This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2165
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/2165 of 17 December 2019 authorising the change of the specifications of the novel food coriander seed oil from Coriandrum sativum under Regulation (EU) 2015/2283 of the European Parliament and of the Council and amending Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2470 (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2165 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2165 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/8955
ĠU L 328, 18.12.2019, p. 81–83
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/81 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2165
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid “iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativu m” skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq tal-Unjoni u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/155/UE (3) awtorizzat, skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), it-tqegħid fis-suq taż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel. |
(5) |
Fit-2 ta’ Lulju 2019, il-kumpanija Ovalie Innovation (“l-applikant”) għamlet talba lill-Kummissjoni biex tibdel l-ispeċifikazzjonijiet taż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant talab li jitnaqqas il-livell minimu tal-aċidu olejku minn 8,0 % għal 7,0 %. |
(6) |
L-applikant iġġustifika t-talba billi indika li l-bidla hija meħtieġa sabiex tirrifletti l-varjazzjoni naturali fil-livelli tal-aċidu olejku osservati fil-pjanta tal-Coriandrum sativum. |
(7) |
Il-Kummissjoni tqis li mhijiex meħtieġa evalwazzjoni tas-sikurezza tal-applikazzjoni attwali mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-aċidu olejku huwa l-komponent ewlieni naturali taż-żejt taż-żebbuġa. Jinsab ukoll b’mod naturali, f’livelli identiċi għal-livelli proposti għall-ikel ġdid, f’numru ta’ ikel bażiku ieħor li għandu storja twila ta’ konsum sikur. |
(8) |
Il-bidla proposta fil-livelli tal-aċidu olejku taż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum ma tbiddilx il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tas-sikurezza mwettqa mill-Awtorità (5) li appoġġat l-awtorizzazzjoni tagħha bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/155/UE. Għalhekk, jixraq li jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid “iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativu m” għal-livell propost għall-aċidu olejku. |
(9) |
L-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet proposti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid “iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativu m” jikkonformaw mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat, kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u inkluża fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, li tirreferi għall-ikel ġdid “iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativu m”, hija emendata kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/155/UE tad-19 ta’ Marzu 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 13).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(5) EFSA Journal 2013;11(10):3422
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għaż-“żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativu m” fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) hija sostitwita b’dan li ġej:
‘Ikel Ġdid Awtorizzat |
Speċifikazzjonijiet |
“Żejt taż-żerriegħa tal-kosbor mill-Coriandrum sativum |
Deskrizzjoni/Definizzjoni: Iż-żejt taż-żerriegħa tal-kosbor huwa żejt li fih il-gliċeridi ta’ aċidi xaħmin u li huwa prodott miż-żrieragħ tax-xitla tal-kosbor Coriandrum sativum L. Kulur isfar ħafif; togħma xejn partikolari. Nru tal-CAS: 8008-52-4 Kompożizzjoni tal-aċidi xaħmin: Aċidu palmitiku (C16:0): 2–5 % Aċidu steariku (C18:0): < 1,5 % Aċidu petroseliniku (cis-C18:1(n-12)): 60–75 % Aċidu olejku (cis-C18:1(n-9)): 7–15 % Aċidu linolejku (C18:2) 12–19 % α-Aċidu linoleniku (C18:3): < 1,0 % Aċidi xaħmin trans: ≤ 1,0 % Purità: L-indiċi refrattiv (20 °C): 1,466–1,474 Valur tal-aċidu: ≤ 2,5 mg KOH/g Valur tal-perossidu (PV): ≤ 5,0 meq/kg Valur tal-jodju: 88–110 unitajiet Valur tas-saponifikazzjoni: 179–200 mg KOH/g Materjal insaponifikabbli: ≤ 15 g/kg”’. |