Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0118

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/118 tas-27 ta’ Jannar 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

ST/5308/2020/INIT

ĠU L 22, 28.1.2020, p. 55–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/118/oj

28.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/55

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/118

tas-27 ta’ Jannar 2020

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta' Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775.

(2)

Fl-14 ta' Jannar 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit permezz tal-paragrafu 9 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda l-elenkar ta' seba' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VUČKOVIĆ.

(1)   ĠU L 251, 29.9.2017, p. 23.

ANNESS

(1)   

Fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775, il-Parti A (“Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)”), l-entrati 1, 3, 4, 5, 6, 7 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   AHMOUDOU AG ASRIW (magħruf ukoll bħala: a) Amadou Ag Isriw b) Ahmedou c) Ahmadou d) Isrew e) Isereoui f) Isriou

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1982

Nazzjonalità: Maljan

Indirizz: a) Mali b) Amassine, Mali (post preċedenti)

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Diċembru 2018

Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Possibbilment arrestat fin-Niġer f'Ottubru 2016. Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Paġna web: https://www.youtube.com/channel/UCu2efaIUosqEu1HEBs2zJIw

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Ahmoudou Ag Asriw ġie elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 skont il-paragrafi 1 u 3 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għall-involviment f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim; u talli aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella appoġġa jew iffinanzja individwi u entitajiet identifikati fis-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar ta' proprjetà kulturali.

Ahmoudou Ag Asriw huwa kmandant għoli tal-Groupe autodéfense touareg Imghad et allies (GATIA) u f'din il-kapaċità kien involut fit-tmexxija ta' konvojs tad-droga fit-Tramuntana tal-Mali mill-inqas minn Ottubru 2016, kif ukoll fil-ksur tal-waqfien mill-ġlied f'Kidal f'Lulju 2017 u April 2018.

F'April 2018 Asriw mexxa konvoj, flimkien ma' membru tal-Mouvement Arabe de l'Azawad (MAA) Plateforme, u ttraffika erba' tunnellati ta' reżina tal-kannabis minn Tabankort, li għaddew minn Ammasine, reġjun tal-Kidal, lejn in-Niġer. Il-konvoj kien attakkat minn membri tal-Coordination des Mouvements de l'Azawad u aggressuri mhux identifikati min-Niġer. Tliet kumbattenti sfaw maqtula waqt il-ġlied li segwa.

F'dan il-kuntest, motivat minn kompetizzjoni fuq il-konvojs tad-droga, Asriw kien involut f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali tal-2015. Min-naħa l-oħra, huwa probabbli ħafna li l-involviment ta' Asriw fit-traffikar tad-droga jiffinanzja l-operazzjonijiet militari tiegħu, inkluż il-ksur ta' waqfien mill-ġlied.”

“3.   MOHAMED OUSMANE AG MOHAMEDOUNE (magħruf ukoll bħala: a) Ousmane Mahamadou b) Mohamed Ousmane)

Titlu: Cheikh

Data tat-twelid: 16 ta' April 1972

Post tat-twelid: Il-Mali

Nazzjonalità: Maljan

Indirizz: Il-Mali

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Diċembru 2018

Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed. Numru tat-telefon: +223 60 36 01 01. Lingwi mitkellma: l-Għarbi u l-Franċiż. Marki distintivi: nuċċali. Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar).

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Mohamed Ousmane Ag Mohamedoune ġie elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 skont il-paragrafi 1 u 3 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim; u l-involviment tiegħu fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra: (i) id-diversi entitajiet msemmija fil-Ftehim, inkluż fil-livell lokali, reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-istat, viġilanzi konġunti u l-forzi tad-Difiża u tas-Sigurtà tal-Mali; (ii) il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MINUSMA u persunal ieħor tan-NU u dak assoċjat, inkluż membri tal-Grupp ta' esperti; (iii) il-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż l-FC-G5S, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-forzi Franċiżi.

Mohamed Ousmane Ag Mohamedoune (minn issa 'l quddiem Mohamed Ousmane) huwa s-segretarju ġenerali tal-Coalition pour le Peuple de l'Azawad (CPA), maħluqa fl-2014 bħala sottogrupp dissidenti mill-Mouvement National de Libération de l'Azawad (MNLA). Mohamed Ousmane ħa f'idejh it-tmexxija tas-CPA f'Ġunju 2015 u mill-2016 'l hawn stabbilixxa diversi bażijiet militari u punti ta' kontroll fir-reġjun ta' Timbuktu, b'mod partikolari f'Soumpi u Echel.

Fl-2017 u l-2018, il-kap kmandant militari ta' Mohamed Ousmane, u elementi armati oħra tas-CPA, kienu involuti f'attakki fatali kontra l-forzi tas-sigurtà u l-forzi armati tal-Mali fiż-żona ta' Soumpi. Dawk l-attakki ġew rivendikati mill-Jamaat Nosrat al islam wal Muslimin (JNIM), grupp terroristiku immexxi minn Iyad Ag Ghali, elenkat fil-lista tas-sanzjonijiet kontra l-ISIL/Al-Qaida u stabbilita u miżmuma skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà 1267/1989/2253.

Fl-2017 Mohamed Ousmane stabbilixxa wkoll u ppresieda alleanza usa' ta' sottogruppi dissidenti, il-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME). Mohamed Ousmane organizza l-ewwel konvenzjoni tas-CME f'Tinaouker (ir-reġjun ta' Gao) fit-30 ta' April 2018, li matulha nħatar bħala kelliem tas-CME. Matul il-konvenzjoni ta' stabbiliment tagħha, is-CME heddet bil-miftuħ fi stqarrija uffiċjali l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali.

