Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0190

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-kunsill (PESK) 2020/190 tat-12 ta’ Frar 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    ST/5883/2020/INIT

    ĠU L 40I, 13.2.2020, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/190/oj

    13.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 40/3


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/190

    tat-12 ta’ Frar 2020

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

    (2)

    Fis-6 ta’ Frar 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, żied persunamal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Għalhekk, jenħtieġ li din il-persuna tiżdied mal-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

    (3)

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. METELKO-ZGOMBIĆ


    (1)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.


    ANNESS

    Il-persuna li ġejja żdiedet mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK

    “36. Seka BALUKU (psewdonimu inqas affidabbli: a) Mzee Kajaju, b) Musa, c) Lumu, d) Lumonde)

    Deżinjazzjoni: Kap ġenerali tal-Alleanza tal-Forzi Demokratiċi (ADF)

    Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1977

    Nazzjonalità: Uganda

    Indirizz: L-aħħar post magħruf huwa l-kamp ta’ Kajuju ta’ Medina II, it-territorju ta’ Beni, fit-Tramuntana ta’ Kivu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 6 ta’ Frar 2020

    Informazzjoni oħra: Baluku ilu żmien twil membru tal-ADF, u kien il-viċi kmandant tal-fundatur tal-ADF Jamil Mukulu sakemm ħa t-tmexxija f’idejh wara l-operazzjoni militari tal-FARDC Sukola I fl-2014.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Raġuni għall-elenkar:

    Seka Baluku ġie elenkat fis-6 ta’ Frar 2020 skont il-paragrafu 7 tar-riżoluzzjoni 2293 (2016) talli ħa sehem f’atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RDK jew ipprovda appoġġ għalihom.

    Informazzjoni addizzjonali:

    Mexxej ġenerali tal-ADF. Kif enfasizzat f’diversi rapporti mill-Grupp ta’ Esperti dwar ir-RDK (S/2015/19, S/2015/797, S/2016/1102, S/2017/672, S/2018/531, S/2019/469, S/2019/974), SEKA Baluku wettaq, ippjana u/jew mexxa atti ripetuti ta’ mmirar, qtil u mankament, stupru u vjolenza sesswali oħra u ħtif ta’ persuni ċivili, inkluż tfal, kif ukoll attakki fuq faċilitajiet tas-saħħa, b’mod partikolari f’Mamove, fit-territorju ta’ Beni, fit-12 u l-24 ta’ Frar 2019, kif ukoll ir-reklutaġġ u l-użu kontinwi tat-tfal matul l-attakki u għal xogħol furzat fit-territorju ta’ Beni fir-RDK sa mill-inqas l-2015.”


    Top