Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2020

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/2121

ĠU L 315, 5.12.2019, p. 209–240 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/09/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2020/oj

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/209


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2020

tal-1 ta’ Ottubru 2019

li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ fl-Unjoni u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li għandhom potenzjal sinifikanti għat-titjib minħabba d-disinn tagħhom f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.

(2)

Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Ekodisinn 2016–2019 (2) stabbilit mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma fil-qafas tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016–2019. Il-Pjan ta’ Ħidma jidentifika gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet għall-eżekuzzjoni ta’ studji preparatorji u l-adozzjoni eventwali ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, kif ukoll ir-rieżami tar-regolamenti attwali.

(3)

Huwa stmat li l-miżuri mill-Pjan ta’ Ħidma għandhom il-potenzjal li jipprovdu total li jaqbeż il-260 TWh ta’ ffrankar annwali tal-enerġija finali fl-2030, li huwa ekwivalenti għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. It-tidwil huwa wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-Pjan ta’ Ħidma, bi stima ta’ 41,9 TWh ta’ ffrankar annwali tal-enerġija finali fl-2030.

(4)

Il-Kummissjoni stabbiliet rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tidwil fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 (3), (KE) Nru 245/2009 (4) u (UE) Nru 1194/2012 (5). Skont dawk ir-Regolamenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq rieżami tagħhom fid-dawl tal-progress teknoloġiku.

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk ir-Regolamenti u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ prodotti tat-tidwil kif ukoll l-imġiba tal-utent fil-ħajja reali. Ir-rieżami sar b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE.

(6)

Ir-rieżami juri l-benefiċċju ta’ aġġornament tar-rekwiżiti għal prodotti tat-tidwil u l-benefiċċju li jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti li jridu jiġu applikati għall-prodotti tat-tidwil, b’mod partikolari billi jkun hemm regolament wieħed biss għal dan il-grupp ta’ prodotti. Dan huwa konformi mal-politika ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni u mistenni jnaqqas il-piż amministrattiv għall-manifatturi u l-importaturi, kif ukoll jiffaċilita l-verifika mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inter alia billi jiddefinixxi aħjar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-eżenzjonijiet, inaqqas l-għadd ta’ parametri għall-ittestjar tal-konformità u jnaqqas il-ħin ta’ xi wħud mill-proċeduri tat-test.

(7)

Skont ir-rieżami, ġeneralment, il-prodotti kollha tat-tidwil li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tliet regolamenti eżistenti jenħtieġ li jkunu koperti minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita formula uniformi biex tiġi kkalkulata l-effiċjenza enerġetika ta’ prodotti tat-tidwil bħal dawn.

(8)

Il-konsum annwali tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament fl-Unjoni ġie stmat għal 336 TWh fl-2015. Dan ikopri 12,4 % tal-użu totali tal-elettriku mit-28 Stati Membri u jikkorrispondi għal 132 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Il-konsum tal-enerġija ta’ prodotti tat-tidwil f’xenarju fejn kollox jibqa’ kif inhu, huwa mistenni li jonqos sal-2030. Madankollu, dan it-tnaqqis mhux mistenni jibqa’ għaddej bl-istess rata sakemm ir-rekwiżiti eżistenti tal-ekodisinn ma jiġux aġġornati.

(9)

L-aspetti ambjentali tal-prodotti tat-tidwil koperti li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu flimkien mal-kontenut tal-merkurju.

(10)

L-użu ta’ sustanzi perikolużi, inkluż il-merkurju fis-sorsi tad-dawl, huwa rregolat mid-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (RoHS) (6). Jenħtieġ għalhekk li f’dan ir-Regolament ma jiġi stabbilit l-ebda rekwiżit speċifiku tal-ekodisinn dwar il-kontenut tal-merkurju.

(11)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (7) u l-Pjan ta’ Ħidma jenfasizzaw l-importanza li jintuża l-qafas tal-ekodisinn biex tiġi appoġġata l-bidla lejn ekonomija aktar effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari. Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tirreferi għad-Direttiva 2009/125/KE u tindika li r-rekwiżiti tal-ekodisinn mistennija jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) billi l-kwistjonijiet jiġu indirizzati eqreb lejn is-sors. Id-Direttiva dwar il-WEEE tistabbilixxi rekwiżiti għall-ġbir separat u r-riċiklaġġ ta’ prodotti tat-tidwil, b’dispożizzjonijiet ġodda minn Awwissu 2018. Jenħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament ma jistipulax rekwiżiti ulterjuri dwar dan. Fl-istess ħin, dan ir-Regolament jappoġġa l-potenzjal li l-prodotti li fihom sorsi tad-dawl jissewwew.

(12)

Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari u l-ħidma li għaddejja għall-istandardizzazzjoni effiċjenti fl-użu tal-materjali fir-rigward ta’ prodotti relatati mal-enerġija, jenħtieġ li l-ħidma ta’ standardizzazzjoni fil-ġejjieni tindirizza wkoll il-modularizzazzjoni tal-prodotti tat-tidwil bl-LED, inklużi aspetti bħall-fluss luminuż, l-ispettru tar-radjazzjoni u d-distribuzzjoni tad-dawl.

(13)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għad-domanda elettrika fil-modalitajiet ta’ standby u ta’ standby man-netwerk tal-prodotti tat-tidwil. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 (9) ma japplikawx għall-prodotti tat-tidwil koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(14)

Ir-rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn japplikaw għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni kull fejn dawn ikunu installati jew użati u għalhekk jenħtieġ li tali rekwiżiti ma jkunux jiddependu fuq l-applikazzjoni li fiha jintuża l-prodott.

(15)

Jenħtieġ li jiddaħħlu eżenzjonijiet mir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament għal sorsi tad-dawl b’karatteristiċi tekniċi speċjali għall-użu f’applikazzjonijiet speċifiċi, inklużi dawk relatati mas-saħħa jew li għalihom ma jeżistux alternattivi b’effiċjenza enerġetika għolja inkella jekk dawn jeżistu, mhumiex kosteffettivi.

(16)

Il-parametri rilevanti tal-prodotti jenħtieġ li jitkejlu permezz ta’ metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Dawk il-metodi jenħtieġ li jqisu l-metodi tal-kejl l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(17)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(18)

Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jenħtieġ li jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-parametri tad-dokumentazzjoni teknika skont dan ir-Regolament li huma identiċi għall-parametri tal-iskeda informattiva dwar il-prodott skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 (11) u li ddaħħlu fil-bażi ta’ data tal-prodotti stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) ma għandhomx jibqgħu jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika ta’ dan ir-Regolament.

(19)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika l-valuri ta’ tolleranza għall-parametri tat-tidwil filwaqt li jqis l-approċċ għad-dikjarazzjoni ta’ informazzjoni stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2282 (13).

(20)

Bil-għan li tittejjeb l-effettività ta’ dan ir-Regolament u biex jiġu protetti l-konsumaturi, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-prodotti li awtomatikament ibiddlu l-prestazzjoni tagħhom f’kundizzjonijiet ta’ test biex jittejbu l-parametri ddikjarati.

(21)

Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu identifikati parametri referenzjarji indikattivi għall-aqwa teknoloġiji disponibbli biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom soġġetti għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b’mod mifrux u faċilment aċċessibbli, skont id-Direttiva 2009/125/KE, l-Anness 1, parti 3, punt 2.

(22)

Rieżami ta’ dan ir-Regolament huwa mistenni li jivvaluta l-adegwatezza u l-effettività tad-dispożizzjonijiet tiegħu biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. Jenħtieġ li r-rieżami jsir meta d-dispożizzjonijiet kollha jkunu implimentati u jkunu qed juru effett fis-suq.

(23)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012, jiġu mħassra.

(24)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’

(a)

sorsi tad-dawl;

(b)

tagħmir ta’ kontroll separat.

Ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għal sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat mqiegħda fis-suq fi prodotti kontenenti oħra.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għas-sorsi tad-dawl u għat-tagħmir ta’ kontroll separat speċifikati fil-punti 1 u 2 tal-Anness III.

