This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0232
Council Decision (EU, Euratom) 2020/232 of 17 February 2020 appointing a member, proposed by the Kingdom of Denmark, of the European Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/232 tas-17 ta’ Frar 2020 li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/232 tas-17 ta’ Frar 2020 li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ST/5228/2020/REV/1
ĠU L 47I, 20.2.2020, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2020
|
20.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 47/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2020/232
tas-17 ta’ Frar 2020
li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020. Fil-25 ta' Mejju 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/848 (3), is-Sur Mikkel DALSGAARD ġie sostitwit mis-Sur Klaus MATTHIESEN bħala membru. Fl-20 ta' Marzu 2018, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/488 (4), is-Sur Klaus MATTHIESEN ġie sostitwit mis-Sur Thomas HOELGAARD bħala membru. Fis-16 ta' Settembru 2019, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2019/1568 (5), is-Sur Thomas HOELGAARD ġie sostitwit mis-Sa Tina CHRISTENSEN bħala membru. |
|
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sa Tina CHRISTENSEN, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'dan huwa maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta' Settembru 2020:
|
— |
Is-Sur Flemming OVERGAARD, Vice president at United Federation of Danish Workers, Transport – 3F Transport. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/848 tal-25 ta' Mejju 2016 li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 78).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/488 tal-20 ta' Marzu 2018 li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU L 81, 23.3.2018, p. 19).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2019/1568 tas-16 ta' Settembru 2019 li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, (ĠU L 242, 20.9.2019, p. 1).