

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sinjura Barbara EIBINGER-MIEDL, Membru ta’ Eżekuttiv Reġjonali: State Government of Styria.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l‐membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal‐25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal‐25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tat-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal‐25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16).


Top