3.   Is-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separati speċifikati fil-punt 3 tal-Anness III għandhom jikkonformaw biss mar-rekwiżiti tal-punt 3(e) tal-Anness II.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“sors tad-dawl” tfisser prodott li jaħdem bl-elettriku maħsub biex jemetti, jew, fil-każ ta’ sors ta’ dawl li mhuwiex inkandexxenti, maħsub biex ikun possibbilment issettjat biex jemetti d-dawl, jew it-tnejn, bil-karatteristiċi ottiċi kollha li ġejjin:

(a)

koordinati tal-kromatiċità x u y fil-medda

0,270 < x < 0,530 u

2,3172 x2 + 2,3653 x - 0,2199 < y < - 2,3172 x2 + 2,3653 x - 0,1595;

(b)

fluss luminuż < 500 lumen għal kull mm2 tal-erja tas-superfiċje li temetti d-dawl ipproġettata kif definit fl-Anness I;

(c)

fluss luminuż ta’ bejn 60 u 82 000 lumen;

(d)

indiċi tal-apparenza tal-kulur (CRI) > 0;

li juża l-inkandexxenza, il-fluworexxenza, skariku ta’ intensità għolja, dijodi inorganiċi li jemettu d-dawl (LED) jew dijodi organiċi li jemettu d-dawl (OLED), jew kombinazzjonijiet tagħhom bħala teknoloġija ta’ tidwil, u li jista’ jiġi vverifikat bħala sors tad-dawl skont il-proċedura tal-Anness IV.

Sorsi ta’ dawl tas-sodju taħt pressjoni għolja (HPS) li ma jissodisfawx il-kondizzjoni (a) jitqiesu bħala sorsi tad- dawl għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Sorsi tad-dawl ma jinkludux:

(a)

Dies jew ċipep tal-LED;

(b)

pakketti tal-LED;

(c)

prodotti li fihom sors(i) tad-dawl li jista’/għu jitneħħew għall-finijiet ta’ verifika;

(d)

partijiet li jemettu d-dawl jinsabu f’sors tad-dawl minn fejn ma jistgħux jitneħħew għal verifika bħala sors tad-dawl;

(2)

“tagħmir ta’ kontroll” tfisser apparat wieħed jew aktar, li jista’ jiġi fiżikament integrat f’sors tad-dawl u anke le, maħsub biex iħejji l-mejns għall-format elettriku meħtieġ minn wieħed jew aktar mis-sorsi tad-dawl speċifiċi skont il-kundizzjonijiet ta’ limitu stabbiliti mis-sikurezza elettrika u l-kompatibbiltà elettromanjetika. Dan jista’ jinkludi t-trasformazzjoni tal-vultaġġ tal-provvista u tal-istartjar, il-limitazzjoni tal-kurrent operazzjonali u tat-tisħin minn qabel, il-prevenzjoni tal-istartjar minn kiesaħ, il-korrezzjoni tal-fattur ta’ potenza u/jew it-tnaqqis tal-interferenza fil-frekwenzi tar-radju.

It-terminu “tagħmir ta’ kontroll” ma jinkludix provvisti tal-enerġija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (14). It-terminu lanqas ma jinkludi partijiet għall-kontroll tat-tidwil u partijiet li mhumiex tat-tidwil (kif definiti fl-Anness I), għalkemm partijiet bħal dawn jistgħu jkunu fiżikament integrati ma’ tagħmir ta’ kontroll jew kummerċjalizzati flimkien bħala prodott wieħed.

Swiċċ tat-tip Power-over-Ethernet (PoE) mhuwiex tagħmir ta’ kontroll fis-sens ta’ dan ir-Regolament. “Swiċċ tal-Power-over-Ethernet” jew “swiċċ tal-PoE” tfisser tagħmir għall-forniment tal-elettriku u għall-immaniġġar tad-data li jiġi installat bejn il-mejns u t-tagħmir tal-uffiċċju u/jew sorsi tad-dawl għall-finijiet tat-trasferiment tad-data u l-forniment tal-elettriku;

(3)

“tagħmir ta’ kontroll separat”, tfisser tagħmir ta’ kontroll li mhuwiex fiżikament integrat ma’ sors tad-dawl u li jitqiegħed fis-suq bħala prodott separat jew bħala komponent ta’ prodott kontenenti;

(4)

“prodott kontenenti” tfisser prodott li fih sors wieħed jew aktar ta’ dawl, jew tagħmir ta’ kontroll separat, jew it-tnejn. Eżempji ta’ prodotti kontenenti huma luminarji li jistgħu jiżżarmaw biex jippermettu l-verifika separata tas-sors(i) tad-dawl li jinsabu fihom, apparati domestiċi li fihom sors(i) tad-dawl, għamara (xkafef, mirja, vetrini) li jkun fihom sors(i) tad-dawl. Jekk prodott kontenenti ma jistax jiżżarma għall-verifika tas-sors tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll separat, il-prodott kontenenti kollu kemm hu għandu jitqies bħala sors tad-dawl;

(5)

“dawl” tfisser radjazzjoni elettromanjetika b’tul tal-mewġa ta’ bejn 380 nm u 780 nm;

(6)

“mejns” jew “vultaġġ tal-mejns” (MV) tfisser provvista tal-elettriku ta’ 230 (± 10 %) Volt ta’ kurrent li jalterna f’50 Hz;

(7)

“LED die” jew “ċippa LED” tfisser blokka żgħira ta’ materjal semikonduttiv li temetti d-dawl, li fuqha jiġi ffabrikat ċirkwit funzjonali tal-LED;

(8)

“pakkett LED” tfisser komponent elettriku wieħed li jkun fih prinċipalment LED die waħda. Dan ma jinkludix tagħmir ta’ kontroll jew partijiet minnu, kappa jew partijiet elettroniċi attivi u mhuwiex konness direttament mal-vultaġġ tal-mejns. Jista’ jinkludi wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin: elementi ottiċi, konvertituri tad-dawl (fosfori), interfaċċji termali, mekkaniċi u elettriċi jew partijiet li jindirizzaw problemi ta’ skariku ta’ ċarġ elettrostatiku. Kwalunkwe apparat li jemetti d-dawl li huwa maħsub biex jintuża direttament f’luminarja tal-LED, jitqies bħala sors tad-dawl;

(9)

“kromatiċità” tfisser il-proprjetà ta’ stimolu ta’ kulur iddefinita mill-koordinati tal-kromatiċità tiegħu (x u y);

(10)

“fluss luminuż” jew “fluss” (Φ), espress f’lumen (lm) ifisser il-kwantità derivata mill-fluss radjanti (potenza radjanti) billi tiġi evalwata r-radjazzjoni elettromanjetika skont is-sensittività spettrali tal-għajn umana. It-terminu jirreferi għall-fluss totali emess minn sors tad-dawl f’angolu solidu ta’ 4π steradians f’ċerti kundizzjonijiet (eż. tal-kurrent, tal-voltaġġ, tat-temperatura) speċifikati fi standards applikabbli. Jirreferi għall-fluss inizjali għas-sors tad-dawl mhux baxxut wara perjodu qasir ta’ funzjonament, sakemm ma jkunx speċifikat b’mod ċar li jkun mixtieq il-fluss f’kundizzjoni ta’ dawl baxxut inkella l-fluss wara perjodu partikolari ta’ tħaddim. Għal sorsi ta’ dawl li jistgħu jkunu aġġustati biex jemettu spettri u/jew intensitajiet tad-dawl massimi differenti, jirreferi għall-fluss f’“settings ta’ kontroll ta’ referenza” kif definiti fl-Anness I;

(11)

“indiċi tal-apparenza tal-kulur” (CRI) tfisser kejl tal-effett ta’ mezz ta’ illuminazzjoni fuq id-dehra tal-kulur ta’ oġġetti b’paragun konxju jew subkonxju mal-apparenza tal-kulur tagħhom taħt il-mezz ta’ illuminazzjoni ta’ referenza u huwa l-medja Ra tal-apparenza tal-kulur għall-ewwel 8 kuluri tat-test (R1-R8) definiti fl-istandards;

(12)

