Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0137

    Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2020/3)

    ĠU L 27I, 1.2.2020, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023; Imħassar b' 32023D2811

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/137/oj

    1.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 27/4


    DEĊIŻJONI (UE) 2020/137 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-22 ta’ Jannar 2020

    dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2020/3)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b’mod partikolari l-Artikolu 29.3 u 29.4 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) issottometta n-notifika tiegħu dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data ta’ wara d-data msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1810 tal-Kunsill Ewropew (1). Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Bank of England (BoE) ma jibqax ikun bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru u għalhekk tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. Applikazzjoni tal-Artikoli 29.3 u 29.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jeżiġi l-aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital b’analoġija mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ.

    (2)

    L-aħħar aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2018 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019 skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/27) (2), li għalhekk għandha titħassar.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Tqarrib

    Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi dejta statistika sabiex tintuża fl-aġġustament tal-iskema tal-kapital u l-figuri ma jlaħħqux il-100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun ta’ anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta’ punt perċentwali mal-iżgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatt, jew (ii) jekk it-total ikun ogħla minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta’ punt perċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq eżattament il-100 %.

    Artikolu 2

    Ponderazzjonijiet fl-iskema tal-kapital

    Il-ponderazzjoni assenjata lil kull bank ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital deskritta fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ għandha tkun skont kif ġej b’effett mill-1 ta’ Frar 2020:

    Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

    2,9630 %

    Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

    0,9832 %

    Česká národní banka

    1,8794 %

    Danmarks Nationalbank

    1,7591 %

    Deutsche Bundesbank

    21,4394 %

    Eesti Pank

    0,2291 %

    Central Bank of Ireland

    1,3772 %

    Bank of Greece

    2,0117 %

    Banco de España

    9,6981 %

    Banque de France

    16,6108 %

    Hrvatska narodna banka

    0,6595 %

    Banca d’Italia

    13,8165 %

    Central Bank of Cyprus

    0,1750 %

    Latvijas Banka

    0,3169 %

    Lietuvos bankas

    0,4707 %

    Banque centrale du Lussemburgu

    0,2679 %

    Magyar Nemzeti Bank

    1,5488 %

    Bank Ċentrali ta’ Malta

    0,0853 %

    De Nederlandsche Bank

    4,7662 %

    Oesterreichische Nationalbank

    2,3804 %

    Narodowy Bank Polski

    6,0335 %

    Banco de Portugal

    1,9035 %

    Banca Naţională a României

    2,8289 %

    Banka Slovenije

    0,3916 %

    Národná banka Slovenska

    0,9314 %

    Suomen Pankki

    1,4939 %

    Sveriges Riksbank

    2,9790 %

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u revoka

    1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

    2.   Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2018/27) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Frar 2020.

    3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2018/27) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2020.

    Il-President tal-BĊE

    Christine LAGARDE


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tad-29 ta’ Ottubru 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 278 l, 30.10.2019, p. 1).

    (2)  Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27) ĠU L 9, 11.1.2019, p. 178


    Top