Is-CME kienet involuta wkoll f'ostakoli li dewmu l-implimentazzjoni tal-Ftehim, billi għamlet pressjoni fuq il-gvern tal-Mali u l-komunità internazzjonali bil-għan li timponi s-CME fil-mekkaniżmi differenti stabbiliti mill-Ftehim.”

“4.   AHMED AG ALBACHAR (magħruf ukoll bħala: Intahmado Ag Albachar)

Deżinjazzjoni: President tal-Kummissjoni Umanitarja tal-Bureau Regional d'Administration et Gestion de Kidal

Data tat-twelid: 31 ta' Diċembru 1963

Post tat-twelid: Tin-Essako, ir-reġjun ta' Kidal, il-Mali

Nazzjonalità: Maljan

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1 63 08 4 01 001 005E

Indirizz: Quartier Aliou, Kidal, Mali

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

Informazzjoni oħra: Ahmed Ag Albahar huwa negozjant prominenti u, sa mill-bidu tal-2018, konsulent speċjali għall-Gvernatur tar-reġjun ta' Kidal. Membru influwenti tal-Haut Conseil pour l'unité de l'Azawad (HCUA), parti mill-komunità tat-Tuareg tal-Ifoghas, Ahmed Ag Albahar huwa wkoll medjatur bejn il-Coordination des Mouvements de l'Azawad (CMA) u l-Ansar Dine (QDe.135). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Ahmed Ag Albachar qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim; u l-paragrafu 8(e) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) talli ostakola l-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja, jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Mali.

F'Jannar Ag Albachar uża l-influwenza tiegħu biex jikkontrolla u jagħżel liema proġetti umanitarji u ta' żvilupp iseħħu fir-reġjun ta' Kidal, min jimplimentahom, fejn u meta. L-ebda azzjoni umanitarja ma tista' ssir mingħajr l-għarfien u l-approvazzjoni tiegħu. Bħala l-president awtoproklamat tal-kummissjoni umanitarja, Ag Albachar huwa responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza u ta' xogħol tal-ħaddiema umanitarji bi skambju għal flus jew servizzi. Il-kummissjoni tikkontrolla wkoll liema kumpanniji u individwi jistgħu jipparteċipaw f'offerti għal proġetti li l-NGOs jirreklamaw f'Kidal, u b'hekk tagħti lil Ag Albachar is-setgħa li jimmanipula l-azzjoni umanitarja fir-reġjun u li jagħżel min jaħdem għall-NGOs. Id-distribuzzjonijiet tal-għajnuna jistgħu jsiru biss taħt is-sorveljanza tiegħu, u b'hekk jinfluwenza min jibbenefika mid-distribuzzjonijiet.

Barra minn hekk, Albachar juża żgħażagħ qiegħda biex jintimida u jhedded lill-NGOs, u b'hekk ixekkel serjament il-ħidma tagħhom. Il-komunità umanitarja inġenerali topera b'biża' f'Kidal, iżda speċjalment il-persunal nazzjonali li huma aktar vulnerabbli.

Ahmed Ag Albachar huwa wkoll il-koproprjetarju tal-kumpannija tat-trasport Timitrine Voyage; waħda mill-ftit kumpanniji tat-trasport li l-NGOs huma awtorizzati jużaw f'Kidal. Ag Albachar, flimkien ma' tużżana kumpanniji oħra tat-trasport li s-sidien tagħhom huma klikka żgħira ta' persuni importanti fost it-Tuareg tal-Ifoghas, jużurpaw sehem sinifikanti ta' għajnuna umanitarja f'Kidal. Barra minn hekk, il-pożizzjoni ta' monopolju li jżomm Ag Albachar, tagħmel il-kunsinna tal-għajnuna f'ċerti komunitajiet aktar diffiċli minn oħrajn.

Albachar qed jimmanipula l-għajnuna umanitarja biex jissodisfa l-interessi personali tiegħu u l-interessi politiċi tal-HCUA billi jitterrorizza, jhedded l-NGOs u jikkontrolla l-operazzjonijiet tagħhom, u dan kollu jwassal għal ostakoli u tfixkil tal-għajnuna li jaffettwaw il-benefiċjarji fil-bżonn fir-reġjun ta' Kidal. Għalhekk, Ahmed Ag Albachar jostakola l-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew l-aċċess għall-għajnuna umanitarja, jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Mali.

L-azzjonijiet tiegħu jiksru wkoll l-artikolu 49 tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali li jorbot lill-partijiet li jirrispettaw il-prinċipji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza li jiggwidaw l-azzjoni umanitarja, biex jiġi evitat kwalunkwe użu ta' għajnuna umanitarja għal skopijiet politiċi, ekonomiċi jew militari, u li jiffaċilitaw l-aċċess għall-aġenziji umanitarji u jiggarantixxu s-sigurtà tal-persunal tagħhom. Għalhekk, Albachar jostakola jew jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim.”

“5.   HOUKA HOUKA AG ALHOUSSEINI (magħruf ukoll bħala: a) Mohamed Ibn Alhousseyni b) Muhammad Ibn Al-Husayn c) Houka Houka)

Titlu: Qadi

Data tat-twelid: a) 1 ta' Jannar 1962 b) 1 ta' Jannar 1963 c) 1 ta' Jannar 1964

Post tat-twelid: Ariaw, ir-reġjun ta' Tombouctou, il-Mali

Nazzjonalità: Maljan

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

Informazzjoni oħra: Houka Houka Ag Alhousseini nħatar minn Iyad Ag Ghaly (QDi.316) bħala l-Qadi ta' Timbuktu f'April 2012 wara l-istabbiliment tal-kalifat ġiħadista fit-Tramuntana tal-Mali.