“inkandexxenza” tfisser il-fenomenu meta d-dawl jiġi prodott mis-sħana, f’sorsi tad-dawl tipikament prodotti minn konduttur simili għal ħajta (“filament”) li jissaħħan bil-passaġġ ta’ kurrent elettriku;

(13)

“sors tad-dawl tal-aloġenu” tfisser sors tad-dawl inkandexxenti b’konduttur irqiq tat-tungstenu mdawwar b’gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġenu;

(14)

“fluworexxenza” jew “sors tad-dawl fluworexxenti” (FL) tfisser fenomenu jew sors tad-dawl li juża skariku elettriku f’gass tal-merkurju bi pressjoni baxxa fejn il-biċċa l-kbira tad-dawl joħroġ minn saff wieħed jew iktar ta’ fosfru mqanqal mir-radjazzjoni ultravjola ġġenerata mill-iskariku. Is-sorsi tad-dawl fluworexxenti jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“kappa waħda”) jew tnejn (“kappa doppja”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sorsi tad-dawl b’induzzjoni manjetika jitqiesu wkoll bħala sorsi tad-dawl fluworexxenti;

(15)

“skariku ta’ intensità għolja” (HID) tfisser skariku elettriku f’gass li fih l-ark li jipproduċi d-dawl jiġi stabbilizzat bit-temperatura tas-superfiċje tal-bozza u l-kompartiment tal-ark jgħabbi s-superfiċje tal-bozza b’aktar minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru. Is-sorsi tad-dawl HID huma limitati għat-tipi tal-alid tal-metall, tas-sodju taħt pressjoni għolja u tal-fwar tal-merkurju, kif definit fl-Anness I;

(16)

“skariku f’gass” tfisser fenomenu fejn id-dawl jiġi prodott, b’mod dirett jew indirett, permezz ta’ skariku elettriku minn ġo gass, plażma, fwar metalliku jew taħlita ta’ diversi gassijiet u fwar;

(17)

“dijodu inorganiku li jemetti d-dawl (LED)” tfisser teknoloġija fejn id-dawl jiġi prodott minn apparat b’semikondutturi fi stat solidu li jinkorpora ġunzjoni P-N ta’ materjal inorganiku. Il-ġunzjoni temetti radjazzjoni ottika meta tiġi mqanqla minn kurrent elettriku;

(18)

“dijodu organiku li jemetti d-dawl (LED)” tfisser teknoloġija fejn id-dawl jiġi prodott minn apparat b’semikondutturi fi stat solidu li jinkorpora ġunzjoni P-N ta’ materjal organiku. Il-ġunzjoni temetti radjazzjoni ottika meta tiġi mqanqla minn kurrent elettriku;

(19)

“sors tad-dawl tas-sodju taħt pressjoni għolja” (HPS) tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih id-dawl jiġi prodott primarjament mir-radjazzjoni minn fwar tas-sodju li jaħdem fi pressjoni parzjali ta’ madwar 10 kilopascals. Is-sorsi tad-dawl HPS jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“tarf wieħed”) jew tnejn (“żewġt itruf”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom.

(20)

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur jew importatur bħal mudell ieħor b’identifikatur differenti tal-mudell;

(21)

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ prodott speċifiku minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess manifattur jew importatur;

(22)

“utent aħħari” tfisser persuna fiżika li tixtri jew mistennija tixtri prodott għal finijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tiegħu.

Għall-finijiet tal-Annessi, definizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.

Artikolu 4

Tneħħija tas-sorsi tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll separat

1.   Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ prodotti li jkun fihom il-prodotti għandhom jiżguraw li s-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separati jistgħu jiġu sostitwiti bl-użu ta’ għodod komuni disponibbli u mingħajr ħsara permanenti għall-prodott kontenenti, sakemm fid-dokumentazzjoni teknika ma tingħatax ġustifikazzjoni teknika marbuta mal-funzjonalità tal-prodott kontenenti, li tispjega għalfejn is-sostituzzjoni tas-sorsi tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll separat ma tistax issir.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tipprovdi wkoll struzzjonijiet dwar kif is-sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat jistgħu jitneħħew mingħajr ma ssirilhom ħsara permanenti għal skopijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

2.   Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ prodotti kontenenti għandhom jipprovdu informazzjoni dwar is-sostitwibbiltà jew in-nuqqas ta’ sostitwibbiltà tas-sorsi tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll mill-utenti aħħarin jew persuni kwalifikati mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-prodott kontenenti. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq sit web b’aċċess bla ħlas. Għal prodotti li jinbiegħu direttament lill-utenti aħħari, din l-informazzjoni għandha tkun fuq l-imballaġġ, mill-inqas f’forma ta’ pittogramma, u fl-istruzzjonijiet għall-utent.

3.   Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ prodotti kontenenti għandhom jiżguraw li s-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separati jkunu jistgħu jiżżarmaw mill-prodotti kontenenti fi tmiem il-ħajja tagħhom. L-istruzzjonijiet għaż-żarmar għandhom ikunu disponibbli fuq websajt b’aċċess bla ħlas.

Artikolu 5

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fil-punt 3(d) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli skont il-punti 1 u 2 tal-Anness II u l-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

3.   Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:

(a)

minn mudell li għandu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta iżda huwa prodott minn manifattur differenti, jew

(b)

permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn li huma,

id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex jivverifika l-eżattezza tal-kalkoli u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.

4.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni fl-ordni u kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/2015. Għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-punt 2(g) tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE, jirreferu għad-dokumentazzjoni teknika mtella’ fil-bażi tad-data tal-prodotti li fiha l-istess informazzjoni stipulata fir-Regolament (UE) 2019/2015.

Artikolu 6

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE.

Artikolu 7

Ċirkomvenzjoni

Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed prodotti fis-suq li jkunu ġew iddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri ddikjarati mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi xi dokumentazzjoni pprovduta.

Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u kwalunkwe parametru ieħor iddikjarat m’għandux jiddeterjora wara aġġornament ta’ software jew firmware meta mkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament.

Artikolu 8

Parametri ta’ referenza indikattivi

Il-parametri ta’ referenza indikattivi għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien li jiġi adottat dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness VI.

Artikolu 9

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum ta’ Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Diċembru 2024.

Dan ir-rieżami għandu, b’mod partikolari, jivvaluta l-idonjetà ta’:

(a)

l-istabbiliment ta’ rekwiżiti aktar stretti tal-effiċjenza enerġetika għat-tipi kollha ta’ sorsi tad-dawl, b’mod partikolari għal sorsi tad-dawl li mhumiex tat-tip LED, u għal tagħmir ta’ kontroll separat;

(b)

l-istabbiliment ta’ rekwiżiti dwar il-partijiet ta’ kontroll tad-dawl;

(c)

l-iffissar ta’ rekwiżiti aktar stretti dwar l-effett tat-teptip u l-effett stroboskopiku, filwaqt li jiġu estiżi għal tagħmir ta’ kontroll separat;

(d)

l-istabbiliment ta’ rekwiżiti dwar it-tbaxxija, inkluża l-interazzjoni mat-tnemnim;

(e)

l-istabbiliment ta’ rekwiżiti aktar stretti dwar il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (man-netwerk);

(f)

it-tnaqqis jew it-tneħħija tal-bonus għal sorsi tad-dawl li l-kulur tagħhom jista’ jiġi aġġustat u t-tneħħija tal-eżenzjoni għal purità għolja tal-kulur;

(g)

l-issettjar tar-rekwiżiti tat-tul tal-ħajja;

(h)

l-istabbiliment ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni mtejba dwar it-tul tal-ħajja, inkluż għal tagħmir ta’ kontroll;

(i)

sostituzzjoni tal-metrika tal-apparenza tal-kulur CRI permezz ta’ metrika aktar adegwata;

(j)

il-verifikazzjoni tal-adegwatezza tal-lumen bħala metrika awtonoma għall-kwantità ta’ dawl viżibbli;

(k)

l-eżenzjonijiet;

(l)

l-istabbiliment ta’ rekwiżiti addizzjonali tal-effiċjenza tar-riżorsi għal prodotti f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, speċjalment fir-rigward tat-tneħħija u tal-possibbiltà ta’ skambju tas-sorsi tad-dawl u tat-tagħmir ta’ kontroll.

