Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2241

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2241 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiddeskrivi l-varjabbli u t-tul, ir-rekwiżiti tal-kwalità u l-livell ta’ dettall tas-serje taż-żmien għat-trażmissjoni tad-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2019/8835

    ĠU L 336, 30.12.2019, p. 125–132 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2241/oj

    30.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 336/125


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2241

    tas-16 ta’ Diċembru 2019

    li jiddeskrivi l-varjabbli u t-tul, ir-rekwiżiti tal-kwalità u l-livell ta’ dettall tas-serje taż-żmien għat-trażmissjoni tad-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-forniment tad-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad mill-Istati Membri jaqdi rwol essenzjali biex jinforma lill-Kummissjoni (il-Eurostat) u b’hekk jappoġġa l-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi billi jiżgura l-użu ta’ data komparabbli u fil-ħin għall-formulazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni mmirati lejn dawk il-prijoritajiet.

    (2)

    Id-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad tintuża biex tinġabar ir-Rata ta’ Kull Xahar tal-Qgħad (il-MUR) li hi waħda mill-Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali (2).

    (3)

    L-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad jenħtieġ tkun ibbażata fuq kunċetti maqbula internazzjonalment kif definit mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO).

    (4)

    Jekk l-Istati Membri ma jikkompilawx l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad skont id-definizzjoni tal-ILO, dawn jenħtieġ jikkompilaw stimi ta’ kull xahar tal-qgħad jew jittrażmettu inputs ta’ kull xahar għall-qgħad lill-Kummissjoni (il-Eurostat) biex tikkompila dawn l-estimi ta’ kull xahar f’isimhom.

    (5)

    Id-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad jenħtieġ tkejjel il-qgħad fix-xahar ta’ referenza, wara aġġustament għal effetti staġunali possibbli mingħajr livellar eċċessiv. Jenħtieġ li dawn ikunu konsistenti mad-data trimestrali miġbura fid-dominju tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) 2019/1700.

    (6)

    L-Istati Membri jenħtieġ jittrażmettu d-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad skont skeda taż-żmien preċiża biex il-Kummissjoni (il-Eurostat) tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti tat-tempestività tal-utenti.

    (7)

    Il-kwalità tad-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad jenħtieġ tiġi monitorjata b’sett ta’ indikaturi maqbula b’mod komuni u applikati b’mod uniformi.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-varjabbli, it-tul, il-livell ta’ dettall u r-rekwiżiti tal-kwalità tad-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad li jenħtieġ tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont ir-Regolament (UE) 2019/1700.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “statistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad” tfisser ir-rekord tal-għadd ta’ persuni impjegati u qiegħda, u r-“rata tal-qgħad ta’ kull xahar” derivata, f’konformità mad-definizzjoni tal-ILO (3) kif implimentata fid-dominju tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) 2019/1700;

    (2)

    “rata tal-qgħad ta’ kull xahar” tfisser l-għadd ta’ persuni qiegħda diviż bl-għadd ta’ persuni impjegati u qiegħda għax-xahar ta’ referenza;

    (3)

    “inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad” tfisser ir-rekord tal-għadd ta’ persuni qiegħda rreġistrati fis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi tal-Istati Membri;

    (4)

    “stimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad” tfisser il-kombinazzjoni tad-data trimestrali bbażata fuq id-definizzjoni tal-ILO, kif implimentata fid-dominju tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) 2019/1700, u l-qgħad irreġistrat ta’ kull xahar;

    (5)

    data ta’ kull xahar dwar il-qgħad” tfisser id-data li trid tiġi trażmessa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad, l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad jew l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad;

    (6)

    “xahar ta’ referenza” tfisser is-sett ta’ ġimgħat assemblati kif ġej:

    Kull ġimgħa li tappartjeni għal trimestru ta’ referenza, kif stabbilit għad-data trimestrali miġbura fid-dominju tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) 2019/1700, hija allokata biss għal wieħed mit-tliet xhur ta’ referenza li jappartjenu għal dak it-trimestru;

    Il-ġimgħat li jappartjenu għalkollox għal xahar kalendarju huma allokati għax-xahar ta’ referenza korrispondenti;

    Il-ġimgħat li jgħaddu minn xahrejn kalendarji huma allokati għal wieħed mix-xahrejn ta’ referenza korrispondenti.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tad-data

    1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (il-Eurostat): l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 1), jew l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 2), jew l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 3).

    2.   Is-settijiet tad-data li jkun fihom statistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandhom jinkludu statistika ta’ kull xahar li tkun rappreżentattiva tax-xahar ta’ referenza kollu.

    3.   Is-settijiet tad-data li jkun fihom inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandhom jinkludu data li tikkorrispondi għall-għadd ta’ persuni li kienu rreġistrati bħala qiegħda f’perjodu partikolari tax-xahar kalendarju.

    4.   Iċ-ċifri tal-qgħad irreġistrati u użati fil-kompilazzjoni tal-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandhom jikkorrispondu mal-għadd ta’ persuni li kienu rreġistrati bħala qiegħda f’perjodu partikolari tax-xahar kalendarju.