Houka Houka kien jaħdem mill-qrib mal-Hesbah, il-pulizija Iżlamika mmexxija minn Ahmad Al Faqi Al Mahdi, miżmum il-ħabs fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali f'The Hague sa minn Settembru 2016. Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Houka Houka Ag Alhousseini qed jiġi elenkat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Wara l-intervent tal-forzi Franċiżi f'Jannar 2013, Houka Houka Ag Alhousseini ġie arrestat fis-17 ta' Jannar 2014 iżda sussegwentement inħeles mill-awtoritajiet Maljani fil-15 ta' Awwissu 2014, ħelsien li kien ikkundannat mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.

Minn dakinhar ’l hawn, Houka Houka Ag Alhousseini hu bbażat f'Ariaw, fiż-żona ta' Zouéra, raħal li jinsab fil-punent ta' Timbuktu (commune ta' Essakane), fuq xatt il-lag Faguibine fid-direzzjoni tal-fruntiera Mawritana. Fis-27 ta' Settembru 2017, ġie uffiċjalment restitwit hawnhekk bħala għalliem mill-Gvernatur ta' Timbuktu, Koina Ag Ahmadou, dan wara lobbying mill-individwu ssanzjonat Mohamed Ousmane Ag Mohamidoune (MLi.003), mexxej tal-Coalition du peuple de l'Azawad (CPA), elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar Mali għal raġunijiet li jinkludu azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Fl-2017 Mohamed Ousmane waqqaf u ppresieda alleanza usa' ta' sottogruppi dissidenti, il-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME). Matul il-konvenzjoni ta' stabbiliment tagħha, is-CME heddet bil-miftuħ fi stqarrija uffiċjali l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Is-CME kienet involuta wkoll f'ostakli li dewwmu l-implimentazzjoni tal-Ftehim, billi għamlet pressjoni fuq il-gvern tal-Mali u l-komunità internazzjonali bil-għan li timponi s-CME fil-mekkaniżmi differenti stabbiliti mill-Ftehim.

Houka Houka u Mohamed Ousmane kienu strumentali għas-suċċess ta' xulxin, fejn dan tal-aħħar iffaċilita l-laqgħat mal-uffiċjali tal-gvern, u l-ieħor qeda rwol ewlieni fl-espansjoni tal-influwenza ta' Ousmane fuq ir-reġjun ta' Timbuktu. Houka Houka pparteċipa f'ħafna mil-laqgħat tal-komunità organizzati minn Mohamed Ousmane mill-2017 'l hawm, u kkontribwixxa għall-fama l-kredibilità ta' Ousmane fir-reġjun, kif ukoll għaċ-ċerimonja tal-fondazzjoni tal-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME), li għaliha ta l-kunsens tiegħu.

Iż-żona ta' influwenza ta' Houka Houka reċentement espandiet aktar lejn il-lvant, lejn ir-reġjun ta' Ber (fortizza tal-Għarab ta' Bérabich li tinsab 50 kilometru lejn il-lvant ta' Timbuktu), u t-Tramuntana ta' Timbuktu. Għalkemm mhuwiex minn nisel il-Qadi u li beda biss fl-2012, Houka Houka kien kapaċi jestendi l-awtorità tiegħu bħala Qadi u l-kapaċità tiegħu li jżomm is-sigurtà pubblika f'ċerti żoni bl-użu ta' assi ta' Al-Furqan u bil-biża' li din l-organizzazzjoni terroristika tinstiga fir-reġjun ta' Timbuktu permezz ta' attakki kumplessi kontra l-forzi tad-difiża u tas-sigurtà internazzjonali u tal-Mali u qtil immirat.

Għalhekk, permezz tal-appoġġ tiegħu għal Mohamed Ousmane u l-ostaklu tiegħu tal-Ftehim, Houka Houka Ag Alhousseini jhedded l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll il-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà fil-Mali b'mod ġenerali.”

“6.   MAHRI SIDI AMAR BEN DAHA (magħruf ukoll bħala: a) Yoro Ould Daha b) Yoro Ould Daya c) Sidi Amar Ould Daha d) Yoro)

Deżinjazzjoni: Viċi kap tal-persunal tal-koordinazzjoni reġjonali tal-Mécanisme opérationnel de coordination (MOC) f'Gao

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1978

Post tat-twelid: Djebock, il-Mali

Nazzjonalità: Maljan

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 11262/1547

Indirizz: Golf Rue 708 Door 345, Gao, Mali

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

Informazzjoni oħra: Mahri Sidi Amar Ben Daha huwa mexxej tal-komunità Għarbija ta' Lehmar ta' Gao u l-kap tal-persunal militari tal-fergħa favur il-gvern tal-Mouvement Arabe de l'Azawaad (MAA), assoċjat mal-koalizzjoni tal-Plateforme des mouvements du 14 juin 2014 d'Alger (Plateforme).

Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Mahri Sidi Amar Ben Daha qed jiġi elenkat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Ben Daha kien uffiċjal għoli tal-pulizija Iżlamika li topera f'Gao meta l-Mouvement pour l'unité et le jihad en Afrique de l'Ouest (MUJAO) (QD.134) ikkontrolla l-belt minn Ġunju 2012 sa Jannar 2013. Ben Daha bħalissa hu viċi kap tal-persunal tal-koordinazzjoni reġjonali tal-Mécanisme opérationnel de coordination (MOC) f'Gao.