Artikolu 10

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Settembru 2021.

Artikolu 11

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Settembru 2021. Madankollu, l-Artikolu 7 għandu japplika mill-25 ta’ Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  COM(2016) 773 final tat-30.11.2016.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda (ĠU L 76, 24.3.2009, p. 3).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 24.3.2009, p. 17).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b’dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

(7)  COM/2015/0614 final tat-2.12.2015.

(8)  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(11)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (Ara paġna 68 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2282 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1275/2008, (KE) Nru 107/2009, (KE) Nru 278/2009, (KE) Nru 640/2009, (KE) Nru 641/2009, (KE) Nru 642/2009, (KE) Nru 643/2009, (UE) Nru 1015/2010, (UE) Nru 1016/2010, (UE) Nru 327/2011, (UE) Nru 206/2012, (UE) Nru 547/2012, (UE) Nru 932/2012, (UE) Nru 617/2013, (UE) Nru 666/2013, (UE) Nru 813/2013, (UE) Nru 814/2013, (UE) Nru 66/2014, (UE) Nru 548/2014, (UE) Nru 1253/2014, (UE) 2015/1095, (UE) 2015/1185, (UE) 2015/1188, (UE) 2015/1189 u (UE) 2016/2281 fejn jidħol l-użu tat-tolleranzi fil-proċeduri ta’ verifika (ĠU L 346, 20.12.2016, p. 51).

(14)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta’ provvisti tal-elettriku esterni (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 3).


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“sors tad-dawl mill-mejns” (MLS) tfisser sors tad-dawl li jista’ jitħaddem direttament fuq il-provvista tal-elettriku mill-mejns. Sorsi tad-dawl li joperaw direttament fuq il-mejns, u li jistgħu joperaw ukoll indirettament fuq il-mejns bl-użu ta’ tagħmir ta’ kontroll separat, għandhom jitqiesu bħala sorsi tad-dawl mill-mejns;

(2)

“sors tad-dawl mhux tal-mejns (NMLS)” tfisser sors tad-dawl li jeħtieġ tagħmir ta’ kontroll separat biex jaħdem bl-elettriku mill-mejns;

(3)

“sors tad-dawl direzzjonali” (DLS) tfisser sors tad-dawl li għandu tal-anqas 80 % tal-fluss luminuż totali f’angolu solidu ta’ π sr (ekwivalenti għal kon b’angolu ta’ 120°);

(4)

“sors tad-dawl mhux direzzjonali” (NDLS), tfisser sors tad-dawl li mhuwiex sors tad-dawl direzzjonali;

(5)

“sors tad-dawl konness” (CLS) tfisser sors tad-dawl li jinkludi partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament jew funzjonalment separati mill-partijiet li jemettu d-dawl biex iżommu “s-settings ta’ kontroll ta’ referenza”. Is-sors tad-dawl jista’ jkollu partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament integrati fi struttura inseparabbli, inkella s-sors tad-dawl jista’ jkun ikkombinat ma’ partijiet fiżikament separati għall-konnessjoni tad-data mqiegħda fis-suq flimkien mas-sors tad-dawl bħala prodott uniku;

(6)

“tagħmir ta’ kontroll separat konness” (CSCG) tfisser tagħmir ta’ kontroll separat li jinkludi partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament jew funzjonalment inseparabbli mill-partijiet li jemettu d-dawl infushom biex iżommu “s-settings ta’ kontroll ta’ referenza”. It-tagħmir ta’ kontroll separat jista’ jkollu partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament integrati fi struttura inseparabbli, inkella t-tagħmir ta’ kontroll separat jista’ jkun ikkombinat ma’ partijiet fiżikament separati għall-konnessjoni tad-data mqiegħda fis-suq flimkien ma’ tagħmir ta’ kontroll bħala prodott wieħed;

(7)

“partijiet għall-konnessjoni tad-data” tfisser partijiet li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

riċezzjoni jew trażmissjoni bil-fili jew mingħajr fili ta’ sinjali tad-data u l-ipproċessar tagħhom (użati għall-kontroll tal-funzjoni tal-emissjoni tad-dawl u possibbilment oħrajn);

(b)

id-ditezzjoni u l-ipproċessar ta’ sinjali pperċeputi (użati għall-kontroll tal-funzjoni tal-emissjoni tad-dawl u possibbilment għal skopijiet oħra);

(c)

kombinazzjoni ta’ dawn;

(8)

“sors tad-dawl bil-kulur aġġustabbli” (CTLS) tfisser sors tad-dawl li jista’ jiġi ssettjat biex jemetti dawl b’varjetà kbira ta’ kuluri barra mill-firxa definita fl-Artikolu 2 iżda li jista’ jiġi ssettjat ukoll biex jemetti dawl abjad fil-firxa definita fl-Artikolu 2 li għaliha s-sors tad-dawl huwa fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Sorsi tad-dawl abjad aġġustabbli li jistgħu jiġu ssettjati biss biex jemettu d-dawl, b’temperaturi tal-kulur ikkorrelatati differenti, fil-firxa definita fl-Artikolu 2, u sorsi tad-dawl dim-to-warm li kapaċi jbiddlu l-output ta’ dawl abjad tagħhom biex ibaxxu temperatura tal-kulur ikkorrelatata meta jiġu ddimmjati, b’imitazzjoni tal-imġiba ta’ sorsi tad-dawl inkandexxenti, ma jitqisux bħala CTLs;

(9)

“purità tal-eċitazzjoni” tfisser il-perċentwal ikkalkulat għal CTLS issettjat biex jemetti dawl ta’ kulur partikolari, bl-użu ta’ proċedura definita aktar fil-fond fl-istandards, billi tinqata’ linja dritta (x u y) fuq graff tal-ispazju tal-kulur minn punt bil-koordinati tal-kulur x = 0,333 u y = 0,333 (punt ta’ stimulu akromatiku), li tgħaddi mill-punt li jirrappreżenta l-koordinati tal-kulur (x u y) tas-sors tad-dawl (punt 2), u tispiċċa fuq it-tarf ta’ barra tal-ispazju tal-kulur (locus; punt 3). Il-purità tal-eċitazzjoni tiġi kkalkulata bħala d-distanza bejn il-punti 1 u 2 diviża bid-distanza bejn il-punti 1 u 3. It-tul sħiħ tal-linja jirrappreżenta 100 % tal-purità tal-kulur (il-punt fuq il-locus). Il-punt ta’ stimulu akromatiku jirrappreżenta purità tal-kulur ta’ 0 % (dawl abjad);

(10)

“sors tad-dawl ta’ luminanza għolja” (HLLS) tfisser sors tad-dawl LED b’luminanza medja ogħla minn 30 cd/mm2 fid-direzzjoni tal-intensità massima;

(11)

“luminanza” (f’direzzjoni partikolari, f’ċertu punt ta’ superfiċje reali jew immaġinarji) tfisser il-fluss luminuż trażmess minn raġġ elementari li jgħaddi f’punt partikolari u bil-propagazzjoni fl-angolu solidu li jinkludi d-direzzjoni partikolari, diviż bl-erja tar-raġġ tas-sezzjoni ta’ dak ir-raġġ li jkun fih dak il-punt partikolari (cd/m2);

(12)

“luminanza medja” (Luminanza-HLLS) għal sors tad-dawl LED tfisser il-luminanza medja fuq erja li temetti d-dawl fejn il-luminanza hija ogħla minn 50 % tal-luminanza massima (cd/mm2);

(13)

“partijiet għall-kontroll tat-tidwil” tfisser partijiet li huma integrati f’sors tad-dawl jew f’tagħmir ta’ kontroll separat, jew separati fiżikament imma kummerċjalizzati flimkien ma’ sors ta’ dawl jew tagħmir ta’ kontroll separat bħala prodott uniku, li mhumiex strettament meħtieġa biex is-sors tad-dawl jemetti d-dawl b’tagħbija sħiħa, jew biex it-tagħmir ta’ kontroll separat jipprovdi l-enerġija elettrika li tippermetti li s-sors(i) tad-dawl jemettu d-dawl b’tagħbija sħiħa, iżda li jippermettu l-kontroll manwali jew awtomatiku, dirett jew indirett tal-intensità luminuża, tal-kromatiċità, tat-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, tal-ispettru tad-dawl u/jew tal-angolu tar-raġġ. Id-dimmers għandhom jitqiesu wkoll bħala partijiet għall-kontroll tat-tidwil.