    5.   L-ismijiet u d-definizzjonijiet tal-varjabbli li jridu jiġu trażmessi għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I għall-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 1), fl-Anness II għll-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 2) u fl-Anness III għall-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 3).

    Artikolu 4

    Skadenzi għat-trażmissjoni

    1.   Id-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandha tiġi trażmessa kull xahar sal-iskadenzi stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/1700, kif ġej:

    (a)

    għall-Istati Membri li għażlu l-alternattiva 1, l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandha tiġi trażmessa fi żmien 27 jum wara x-xahar kalendarju;

    (b)

    għall-Istati Membri li għażlu l-alternattiva 2, l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandhom jiġu trażmessi fi żmien 25 jum wara x-xahar kalendarju;

    (c)

    għall-Istati Membri li għażlu l-alternattiva 3, l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandhom jiġu trażmessi fi żmien 25 jum wara x-xahar kalendarju.

    2.   Fis-snin meta dawn l-iskadenzi jaħbtu nhar ta’ Sibt jew nhar ta’ Ħadd, l-iskadenza effettiva għandha tkun it-Tnejn ta’ wara. Id-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad għax-xahar ta’ referenza ta’ Novembru għandha tiġi trażmessa sal-31 ta’ Diċembru.

    It-trasmissjoni tad-data għandha tibda sa mhux aktar tard mix-xahar ta’ referenza ta’ Mejju 2021.

    Artikolu 5

    Serje b’lura

    1.   Għall-Istati Membri li għażlu li jippreżentaw l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 1) jew l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 3):

    (a)

    l-ewwel trażmissjoni għax-xahar ta’ referenza ta’ Mejju 2021 għandha tinkludi wkoll statistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad jew, rispettivament, l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad għax-xhur ta’ referenza ta’ Jannar sa April 2021;

    (b)

    it-trażmissjoni għax-xahar ta’ referenza ta’ April 2022 għandha tinkludi serje taż-żmien mingħajr waqfiet għall-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad jew, rispettivament, l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad għax-xhur ta’ referenza kollha lura sa Jannar 2009 inkluż;

    (c)

    mix-xahar ta’ referenza ta’ Mejju 2022 ’il quddiem, it-trażmissjonijiet għandhom jinkludu serje riveduta lura għal Jannar 2009.

    2.   Għall-Istati Membri li għażlu li jippreżentaw l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 2), l-ewwel trażmissjoni għax-xahar ta’ referenza ta’ Mejju 2021 għandha tinkludi wkoll l-inputs ta’ kull xahar dwar l-qgħad lura sa Jannar 2009.

    Artikolu 6

    Sorsi u metodi

    1.   Sad-19 ta’ Lulju 2020, l-Istati Membri li għażlu li jippreżentaw l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 3), jew rispettivament li jippreżentaw l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 2), għandhom jittrażmettu deskrizzjoni lill-Kummissjoni (il-Eurostat) tas-sorsi u tal-metodi użati għall-kumpilazzjoni tal-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad jew, rispettivament, l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad.

    2.   L-Istati Membri li għażlu li jippreżentaw l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 1) għandhom jittrażmettu biss deskrizzjoni tal-metodi użati għad-derivazzjoni tal-istatistika ta’ kull xahar mid-data trimestrali miġbura fid-dominju tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) 2019/1700.

    3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat) xahrejn bil-quddiem qabel ma jimplimentaw xi bidliet fid-deskrizzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 jew 2, u jittrażmettu d-dokumentazzjoni aġġornata sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-implimentazzjoni tal-bidliet.

    4.   F’kull trażmissjoni ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar waqfiet possibbli fis-serje kif ukoll avvenimenti speċjali oħra li jaf iħallu impatt fuq il-komparabbiltà tul iż-żmien.

    Artikolu 7

    Rekwiżiti tal-kwalità

    1.   Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha timmonitorja l-kwalità tar-rata ġenerali tal-qgħad ta’ kull xahar, skont il-kunċett tal-ILO, li jippubblikaw l-Istati Membri (l-alternattivi 1 u 3) jew il-Eurostat (l-alternattiva 2) bħala indikatur ewlieni.

    2.   Il-kwalità tar-rata kumplessiva tal-qgħad ta’ kull xahar tiġi mmonitorjata kull tliet snin b’sett ta’ indikaturi u limiti inklużi fl-Anness IV.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.

    (2)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika taż-żona tal-euro “Lejn Metodoloġiji Mtejba għall-Istatistika u l-Indikaturi taż-Żona tal-Euro”, COM(2002) 661 final.

    (3)  Kif adottata fil-11 ta’ Ottubru 2013 mid-19-il Konferenza Internazzjonali tal-Istatistiċi għall-Forza tax-Xogħol fl-ewwel riżoluzzjoni tagħha li tikkonċerna l-istatistika dwar ix-xogħol, l-impjiegi u l-użu tax-xogħol.