Fit-12 ta' Novembru 2018, il-Plateforme f'Bamako ddikjarat li ma tipparteċipax fil-konsultazzjonijiet reġjonali li jmiss, skedati li jsiru mit-13 sas-17 ta' Novembru skont il-pjan direzzjonali ta' Marzu 2018 maqbul mill-partijiet kollha għall-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni f'Marzu 2018. L-għada, f'Gao, saret laqgħa ta' koordinazzjoni mill-kap tal-persunal militari tal-komponent ta' Ganda Koy tal-Coordination des mouvements et fronts patriotiques de résistance (CMFPR)-Plateforme, ma' rappreżentanti tal-MAA-Plateforme, biex iwaqqfu l-konsultazzjonijiet milli jsiru. L-imblokk ġie kkoordinat mat-tmexxija tal-Plateforme f'Bamako, il-MAA-Plateforme, kif ukoll mal-Membru Parlamentari Mohamed Ould Mataly.

Mill-14 sat-18 ta' Novembru 2018, għexieren ta' ġellieda tal-MAA-Plateforme flimkien ma' dawk tal-fazzjonijiet tas-CMFPR ostakolaw il-konsultazzjonijiet reġjonali. Fuq struzzjoni u bil-parteċipazzjoni ta' Ben Daha, mill-inqas sitt trakkijiet pick-up mill-Mouvement Arabe de l'Azawad (MAA-Plateforme) tqiegħdu quddiem is-sede tal-gvernatur ta' Gao u fil-viċinanzi tagħha. Fil-post ġew osservati wkoll żewġ vetturi MOC attribwiti lill-MAA-Plateforme.

Fis-17 ta' Novembru 2018, seħħ inċident bejn elementi armati li mblukkaw l-aċċess għas-sede tal-gvernatur u pattulja FAMa li kienet għaddejja miż-żona, iżda li ġie diffuż qabel ma seta' jeskala u jikkostitwixxi ksur tal-waqfien mill-ġlied. Fit-18 ta' Novembru 2018, total ta' tnax-il vettura u elementi armati neħħew l-imblukkar tas-sede tal-gvernatur wara l-aħħar ċiklu ta' negozjati mal-gvernatur ta' Gao.

Fit-30 ta' Novembru 2018, Ben Daha organizza laqgħa bejn l-Għarab f'Tinfanda biex jiddiskutu s-sigurtà u r-ristrutturazzjoni amministrattiva. Il-laqgħa kienet tinkludi wkoll l-individwu ssanzjonat Ahmoudou Ag Asriw (MLi.001) li Ben Daha jappoġġa u jiddefendi.

Għalhekk, billi effettivament waqqaf id-diskussjonijiet dwar dispożizzjonijiet ewlenin tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni relatati mar-riforma tal-istruttura territorjali tat-Tramuntana tal-Mali, Ben Daha ostakola l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni. Barra minn hekk, Ben Daha jappoġġa individwu identifikat bħala li jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tal-involviment tiegħu fil-ksur tal-waqfien mill-ġlied u f'attività kriminali organizzata.”

“7.   MOHAMED BEN AHMED MAHRI (magħruf ukoll bħala: a) Mohammed Rougi b) Mohamed Ould Ahmed Deya c) Mohamed Ould Mahri Ahmed Daya d) Mohamed Rougie e) Mohamed Rouggy f) Mohamed Rouji)

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1979

Post tat-twelid: Tabankort, il-Mali

Nazzjonalità: Maljan

Nru tal-passaport: a) AA00272627 b) AA0263957

Indirizz: Bamako, il-Mali

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

Informazzjoni oħra: Mohamed Ben Ahmed Mahri huwa negozjant mill-komunità Għarbija ta' Lehmar fir-reġjun ta' Gao li qabel ikkollabora mal-Mouvement pour l'unicité et le Jihad en Afrique de l'Ouest (MUJAO) (QDe.134). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Mohamed Ben Ahmed Mahri qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(c) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) talli aġixxa għal, jew f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta', jew talli b'mod ieħor appoġġa jew iffinanzja, individwi u entitajiet identifikati fil-paragrafi 8(a) u (b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar ta' proprjetà kulturali.

Bejn Diċembru 2017 u April 2018, Mohamed Ben Ahmed Mahri kellu l-kmand ta' operazzjoni ta' traffikar ta' aktar minn 10 tunnellati ta' kannabis Marokkina, li nġarru fi trakkijiet għat-tkessiħ u għaddew mill-Mauritania, il-Mali, il-Burkina Faso u n-Niġer. Fil-lejl ta' bejn it-13 u l-14 ta' Ġunju 2018 ġiet ikkonfiskata kwart tal-kunsinna f'Niamey, filwaqt li grupp rivali kien allegatament seraq it-tliet kwarti li kien fadal matul il-lejl ta' bejn it-12 u t-13 ta' April 2018.

F'Diċembru 2017, Mohamed Ben Ahmed Mahri kien f'Niamey ma' ċittadin Maljan biex iħejji l-operazzjoni. Dan tal-aħħar ġie arrestat f'Niamey wara li wasal bl-ajru mill-Marokk ma' żewġ ċittadini Marokkini u żewġ ċittadini Alġerini fil-15 u s-16 ta' April 2018 biex jipprova jirkupra l-kannabis misruqa. Tlieta mill-assoċjati tiegħu ġew ukoll arrestati, inkluż ċittadin Marokkin li ġie kkundannat fil-Marokk fl-2014 għal ħames xhur ħabs għat-traffikar tad-drogi.