It-terminu jinkludi wkoll partijiet għall-konnessjoni tad-data, iżda t-terminu ma jinkludix prodotti li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008;

(14)

“partijiet mhux tat-tidwil” tfisser partijiet li huma integrati f’sors tad-dawl jew f’tagħmir ta’ kontroll separat, jew separati fiżikament imma kummerċjalizzati flimkien ma’ sors ta’ dawl jew tagħmir ta’ kontroll separat bħala prodott uniku, li mhumiex meħtieġa biex is-sors tad-dawl jemetti d-dawl b’tagħbija sħiħa, jew biex it-tagħmir ta’ kontroll separat jipprovdi l-enerġija elettrika li tippermetti li s-sors(i) tad-dawl jemettu d-dawl b’tagħbija sħiħa, u li mhumiex “partijiet għall-kontroll tat-tidwil”. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: speakers (awdjo), kameras, repeaters għall-estensjoni tal-kopertura tas-sinjali tal-komunikazzjoni (eż. WiFi), partijiet ta’ sostenn tal-ekwilibriju tal-provvista (jaqilbu għall-batteriji interni fejn meħtieġ), ċarġers tal-batteriji, notifiki viżivi ta’ avvenimenti (meta tasal il-posta, iddoqq il-qanpiena tal-bieb, twissija), l-użu tal-Light Fidelity (Li-Fi, teknoloġija bidirezzjonali bla fili ta’ veloċità għolja u kompletament netwerkjata).

It-terminu jinkludi wkoll partijiet għall-konnessjoni tad-data li jintużaw għal funzjonijiet oħrajn għajr il-kontroll tal-funzjoni tal-emissjoni tad-dawl;

(15)

“fluss luminuż utli” (Φuse) tfisser il-parti tal-fluss luminuż ta’ sors tad-dawl li titqies biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza enerġetika:

għal sorsi tad-dawl mhux direzzjonali, dan huwa l-fluss totali emess f’angolu solidu ta’ 4π sr (li jikkorrispondi għal sfera ta’ 360°);

għal sorsi tad-dawl direzzjonali b’angolu tar-raġġ ≥ 90° huwa l-fluss emess f’angolu solidu ta’ π sr (li jikkorrispondi għal kon b’angolu ta’ 120°);

għal sorsi tad-dawl direzzjonali b’angolu tar-raġġ < 90° huwa l-fluss emess f’angolu solidu ta’ 0,586π sr (li jikkorrispondi għal kon b’angolu ta’ 90°);

(16)

“angolu tar-raġġ” ta’ sors tad-dawl direzzjonali tfisser l-angolu bejn żewġ linji immaġinarji fuq pjan li jaqsam l-assi tar-raġġ ottiku, b’tali mod li dawn il-linji jgħaddu miċ-ċentru tas-superfiċje ta’ quddiem tas-sors tad-dawl u minn punti li fihom l-intensità luminuża tkun ta’ 50 % tal-intensità taċ-ċentru tar-raġġ, fejn l-intensità taċ-ċentru tar-raġġ tkun il-valur tal-intensità luminuża mkejla fuq l-assi tar-raġġ ottiku.

Għal sorsi tad-dawl li jkollhom angoli tar-raġġ differenti f’diversi pjani, l-akbar angolu tar-raġġ għandu jkun dak li jiġi kkunsidrat.

Għal sorsi tad-dawl b’angolu tar-raġġ kontrollabbli mill-utent, l-angolu tar-raġġ li jikkorrispondi għas-“setting tal-kontroll ta’ referenza” għandu jkun dak li jiġi kkunsidrat;

(17)

“tagħbija sħiħa” tfisser:

il-kundizzjoni ta’ sors tad-dawl, fi ħdan il-kundizzjonijiet operattivi ddikjarati, li fiha jemetti l-ogħla fluss luminuż (mhux baxxut); jew

il-kundizzjonijiet operattivi u t-tagħbijiet tat-tagħmir ta’ kontroll matul il-kejl tal-effiċjenza kif speċifikat fl-istandards rilevanti;

(18)

“modalità bla tagħbija” tfisser il-kundizzjoni ta’ tagħmir ta’ kontroll separat li l-input tiegħu jkun konness mas-sors tal-enerġija elettrika mill-mejns u li l-output tiegħu jkun skonness apposta mis-sorsi tad-dawl, u, jekk applikabbli, mill-partijiet għall-kontroll tat-tidwil u mill-partijiet mhux tat-tidwil. Jekk dawn il-partijiet ma jistgħux jiġu skonnessi, huma għandhom jintfew u għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Il-modalità bla tagħbija tapplika biss għal tagħmir ta’ kontroll separat li għalih il-manifattur jew l-importatur iddikjara fid-dokumentazzjoni teknika li dan ġie ddisinjat għal din il-modalità;

(19)

“modalità standby” tfisser il-kundizzjoni ta’ sors tad-dawl jew ta’ tagħmir ta’ kontroll separat, fejn dan ikun konness ma’ provvista tal-enerġija elettrika iżda s-sors tad-dawl intenzjonalment ma jemettix dawl, u s-sors tad-dawl jew it-tagħmir ta’ kontroll ikun qed jistenna sinjal ta’ kontroll biex jerġa’ lura għal stat ta’ emissjoni tad-dawl. Il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil li jippermettu funzjoni ta’ standby għandhom ikunu fil-modalità ta’ kontroll tagħhom. Il-partijiet mhux tat-tidwil għandhom ikunu skonnessi jew mitfija jew għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(20)

“modalità standby man-netwerk” tfisser il-kundizzjoni ta’ sors tad-dawl konness (CLS) jew tagħmir ta’ kontroll separat konness (CSCG) fejn dawn ikunu konnessi mal-provvista tal-enerġija elettrika iżda s-sors tad-dawl intenzjonalment ma jkunx qiegħed jemetti dawl, inkella t-tagħmir ta’ kontroll ma jkunx qiegħed jipprovdi l-enerġija elettrika meħtieġa biex is-sors tad-dawl jemetti d-dawl u jkun qiegħed jistenna kmand attivat mill-bogħod biex jerġa’ lura għal stat ta’ emissjoni tad-dawl. Il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil għandhom ikunu fil-modalità ta’ kontroll tagħhom. Il-partijiet mhux tat-tidwil għandhom ikunu skonnessi jew mitfija jew għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(21)

“modalità ta’ kontroll” tfisser il-kundizzjoni tal-partijiet għall-kontroll tat-tidwil meta dawn ikunu konnessi mas-sors tad-dawl u/jew it-tagħmir ta’ kontroll separat u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’tali mod li jista’ jiġi ġġenerat internament sinjal ta’ kontroll inkella b’tali mod li kmand mogħti mill-bogħod jista’ jiġi rċevut bil-fili jew bla fili, u pproċessat biex iseħħ tibdil fl-emissjoni tad-dawl tas-sors tad-dawl jew għal bidla mixtieqa korrispondenti fil-provvista tal-enerġija elettrika minn tagħmir ta’ kontroll separat;

(22)

“kmand mogħti mill-bogħod” tfisser sinjal li jiġi minn barra s-sors tad-dawl jew it-tagħmir tal-kontroll separat permezz ta’ netwerk;

(23)

“sinjal ta’ kontroll” tfisser sinjal analoġiku jew diġitali trażmess lis-sors tad-dawl jew lit-tagħmir ta’ kontroll mingħajr fili jew bil-fili kemm permezz ta’ modulazzjoni tal-vultaġġ f’kejbils separati ta’ kontroll jew permezz ta’ sinjal modulat fil-vultaġġ ta’ provvista. It-trażmissjoni tas-sinjal ma ssirx permezz ta’ netwerk imma pereżempju minn sors intern jew minn apparat ta’ kontroll mill-bogħod ipprovdut mal-prodott;