    ANNESS I

    L-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad ippreżentata skont l-Artikolu 3(1) – l-alternattiva 1

    Isem

    Deskrizzjoni

    Aġġustamenti statistiċi

    NAT_LFS_PRI.Y.F.MON.UNEMP

    Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l- istaġun

    Aġġustat skont l- istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.Y.F.MON.EMPL

    Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il- 15 u l-24 sena, li huma impjegati skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.Y.M.MON.UNEMP

    Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.Y.M.MON.EMPL

    Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma impjegati skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.O.F.MON.UNEMP

    Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.O.F.MON.EMPL

    Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma impjegati skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.O.M.MON.UNEMP

    Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.O.M.MON.EMPL

    Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma impjegati skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra


    ANNESS II

    L-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad ippreżentati skont l-Artikolu 3(1) – l-alternattiva 2

    Isem

    Deskrizzjoni

    Aġġustamenti statistiċi

    PREA.Y.F.MON.UNEMP

    Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda skont ir-reġistru nazzjonali f’perjodu speċifiku tax-xahar kalendarju.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    PREA.Y.M.MON.UNEMP

    Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda skont ir-reġistru nazzjonali f’perjodu speċifiku tax-xahar kalendarju.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    PREA.O.F.MON.UNEMP

    Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda skont ir-reġistru nazzjonali f’perjodu speċifiku tax-xahar kalendarju.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    PREA.O.M.MON.UNEMP

    Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda skont ir-reġistru nazzjonali f’perjodu speċifiku tax-xahar kalendarju.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun


    ANNESS III

    L-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad ippreżentati skont l-Artikolu 3(1) — l-alternattiva 3

    Isem

    Deskrizzjoni

    Aġġustamenti statistiċi

    NAT_LFS_PRI.Y.F.MON.UNEMP

    Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.Y.F.MON.EMPL

    Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma impjegati tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.Y.M.MON.UNEMP

    Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.Y.M.MON.EMPL

    Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma impjegati tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.O.F.MON.UNEMP

    Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.O.F.MON.EMPL

    Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma impjegati tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.O.M.MON.UNEMP

    Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra

    NAT_LFS_PRI.O.M.MON.EMPL

    Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma impjegati tul ix-xahar ta’ referenza.

    Mhux aġġustat skont l-istaġun

    Aġġustat skont l-istaġun

    Xejra


    ANNESS IV

    Kwalità

    Il-kwalità tar-rata kumplessiva tal-qgħad ta’ kull xahar għandha tiġi monitorjata b’sett ta’ indikaturi li jkejlu l-volatilità u r-reviżjonijiet, kif spjegat fid-dettall hawn taħt.

    L-indikaturi għandhom jiġu kkalkolati tul l-aħħar 36 osservazzjoni ta’ kull xahar disponibbli li jibdew minn Mejju 2022.

    Dawk l-indikaturi għandhom jiġu aġġornati mill-Kummissjoni (mill-Eurostat) kull tliet snin.

    Volatilità

    Il-korrelazzjoni tal-bidliet minn xahar għal xahar, ikkalkulata qabel l-arrotondament, bħala l-koeffiċjent tal-korrelazzjoni ta’ Pearson bejn is-serje tal-bidliet minn xahar għal xahar, u l-istess serje mdewma b’xahar (jiġifieri l-koeffiċjent tal-awtokorrelazzjoni tal-ewwel ordni). Dak l-indikatur jenħtieġ jibqa’ fi ħdan l-interval [-0,30; 0,75].

    Il-frekwenza tat-treġġigħat lura kbar doppji, ikkalkulata bħala l-proporzjon tal-osservazzjonijiet preċedut b’żewġ treġġigħat lura kbar konsekuttivi f’direzzjonijiet opposti. Treġġigħa lura kbira tiġi rreġistrata meta r-rata tal-qgħad ta’ kull xahar tvarja b’0,2 punti perċentwali jew aktar. Dak l-indikatur jenħtieġ jibqa’ inqas minn 5 %.

    Reviżjonijiet

    Il-frekwenza tar-reviżjonijiet kbar ħafna fil-livelli, ikkalkulata bħala l-proporzjon tal-osservazzjonijiet ta’ kull xahar fil-livelli, li jiġu riveduti b’aktar minn 0,3 punti perċentwali bejn l-ewwel stima u d-data riveduta li jiġu rilaxxati sitt xhur wara. Il-“livell” jikkorrispondi għall-valur tal-MUR f’xahar ta’ referenza partikolari. Dak l-indikatur jenħtieġ jibqa’ inqas minn 10 %.

    l-frekwenza tar-reviżjonijiet kbar fil-bidliet minn xahar għal xahar, ikkalkulata bħala l-proporzjon tal-osservazzjonijiet b’bidliet minn xahar għal xahar, li jiġu riveduti b’0,2 punti perċentwali jew aktar bejn l-ewwel stima u d-data riveduta li jiġu rilaxxati sitt xhur wara. Dak l-indikatur jenħtieġ jibqa’ inqas minn 10 %.


    Top