Mohamed Ben Ahmed Mahri jikkmanda t-traffikar tar-raża tal-kannabis lejn in-Niġer direttament mit-Tramuntana tal-Mali, bl-użu ta' konvojs immexxija minn membri tal-Groupe d'autodéfense des Touaregs Imgħad et leurs allies (GATIA), inkluż l-individwu ssanzjonat Ahmoudou Ag Asriw (MLi.001). Mohamed Ben Ahmed Mahri jikkumpensa lil Asriw għall-użu ta' dawn il-konvojs. Dawn il-konvojs spiss joħolqu kunflitti ma' kompetituri assoċjati mal-Coordinament des Mouvements de l'Azawaad (CMA).

Bl-użu tal-gwadanni finanzjarji tiegħu mit-traffikar tan-narkotiċi, Mohamed Ben Ahmed Mahri jagħti l-appoġġ tiegħu lil gruppi armati terroristiċi, b'mod partikolari l-entità ssanzjonata Al-Mourabitoun (QD.141), billi jipprova jxaħħam lill-uffiċjali biex jeħilsu lill-ġellieda arrestati u jiffaċilita lill-ġellieda jintegraw fil-Mouvement Arabe pour l'Azawad (MAA) Plateforme.

Għalhekk, permezz tad-dħul mill-kriminalità organizzata, Mohamed Ben Ahmed Mahri jappoġġa individwu identifikat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2007) bħala li jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali, flimkien ma' grupp terroristiku identifikat skont ir-riżoluzzjoni 1267.”

“8.   MOHAMED OULD MATALY

Deżinjazzjoni: Membru Parlamentari

Data tat-twelid: 1958

Nazzjonalità: Maljan

Nru tal-passaport: D9011156

Indirizz: Golf Rue 708 Door 345, Gao, Mali

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

Informazzjoni oħra: Mohamed Ould Mataly huwa dak li qabel kien is-Sindku ta' Bourem u Membru Parlamentari attwali għall-kostitwenza ta' Bourem, parti mir-Rassamblement pour le Mali (RPM, il-partit politiku tal-President Ibrahim Boubacar Keita). Huwa ġej mill-komunità Għarbija ta' Lehmar u huwa membru influwenti tal-fergħa favur il-gvern tal-Mouvement Arabe de l'Azawaad (MAA), assoċjat mal-koalizzjoni tal-Plateforme des mouvements du 14 juin 2014 d'Alger (Plateforme). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Ahmed Ag Albachar qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Fit-12 ta' Novembru 2018, il-Plateforme f'Bamako ddikjarat li ma tipparteċipax fil-konsultazzjonijiet reġjonali li jmiss, skedati li jsiru mit-13 sas-17 ta' Novembru skont il-pjan direzzjonali ta' Marzu 2018 maqbul mill-partijiet kollha għall-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni f'Marzu 2018. L-għada, f'Gao, saret laqgħa ta' koordinazzjoni mill-kap tal-persunal militari tal-komponent ta' Ganda Koy tal-Coordination des mouvements et fronts patriotiques de résistance (CMFPR)-Plateforme, ma' rappreżentanti tal-MAA-Plateforme, biex iwaqqfu l-konsultazzjonijiet milli jsiru. L-imblukkar ġie kkoordinat mat-tmexxija tal-Plateforme f'Bamako, il-MAA-Plateforme, kif ukoll mal-membru parlamentari Mohamed Ould Mataly.

L-assoċjat qrib tiegħu Mahri Sidi Amar Ben Daha, magħruf ukoll bħala Yuro Ould Daha, li jgħix fil-proprjetà tiegħu f'Gao, ipparteċipa fl-imblukkar tal-post tal-konsultazzjoni fl-uffiċċju tal-Gvernatur matul dan il-perijodu.

Barra minn hekk, fit-12 ta' Lulju 2016 Ould Mataly kien ukoll wieħed mill-instigaturi ta' dimostrazzjonijiet ostili għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Għalhekk, billi effettivament waqqaf id-diskussjonijiet dwar dispożizzjonijiet ewlenin tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni relatati mar-riforma tal-istruttura territorjali tat-Tramuntana tal-Mali, Ould Mataly ostakola u dewwem l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni.

Fl-aħħar nett, Ould Mataly talab il-ħelsien ta' membri tal-komunità tiegħu maqbuda f'operazzjonijiet ta' kontra t-terroriżmu. Permezz tal-involviment tiegħu fil-kriminalità organizzata u l-assoċjazzjoni ma' gruppi terroristiċi armati, Mohamed Ould Mataly jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim.”

(2)   

Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775, il-Parti B (“B. Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)”), l-entrati 1, 2, 3, 4, u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   AHMED AG ALBACHAR (magħruf ukoll bħala: Intahmado Ag Albachar)

Deżinjazzjoni: President tal-Kummissjoni Umanitarja tal-Bureau Regional d'Administration et Gestion de Kidal

Data tat-twelid: 31 ta' Diċembru 1963

Post tat-twelid: Tin-Essako, ir-reġjun ta' Kidal, il-Mali

Nazzjonalità: Maljan

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1 63 08 4 01 001 005E

Indirizz: Quartier Aliou, Kidal, Mali

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

Informazzjoni oħra: Ahmed Ag Albahar huwa negozjant prominenti u, sa mill-bidu tal-2018, konsulent speċjali għall-Gvernatur tar-reġjun ta' Kidal. Membru influwenti tal-Haut Conseil pour l'unité de l'Azawad (HCUA), parti mill-komunità tat-Tuareg tal-Ifoghas, Ahmed Ag Albahar huwa wkoll medjatur bejn il-Coordination des Mouvements de l'Azawad (CMA) u l-Ansar Dine (QDe.135). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Ahmed Ag Albachar qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim; u l-paragrafu 8(e) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) talli ostakola l-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja, jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Mali.