(24)

“netwerk” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli);

(25)

“potenza fil-modalità mixgħul” (Pon), espressa f’watt, tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika ta’ sors tad-dawl b’tagħbija sħiħa meta l-partijiet kollha għall-kontroll tat-tidwil u l-partijiet kollha mhux tat-tidwil ikunu skonnessi. Jekk dawn il-partijiet ma jistgħux jiġu skonnessi, huma għandhom jintfew inkella għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. F’każ ta’ sors tad-dawl mhux mill-mejns (NMLS) li jkun jeħtieġ tagħmir ta’ kontroll separat biex jopera, Pon tista’ titkejjel direttament fuq l-input tas-sors tad-dawl, inkella Pon tista’ tiġi determinata permezz ta’ tagħmir ta’ kontroll li l-effiċjenza tiegħu tkun magħrufa, li l-konsum tal-enerġija elettrika tiegħu sussegwentement jitnaqqas mill-valur imkejjel tal-input ta’ potenza elettrika mill-mejns;

(26)

“potenza bla tagħbija” (Pno), espressa f’watt, hija l-konsum tal-enerġija elettrika ta’ tagħmir ta’ kontroll separat fil-modalità bla tagħbija;

(27)

“potenza standby” (Pno), espressa f’watt, hija l-konsum tal-enerġija elettrika ta’ sors tad-dawl jew ta’ tagħmir ta’ kontroll separat fil-modalità standby;

(28)

“potenza standby man-netwerk” (Pnet), espressa f’Watt, hija l-konsum tal-enerġija elettrika ta’ CLS jew CSCG fil-modalità standby man-netwerk;

(29)

“settings ta’ kontroll ta’ referenza” (RCS) tfisser settings ta’ kontroll jew kombinazzjoni ta’ settings ta’ kontroll li jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità ta’ sors tad-dawl ma’ dan ir-Regolament. Dawn is-settings huma rilevanti għal sorsi tad-dawl li jippermettu lill-utent aħħari biex jikkontrolla, b’mod manwali jew awtomatiku, direttament jew b’mod remot, l-intensità luminuża, il-kulur, it-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, l-ispettru, u/jew l-angolu tar-raġġ tad-dawl emess.

Fil-prinċipju, is-settings ta’ kontroll ta’ referenza għandhom ikunu dawk definiti minn qabel mill-manifattur bħala valuri prestabbiliti tal-fabbrika u li jsibhom l-utent mal-ewwel installazzjoni (parametri tal-prodott ġdid fil-kaxxa). Jekk il-proċedura tal-installazzjoni tipprevedi aġġornament awtomatiku tas-softwer matul l-ewwel installazzjoni, jew jekk l-utent għandu l-għażla li jwettaq tali aġġornament, it-tibdil li jirriżulta fis-settings (jekk ikun hemm) għandu jitqies.

Jekk il-parametri tal-prodott ġdid fil-kaxxa jkunu ssettjati apposta differenti mis-setting ta’ kontroll ta’ referenza (eż. b’alimentazzjoni baxxa tal-elettriku għal skopijiet ta’ sikurezza), il-manifattur għandu jindika fid-dokumentazzjoni teknika kif jitreġġgħu lura s-settings ta’ kontroll ta’ referenza għall-finijiet tal-verifika tal-konformità u jagħti ġustifikazzjoni teknika għaliex il-valur tal-prodott ġdid fil-kaxxa huwa differenti mis-setting ta’ kontroll ta’ referenza.

Il-manifattur tas-sors tad-dawl għandu jiddefinixxi s-settings ta’ kontroll ta’ referenza b’tali mod li:

is-sors tad-dawl ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 1 u ma tkun tapplika l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet għal eżenzjoni;

il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil u l-partijiet mhux tat-tidwil ikunu skonnessi jew mitfija jew, f’każ li dan ma jkunx possibbli, il-konsum tal-enerġija elettrika ta’ dawn il-partijiet jkun minimu;

tinkiseb il-kundizzjoni ta’ tagħbija sħiħa;

meta l-utent finali jagħżel li jerġa’ lura għall-valuri prestabbiliti mill-fabbrika, jinkisbu s-settings ta’ kontroll ta’ referenza.

Għal sorsi tad-dawl li jippermettu lill-manifattur ta’ prodott kontenenti li jagħmel għażliet ta’ implimentazzjoni li jinfluwenzaw il-karatteristiċi tas-sors tad-dawl (eż. definizzjoni tal-kurrent(i) operattiv(i); disinn termali), u li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-utent aħħari, is-settings ta’ kontroll ta’ referenza m’għandhomx għalfejn jiġu definiti. F’dak il-każ, japplikaw il-kundizzjonijiet nominali tat-test kif definiti mill-manifattur tas-sors tad-dawl;

(30)

“sors tad-dawl tal-merkurju taħt pressjoni għolja” tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih il-parti l-kbira tad-dawl tiġi prodotta, direttament jew indirettament, primarjament mir-radjazzjoni mill-fwar tal-merkurju fi pressjoni parzjali ta’ aktar minn 100 kilopascals;

(31)

“sors tad-dawl tal-alid tal-metall” (MH) tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih id-dawl jiġi prodott mir-radjazzjoni minn taħlita ta’ fwar metalliku, alidi tal-metall u l-prodotti ta’ dissoċjazzjoni tal-alidi tal-metall. Is-sorsi tad-dawl MH jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“single-ended”) jew tnejn (“double ended”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom. Il-materjal għat-tubu tal-arka ta’ sors tad-dawl MH jista’ jkun kwarz (QMH) jew ċeramika (CMH);

(32)

“sors tad-dawl fluworexxenti kumpatt” (CFL) tfisser sors tad-dawl single-capped bi struttura ta’ tubu mgħawweġ iddisinjat biex joqgħod fi spazji żgħar. Is-CFLs jistgħu jkunu primarjament f’forma spirali (jiġifieri forma nnukklata) inkella fil-forma ta’ diversi tubi paralleli konnessi, ġewwa kompartiment ieħor simili għal bozza, inkella mingħajru. Is-CFLs huma disponibbli b’tagħmir ta’ kontroll integrat fiżikament (CFLi) jew mingħajru (CFLni);

(33)

“T2”, “T5”, “T8”, “T9” u “T12” ifissru sors tad-dawl tubulari b’dijametru ta’ madwar 7, 16, 26, 29 u 38 mm rispettivament, kif definit fl-istandards. It-tubu jista’ jkun dritt (lineari) inkella mgħawweġ (eż. fil-forma ta’ U jew ċirkolari);

(34)

“LFL T5-HE” tfisser sors tad-dawl fluworexxenti lineari T5 b’effiċjenza għolja, b’kurrent ta’ alimentazzjoni ta’ inqas minn 0,2 A;

(35)

“LFL T5-HO” tfisser sors tad-dawl fluworexxenti lineari T5 b’output għoli, b’kurrent ta’ alimentazzjoni ta’ 0,2 A jew ogħla;

(36)

“LFL T8 2-foot”, “LFL T8 4-foot” jew “LFL T8 5-foot” tfisser sors tad-dawl fluworexxenti lineari T8 b’tul ta’ madwar 600 mm (2 piedi), 1 200 mm (4 piedi) jew 1 500 mm (5 piedi) rispettivament, kif definit fl-istandards;

(37)

“sors tad-dawl b’induzzjoni manjetika” tfisser sors tad-dawl li juża t-teknoloġija tal-fluworexxenza, fejn l-enerġija tiġi skarikata fil-gass permezz ta’ kamp manjetiku ta’ frekwenza għolja indott, minflok permezz ta’ elettrodi mqiegħda fil-gass. L-induttur manjetiku jista’ jkun ġewwa inkella barra mit-tubu ta’ skariku;

(38)

“G4”, “GY6.35” u “G9” ifissru interfaċċa elettrika ta’ sors tad-dawl li tikkonsisti minn żewġ pinnijiet żgħar f’distanzi ta’ 4, 6.35 u 9 mm rispettivament, kif definit fl-istandards;

(39)

