Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0200

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2020/200 tal-11 ta’ Frar 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2075 (EUMM Georgia/1/2020)

ST/5379/2020/REV/1

ĠU L 42, 14.2.2020, pp. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/200/oj

14.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2020/200

tal-11 ta’ Frar 2020

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2075 (EUMM Georgia/1/2020)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), inkluż id-deċiżjoni dwar il-ħatra ta' Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-3 ta' Diċembru 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1884 (2), li testendi l-mandat tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Diċembru 2020.

(3)

Fis-7 ta' Diċembru 2018 il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2075 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Erik HØEG bħala l-Kap tal-EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2018 sal-14 ta' Diċembru 2020.

(4)

Fis-17 ta' Jannar 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Marek SZCZYGIEL bħala Kap tal-EUMM Georgia sal-14 ta' Diċembru 2020.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2075 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Marek SZCZYGIEL huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) mill-15 ta' Marzu 2020 sal-14 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/2075 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta' Marzu 2020.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2020.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM EMMESBERGER


(1)   ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1884 tat-3 ta' Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 41).

(3)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/2075 tas-7 ta' Diċembru 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) (EUMM GEORGIA/1/2018) (ĠU L 331, 28.12.2018, p. 217).


Top