F'Jannar Ag Albachar uża l-influwenza tiegħu biex jikkontrolla u jagħżel liema proġetti umanitarji u ta' żvilupp iseħħu fir-reġjun ta' Kidal, min jimplimentahom, fejn u meta. L-ebda azzjoni umanitarja ma tista' ssir mingħajr l-għarfien u l-approvazzjoni tiegħu. Bħala l-president awtoproklamat tal-kummissjoni umanitarja, Ag Albachar huwa responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza u ta' xogħol tal-ħaddiema umanitarji bi skambju għal flus jew servizzi. Il-kummissjoni tikkontrolla wkoll liema kumpanniji u individwi jistgħu jipparteċipaw f'offerti għal proġetti li l-NGOs jirreklamaw f'Kidal, u b'hekk tagħti lil Ag Albachar is-setgħa li jimmanipula l-azzjoni umanitarja fir-reġjun u jagħżel lil min jaħdem għall-NGOs. Id-distribuzzjonijiet tal-għajnuna jistgħu jsiru biss taħt is-sorveljanza tiegħu, u b'hekk dan jinfluwenza min jibbenefika mid-distribuzzjonijiet.

Barra minn hekk, Albachar juża żgħażagħ qiegħda biex jintimida u jhedded lill-NGOs, u b'hekk ixekkel serjament il-ħidma tagħhom. Il-komunità umanitarja inġenerali topera b'biża' f'Kidal, iżda speċjalment il-persunal nazzjonali li huwa aktar vulnerabbli.

Ahmed Ag Albachar huwa wkoll il-koproprjetarju tal-kumpanija tat-trasport Timitrine Voyage; waħda mill-ftit kumpanniji tat-trasport li l-NGOs huma awtorizzati jużaw f'Kidal. Ag Albachar, flimkien ma' tużżana kumpanniji oħra tat-trasport li s-sidien tagħhom huma klikka żgħira ta' persuni importanti fost it-Tuareg tal-Ifoghas, jużurpaw sehem sinifikanti ta' għajnuna umanitarja f'Kidal. Barra minn hekk, il-pożizzjoni ta' monopolju li jżomm Ag Albachar, tagħmel il-kunsinna tal-għajnuna f'ċerti komunitajiet aktar diffiċli minn oħrajn.

Albachar qed jimmanipula l-għajnuna umanitarja biex jissodisfa l-interessi personali tiegħu u l-interessi politiċi tal-HCUA billi jitterrorizza, jhedded l-NGOs u jikkontrolla l-operazzjonijiet tagħhom, u dan kollu jwassal għal ostaklu u tfixkil tal-għajnuna b'effett fuq il-benefiċjarji fil-bżonn fir-reġjun ta' Kidal. Għalhekk, Ahmed Ag Albachar jostakola l-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew l-aċċess għall-għajnuna umanitarja, jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Mali.

L-azzjonijiet tiegħu jiksru wkoll l-artikolu 49 tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali li jorbot lill-partijiet li jirrispettaw il-prinċipji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza li jiggwidaw l-azzjoni umanitarja, biex jiġi evitat kwalunkwe użu ta' għajnuna umanitarja għal skopijiet politiċi, ekonomiċi jew militari, u li jiffaċilitaw l-aċċess għall-aġenziji umanitarji u jiggarantixxu s-sigurtà tal-persunal tagħhom. Għalhekk, Albachar jostakola jew jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim.”

“2.   HOUKA HOUKA AG ALHOUSSEINI (magħruf ukoll bħala: a) Mohamed Ibn Alhousseyni b) Muhammad Ibn Al-Husayn c) Houka Houka)

Titlu: Qadi

Data tat-twelid: a) 1 ta' Jannar 1962 b) 1 ta' Jannar 1963 c) 1 ta' Jannar 1964

Post tat-twelid: Ariaw, ir-reġjun ta' Tombouctou, il-Mali

Nazzjonalità: Maljan

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

Informazzjoni oħra: Houka Houka Ag Alhousseini nħatar minn Iyad Ag Ghaly (QDi.316) bħala l-Qadi ta' Timbuktu f'April 2012 wara l-istabbiliment tal-kalifat ġiħadista fit-Tramuntana tal-Mali.

Houka Houka kien jaħdem mill-qrib mal-Hesbah, il-pulizija Iżlamika mmexxija minn Ahmad Al Faqi Al Mahdi, miżmum il-ħabs fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali f'The Hague sa minn Settembru 2016. Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Houka Houka Ag Alhousseini qed jiġi elenkat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Wara l-intervent tal-forzi Franċiżi f'Jannar 2013, Houka Houka Ag Alhousseini ġie arrestat fis-17 ta' Jannar 2014 iżda sussegwentement inħeles mill-awtoritajiet Maljani fil-15 ta' Awwissu 2014, ħelsien li kien ikkundannat mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.