“HL R7s” tfisser, sors tad-dawl lineari tal-aloġenu b’żewġ kappi alimentat b’vultaġġ tal-mejns, b’dijametru tal-kappa ta’ 7 mm;

(40)

“K39d” tfisser interfaċċa elettrika għal sors tad-dawl li jikkonsisti minn 2 wajers b’konnetturi forma ta’ ħolqa li jistgħu jitwaħħlu permezz tal-viti;

(41)

“G9.5”, “GX9.5”, “GY9.5”, “GZ9.5”, “GZX9.5”, “GZY9.5”, “GZZ9.5”“G9.5HPL”, “G16”, “G16d”, “GX16d”, “GY16”, “G22”, “G38”, “GX38” u “GX38Q” ifissru interfaċċa elettrika ta’sors tad-dawl li tikkonsisti minn żewġ pinnijiet f’distanzi ta’ 9.5, 16, 22 u 38 mm rispettivament, kif definit fl-istandards. “G9.5HPL” jinkludi dissipatur tas-sħana ta’ dimensjonijiet speċifiċi bħalma jintużaw fil-lampi tal-aloġenu ta’ prestazzjoni għolja, u jista’ jinkludi pinnijiet addizzjonali għal finijiet ta’ ertjar;

(42)

“P28s”, “P40s”, “PGJX28”, “PGJX36” u “PGJX50” ifissru interfaċċa elettrika ta’ sors tad-dawl li tuża l-flanġ ta’ kuntatt biex is-sors tad-dawl ikun pożizzjonat b’mod korrett (pre-focus) f’riflettur, kif definit fl-istandards;

(43)

“QXL (Quick eXchange Lamp)” tfisser interfaċċa elettrika ta’ sors tad-dawl li tikkonsisti, fuq in-naħa tas-sors tad-dawl, minn żewġ tabs laterali li jinkludu l-uċuħ ta’ kuntatt elettriku u, fuq in-naħa opposta (wara), sporġenża ċentrali li tippermetti lis-sors tad-dawl biex jinħataf b’żewġt iswaba’. Dan huwa ddisinjat speċifikament għall-użu f’tip speċifiku ta’ luminarji għat-tidwil tal-palk, fejn is-sors tad-dawl jiddaħħal min-naħa ta’ wara tal-luminarja u jiddawwar kwart ta’ rotazzjoni biex jeħel jew biex jinħall;

(44)

“li jaħdem bil-batterija” tfisser prodott li jopera biss b’kurrent dirett (DC) fornut minn sors li jkun jinsab fl-istess prodott, mingħajr ma jkun konness direttament jew indirettament mal-provvista tal-elettriku tal-mejns;

(45)

“bozza esterna” tfisser it-tieni bozza ta’ barra ta’ sors tad-dawl HID li ma tkunx meħtieġa għall-produzzjoni tad-dawl, bħal pereżempju tubu estern li jipprevjeni r-rilaxx tal-merkurju u tal-ħġieġ fl-ambjent f’każ li tinkiser il-lampa. Għad-determinazzjoni tal-preżenza ta’ bozza esterna, it-tubi tal-arka HID m’għandhomx jgħoddu bħala bozza;

(46)

“bozza mhux trasparenti” għal sors tad-dawl HID tfisser bozza ta’ barra li mhix trasparenti jew tubu estern li fih it-tubu tal-arka li tipproduċi d-dawl ma jkunx jidher;

(47)

“skrin antirifless” tfisser regolatur reżistenti, mekkaniku jew ottiku, li jirrefletti jew le, iddisinjat biex jimblokka r-radjazzjoni viżibbli diretta emessa mill-emittur tad-dawl ta’ sors tad-dawl direzzjonali, sabiex jiġi evitat it-tgħammix parzjali (tgħammix ta’ diżabbiltà) jekk osservatur iħares dritt lejha. Ma jinkludix kisi tas-superfiċje tal-emittur tad-dawl fis-sors tad-dawl direzzjonali;

(48)

“l-effiċjenza tat-tagħmir ta’ kontroll” tfisser il-potenza tal-output li talimenta sors tad-dawl diviża bl-enerġija tal-input ta’ tagħmir ta’ kontroll separat bil-kondizzjonijiet u l-metodi definiti fl-istandards. Kwalunkwe partijiet għall-kontroll tat-tidwil u partijiet mhux tat-tidwil huma skonnessi, mitfija jew issettjati għall-inqas konsum tal-enerġija elettrika possibbli skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u dan il-konsum tal-enerġija jitnaqqas mill-input tal-enerġija totali;

(49)

“funzjonalità wara l-ittestjar tad-durabilità” tfisser il-funzjonalità ta’ sors tad-dawl LED jew OLED wara l-ittestjar tad-durabilità kif definit fl-Anness V;

(50)

“tnemnim” tfisser il-perċezzjoni ta’ irregolarità viżiva kkaġunata mill-istimulu tad-dawl, il-luminanza jew id-distribuzzjoni spettrali li tvarja biż-żmien, għal osservatur statiku f’ambjent statiku. Il-varjazzjonijiet jistgħu jkunu perjodiċi u mhux perijodiċi u jistgħu jiġu indotti mis-sors tad-dawl innifsu, mis-sors tal-enerġija elettrika jew minn fatturi oħra ta’ influwenza.

Il-metrika għat-tnemnim li tintuża f’dan ir-Regolament hija l-parametru “Pst LM”, fejn “st” tirreferi għal perjodu qasir (short term) u “LM” għal metodu tal-flickermeter tad-dawl, kif definit fl-istandards. Valur Pst LM = 1 ifisser li l-osservatur medju jkollu probabbiltà ta’ 50 % li jidentifika t-tnemnim;

(51)

“effett stroboskopiku” tfisser bidla fil-perċezzjoni ta’ ċaqliq li tirriżulta minn stimulu tad-dawl, il-luminanza jew id-distribuzzjoni spettrali li tvarja biż-żmien, għal osservatur statiku f’ambjent mhux statiku. Il-varjazzjonijiet jistgħu jkunu perjodiċi u mhux perijodiċi u jistgħu jiġu indotti mis-sors tad-dawl innifsu, mis-sors tal-enerġija elettrika jew minn fatturi oħra ta’ influwenza.

Il-metrika għall-effett stroboskopiku li tintuża f’dan ir-Regolament hija “SVM” (kejl tal-viżibilità stroboskopika) kif definit fl-istandards. SVM = 1 tirrappreżenta l-limitu tal-viżibilità għal osservatur medju;

(52)

“valur iddikjarat” għal parametru tfisser il-valur mogħti mill-manifattur jew l-importatur fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE;

(53)

“potenza ultravjola radjanti effettiva speċifika” (mW/klm) hija l-enerġija effettiva tar-radjazzjoni ultravjola ta’ sors tad-dawl ponderata skont il-fatturi spettrali ta’ korrezzjoni u kif relatata mal-fluss luminuż tagħha;

(54)

“intensità luminuża” (candela jew cd) tfisser il-kwozjent tal-fluss luminuż li jħalli s-sors u jixxerred fl-element ta’ angolu solidu li jinkludi direzzjoni mogħtija, mill-element ta’ angolu solidu;

(55)

“temperatura tal-kulur ikkorrelatata” (CCT [K]) tfisser it-temperatura ta’ radjatur Planckjan (korp iswed) li l-kulur ipperċepit tiegħu jixbaħ l-iktar lil dak ta’ stimolu partikolari bl-istess qawwa u taħt kundizzjonijiet speċifiċi ta’ osservazzjoni;

(56)

“konsistenza tal-kulur” tfisser id-devjazzjoni massima tal-medja spazjata tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y) inizjali (wara perjodu ta’ żmien qasir) ta’ sors tad-dawl wieħed minn punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy) iddikjarata mill-manifattur jew l-importatur, espressa bħala d-daqs (f’livelli) tal-ellissi MacAdam iffurmat madwar il-punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy);

(57)