Minn dakinhar 'l hawn, Houka Houka Ag Alhousseini hu bbażat f'Ariaw, fiż-żona ta' Zouéra, raħal li jinsab fil-punent ta' Timbuktu (commune ta' Essakane), fuq xatt il-lag Faguibine fid-direzzjoni tal-fruntiera Mawritana. Fis-27 ta' Settembru 2017, ġie uffiċjalment restitwit hawnhekk bħala għalliem mill-Gvernatur ta' Timbuktu, Koina Ag Ahmadou, dan wara lobbying mill-individwu ssanzjonat Mohamed Ousmane Ag Mohamidoune (MLi.003), mexxej tal-Coalition du peuple de l'Azawad (CPA), elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar Mali għal raġunijiet li jinkludu azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Fl-2017 Mohamed Ousmane waqqaf u ppresieda alleanza usa' ta' sottogruppi dissidenti, il-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME). Matul il-konvenzjoni ta' stabbiliment tagħha, is-CME heddet bil-miftuħ fi stqarrija uffiċjali l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Is-CME kienet involuta wkoll f'ostakoli li dewwmu l-implimentazzjoni tal-Ftehim, billi għamlet pressjoni fuq il-gvern tal-Mali u l-komunità internazzjonali bil-għan li timponi s-CME fil-mekkaniżmi differenti stabbiliti mill-Ftehim.

Houka Houka u Mohamed Ousmane kienu strumentali għas-suċċess ta' xulxin, fejn dan tal-aħħar iffaċilita l-laqgħat mal-uffiċjali tal-gvern, u l-ieħor qeda rwol ewlieni fl-espansjoni tal-influwenza ta' Ousmane fuq ir-reġjun ta' Timbuktu. Houka Houka pparteċipa f'ħafna mill-laqgħat tal-komunità organizzati minn Mohamed Ousmane mill-2017 'l hawm, u kkontribwixxa għall-fama l-kredibilità ta' Ousmane fir-reġjun, kif ukoll għaċ-ċerimonja tal-fondazzjoni tal-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME), li għaliha ta l-barka tiegħu.

Iż-żona ta' influwenza ta' Houka Houka dan l-aħħar espandiet aktar lejn il-lvant, lejn ir-reġjun ta' Ber (fortizza tal-Għarab ta' Bérabich li tinsab 50 kilometru lejn il-lvant ta' Timbuktu), u t-Tramuntana ta' Timbuktu. Għalkemm mhuwiex minn nisel il-Qadi u li beda biss fl-2012, Houka Houka kien kapaċi jestendi l-awtorità tiegħu bħala Qadi u l-kapaċità tiegħu li jżomm is-sigurtà pubblika f'ċerti żoni bl-użu ta' assi ta' Al-Furqan u bil-biża' li din l-organizzazzjoni terroristika tinstiga fir-reġjun ta' Timbuktu permezz ta' attakki kumplessi kontra l-forzi tad-difiża u tas-sigurtà internazzjonali u tal-Mali u qtil immirat.

Għalhekk, permezz tal-appoġġ tiegħu għal Mohamed Ousmane u l-ostakolu tiegħu tal-Ftehim, Houka Houka Ag Alhousseini jhedded l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll il-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà fil-Mali b'mod ġenerali.”

“3.   MAHRI SIDI AMAR BEN DAHA (magħruf ukoll bħala: a) Yoro Ould Daha b) Yoro Ould Daya c) Sidi Amar Ould Daha d) Yoro)

Deżinjazzjoni: Viċi kap tal-persunal tal-koordinazzjoni reġjonali tal-Mécanisme opérationnel de coordination (MOC) f'Gao

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1978

Post tat-twelid: Djebock, il-Mali

Nazzjonalità: Maljan

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 11262/1547

Indirizz: Golf Rue 708 Door 345, Gao, Mali

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

Informazzjoni oħra: Mahri Sidi Amar Ben Daha huwa mexxej tal-komunità Għarbija ta' Lehmar ta' Gao u l-kap tal-persunal militari tal-fergħa favur il-gvern tal-Mouvement Arad de l'Azawaad (MAA), assoċjat mal-koalizzjoni tal-Plateforme des mouvements du 14 juin 2014 d'Alger (Plateforme).

Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Mahri Sidi Amar Ben Daha qed jiġi elenkat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Ben Daha kien uffiċjal għoli tal-pulizija Iżlamika li topera f'Gao meta l-Mouvement pour l'unité et le jihad en Afrique de l'Ouest (MUJAO) (QD.134) ikkontrolla l-belt minn Ġunju 2012 sa Jannar 2013. Ben Daha bħalissa hu viċi kap tal-persunal tal-koordinazzjoni reġjonali tal-Mécanisme opérationnel de coordination (MOC) f'Gao.

Fit-12 ta' Novembru 2018, il-Plateforme f'Bamako ddikjarat li ma tipparteċipax fil-konsultazzjonijiet reġjonali li jmiss, skedati li jsiru mit-13 sas-17 ta' Novembru skont il-pjan direzzjonali ta' Marzu 2018 maqbul mill-partijiet kollha għall-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni f'Marzu 2018. L-għada, f'Gao, saret laqgħa ta' koordinazzjoni mill-kap tal-persunal militari tal-komponent ta' Ganda Koy tal-Coordination des mouvements et fronts patriotiques de résistance (CMFPR)-Plateforme, ma' rappreżentanti tal-MAA-Plateforme, biex iwaqqfu l-konsultazzjonijiet milli jsiru. L-imblokk ġie kkoordinat mat-tmexxija tal-Plateforme f'Bamako, il-MAA-Plateforme, kif ukoll mal-Membru Parlamentari Mohamed Ould Mataly.

Mill-14 sat-18 ta' Novembru 2018, għexieren ta' ġellieda tal-MAA-Plateforme flimkien ma' dawk tal-fazzjonijiet tas-CMFPR ostakolaw il-konsultazzjonijiet reġjonali. Fuq struzzjoni u bil-parteċipazzjoni ta' Ben Daha, mill-inqas sitt trakkijiet pick-up mill-Mouvement Arabe de l'Azawad (MAA-Plateforme) tqiegħdu quddiem is-sede tal-gvernatur ta' Gao u fil-viċinanzi tagħha. Fil-post ġew osservati wkoll żewġ vetturi MOC attribwiti lill-MAA-Plateforme.

Fis-17 ta' Novembru 2018, seħħ inċident bejn elementi armati li mblukkaw l-aċċess għas-sede tal-gvernatur u pattulja FAMa li kienet għaddejja miż-żona, iżda li ġie diffuż qabel ma seta' jeskala u jikkostitwixxi ksur tal-waqfien mill-ġlied. Fit-18 ta' Novembru 2018, total ta' tnax-il vettura u elementi armati neħħew l-imblukkar tas-sede tal-gvernatur wara l-aħħar ċiklu ta' negozjati mal-gvernatur ta' Gao.

Fit-30 ta' Novembru 2018, Ben Daha organizza laqgħa bejn l-Għarab f'Tinfanda biex jiddiskutu s-sigurtà u r-ristrutturazzjoni amministrattiva. Il-laqgħa kienet tinkludi wkoll l-individwu ssanzjonat Ahmoudou Ag Asriw (MLi.001) li Ben Daha jappoġġa u jiddefendi.

Għalhekk, billi effettivament waqqaf id-diskussjonijiet dwar dispożizzjonijiet ewlenin tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni relatati mar-riforma tal-istruttura territorjali tat-Tramuntana tal-Mali, Ben Daha ostakola l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni. Barra minn hekk, Ben Daha jappoġġa individwu identifikat bħala li jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tal-involviment tiegħu fil-ksur tal-waqfien mill-ġlied u f'attività kriminali organizzata.”

“4.   MOHAMED BEN AHMED MAHRI (magħruf ukoll bħala: a) Mohammed Rougi b) Mohamed Ould Ahmed Deya c) Mohamed Ould Mahri Ahmed Daya d) Mohamed Rougie e) Mohamed Rouggy f) Mohamed Rouji)

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1979

Post tat-twelid: Tabankort, il-Mali

Nazzjonalità: Maljan

Nru tal-passaport: a) AA00272627 b) AA0263957

Indirizz: Bamako, il-Mali

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

Informazzjoni oħra: Mohamed Ben Ahmed Mahri huwa negozjant mill-komunità Għarbija ta' Lehmar fir-reġjun ta' Gao li qabel ikkollabora mal-Mouvement pour l'unicité et le Jihad en Afrique de l'Ouest (MUJAO) (QDe.134). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

Informazzjoni oħra

Mohamed Ben Ahmed Mahri qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(c) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) talli aġixxa għal, jew f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta', jew talli b'mod ieħor appoġġa jew iffinanzja, individwi u entitajiet identifikati fil-paragrafi 8(a) u (b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar ta' proprjetà kulturali.

Bejn Diċembru 2017 u April 2018, Mohamed Ben Ahmed Mahri kkmanda operazzjoni ta' traffikar ta' aktar minn 10 tunnellati ta' kannabis Marokkina, li nġarru fi trakkijiet għat-tkessiħ u għaddew mill-Mauritania, il-Mali, Burkina Faso u n-Niġer. Fil-lejl ta' bejn it-13 u l-14 ta' Ġunju 2018 ġie kkonfiskat kwart tal-kunsinna f'Niamey, filwaqt li grupp rivali kien allegatament seraq it-tliet kwarti li kien fadal matul il-lejl ta' bejn it-12 u t-13 ta' April 2018.

F'Diċembru 2017, Mohamed Ben Ahmed Mahri kien f'Niamey ma' ċittadin Maljan biex jipprepara l-operazzjoni. Dan tal-aħħar ġie arrestat f'Niamey wara li wasal bl-ajru mill-Marokk ma' żewġ ċittadini Marokkini u żewġ ċittadini Alġerini fil-15 u s-16 ta' April 2018 biex jipprova jirkupra l-kannabis misruqa. Tlieta mill-assoċjati tiegħu ġew ukoll arrestati, inkluż ċittadin Marokkin li ġie kkundannat fil-Marokk fl-2014 għal ħames xhur ħabs għat-traffikar tad-drogi.

Mohamed Ben Ahmed Mahri jikkmanda t-traffikar tar-raża tal-kannabis lejn in-Niġer direttament mit-Tramuntana tal-Mali, bl-użu ta' konvojs immexxija minn membri tal-Groupe d'autodéfense des Touaregs Imgħad et leurs allies (GATIA), inkluż l-individwu ssanzjonat Ahmoudou Ag Asriw (MLi.001). Mohamed Ben Ahmed Mahri jikkumpensa lil Asriw għall-użu ta' dawn il-konvojs. Dawn il-konvojs spiss joħolqu kunflitti ma' kompetituri assoċjati mal-Coordinament des Mouvements de l'Azawaad (CMA).

Bl-użu tal-gwadanni finanzjarji tiegħu mit-traffikar tan-narkotiċi, Mohamed Ben Ahmed Mahri jagħti l-appoġġ tiegħu lil gruppi armati terroristiċi, b'mod partikolari l-entità ssanzjonata Al-Mourabitoun (QD.141), billi jipprova jxaħħam lill-uffiċjali biex jeħilsu lill-ġellieda arrestati u jiffaċilita lill-ġellieda jintegraw fil-Mouvement Arabe pour l'Azawad (MAA) Plateforme.

Għalhekk, permezz tad-dħul mill-kriminalità organizzata, Mohamed Ben Ahmed Mahri jappoġġa individwu identifikat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2007) bħala li jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali, flimkien ma' grupp terroristiku identifikat skont ir-riżoluzzjoni 1267.”

“5.   MOHAMED OULD MATALY

Top