“fattur ta’ spostament (cos φ1)” tfisser il-cosine tal-angolu tal-fażi φ1 bejn l-armoniku fundamentali tal-vultaġġ tal-provvista tal-mejns u l-armoniku fundamentali tal-kurrent tal-mejns. Dan jintuża għal sorsi tad-dawl tal-mejns li jużaw teknoloġija LED jew OLED. Il-fattur ta’ spostament jitkejjel b’tagħbija sħiħa, għas-settings ta’ kontroll ta’ referenza fejn applikabbli, bil-partijiet għall-kontroll tat-tidwil fil-modalità ta’ kontroll u bil-partijiet mhux tat-tidwil skonnessi, mitfija jew issettjati għall-inqas konsum tal-enerġija elettrika possibbli skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(58)

“fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen” (XLMF), tfisser il-proporzjon bejn il-fluss luminuż inizjali emess minn sors tad-dawl f’ħin partikolari fil-ħajja tiegħu u l-fluss luminuż inizjali;

(59)

“fattur ta’ sopravivenza” (SF) tfisser il-frazzjoni ddefinita tal-għadd totali ta’ sorsi tad-dawl li jibqgħu jaħdmu fi żmien partikolari taħt kundizzjonijiet u frekwenza ta’ kommutazzjoni ddefiniti;

(60)

“il-ħajja” għal sorsi tad-dawl LED u OLED tfisser il-ħin f’sigħat bejn il-bidu tal-użu tagħhom u l-mument meta, għal 50 % tal-popolazzjoni tas-sorsi tad-dawl, l-output tad-dawl ikun iddegrada gradwalment għal valur taħt is-70 % tal-fluss luminuż inizjali. Din tissejjaħ ukoll il-ħajja L70B50;

(61)

“pazjenti fotosensittivi” tfisser persuni b’kundizzjoni speċifika li tikkawża sintomi fotosensittivi u li jesperjenzaw reazzjonijiet negattivi għad-dawl naturali u/jew ċerti forom ta’ teknoloġija ta’ tidwil artifiċjali;

(62)

“erja tas-superfiċje li temetti d-dawl projettat (A)” hija l-erja tas-superfiċje f’mm2 (millimetri kwadri) tad-dehra ta’ projezzjoni ortografika tas-superfiċje li temetti d-dawl mid-direzzjoni bl-ogħla intensità tad-dawl, fejn l-erja tas-superfiċje li temetti d-dawl hija l-erja tas-superfiċje tas-sors tad-dawl li jemetti d-dawl bil-karatteristiċi ottiċi ddikjarati, bħas-superfiċje approssimattivament sferika ta’ ark (a), superfiċje ċilindriku ta’ filament ta’ kojl (b) jew lampa bi skariku f’gass (c, d), bozza ċatta jew semisferika ta’ dijodu li jemetti d-dawl (e).

Għal sorsi tad-dawl b’bozza mhux trasparenti jew bi skrin antirifless, l-erja tas-superfiċje li temetti d-dawl hija l-erja kollha li minnha d-dawl joħroġ mis-sors tad-dawl.

Għal sorsi tad-dawl li jkun fihom aktar minn emittent wieħed tad-dawl, il-projezzjoni tal-iżgħar volum gross li jenkapsula l-emittenti kollha għandha tittieħed bħala s-superfiċje li temetti d-dawl.

Għal sorsi tad-dawl HID tapplika d-definizzjoni (a), sakemm ma japplikawx id-dimensjonijiet definiti f’(d) b’L > D, fejn L hija d-distanza bejn il-ponot tal-elettrodu u D huwa d-dijametru intern tat-tubu tal-lampa.

Image 1

ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli jsiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintuża metodu ieħor li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, filwaqt li jqis il-metodi l-aktar avvanzati rrikonoxxuti b’mod ġenerali.

1.   Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika:

(a)

Mill-1 ta’ Settembru 2021, il-konsum tal-enerġija elettrika ddikkjarat għal sors tad-dawl P on m’għandux jaqbeż il-potenza massima permessa Ponmax (f’W), iddefinita bħala funzjoni tal-fluss luminuż utli ddikjarat Φuse (f’lm) u l-indiċi tal-apparenza tal-kulur iddikjarat CRI (-) kif ġej:

Ponmax = C × (L + Φuse/(F × η)) × R;

fejn:

Il-valuri għall-effikaċja ta’ limitu (η f’ lm/W) u l-fattur ta’ telf finali (L f’ W) huma speċifikati fit-Tabella 1, skont it-tip tas-sors tad-dawl. Dawn huma l-kostanti li jintużaw għall-kalkoli u ma jirriflettux il-parametri reali tas-sorsi tad-dawl. L-effikaċja tal-limitu mhix l-effikaċja minima meħtieġa; din tal-aħħar tista’ tiġi kkalkulata bid-diviżjoni tal-fluss luminuż utli bil-potenza massima permessa kkalkulata.

Il-valuri bażiċi għall-fattur ta’ korrezzjoni (C) skont it-tip ta’ sors tad-dawl, u żidiet għal C għal karatteristiċi speċjali tas-sors tad-dawl huma speċifikati fit-Tabella 2.

Il-fattur tal-effikaċja (F) huwa:

1,00 għal sorsi tad-dawl mhux direzzjonali (NDLS, bl-użu tal-fluss totali)

0,85 għal sorsi tad-dawl direzzjonali (DLS, bl-użu tal-fluss f’kon)

il-fattur CRI (R) huwa:

0,65 għal CRI ≤ 25;

(CRI+80)/160 għal CRI > 25, imqarreb għal żewġ punti deċimali.

Tabella 1

L-effikaċja ta’ limitu (η) u l-fattur ta’ telf finali (L)

Deskrizzjoni tas-sors tad-dawl

η

L

[lm/W]

[W]

LFL T5-HE

98,8

1,9

LFL T5-HO, 4 000 ≤ Φ ≤ 5 000 lm

83,0

1,9

LFL T5-HO, output lm ieħor

79,0

1,9

FL T5 ċirkolari

79,0

1,9

FL T8 (inklużi FL T8 fil-forma ta’ U)

89,7

4,5

Mill-1 ta’ Settembru 2023, għal FL T8 ta’ 2, 4 u 5 piedi

120,0

1,5

Induzzjoni manjetika tas-sors tad-dawl, kwalunkwe tul/fluss

70,2

2,3

CFLni

70,2

2,3

FL T9 ċirkolari

71,5

6,2

HPS “tarf wieħed”

88,0

50,0

HPS “żewġt itruf”

78,0

47,7

MH ≤ 405 W tarf wieħed

84,5

7,7

MH > 405 W tarf wieħed

79,3

12,3

MH taċ-ċeramika b’żewġt itruf

84,5

7,7

MH tal-kwarz b’żewġt itruf

79,3

12,3

Dijodu organiku li jemetti d-dawl (OLED)

65,0

1,5

Sal-1 ta’ Settembru 2023: Hl G9, G4 u GY6.35

19,5

7,7

HL R7s ≤ 2 700 lm

26,0

13,0

Sorsi tad-dawl oħra f’kamp ta’ applikazzjoni mhux imsemmi hawn fuq

120,0

1,5  (*1)


Tabella 2

Fattur ta’ korrezzjoni C skont il-karatteristiċi tas-sors tad-dawl

Tip tas-sors tad-dawl

Il-valur bażiku C

Mhux direzzjonali (NDLS) mhux alimentat mill-mejns (NMLS)

1,00

Mhux direzzjonali (NDLS) alimentat mill-mejns (MLS)

1,08

Direzzjonali (DLS) mhux alimentat mill-mejns (NMLS)

1,15

Direzzjonali (DLS) alimentat mill-mejns (MLS)

1,23

Il-karatteristika speċjali tas-sors tad-dawl

Bonus fuq C

FL jew HID b’CCT > 5 000 K

+0,10

FL b’CRI > 90

+0,10

HID b’bozza esterna

+0,10

MH NDLS > 405 W b’bozza mhux trasparenti

+0,10

DLS bi skrin antirifless

+0,20

Sors tad-dawl b’kulur aġġustabbli (CTLS)

+0,10

Sorsi tad-dawl ta’ luminanza għolja (HLLS)

+0,0058 • Luminanza-HLLS - 0,0167

Fejn applikabbli, il-bonusijiet fuq il-fattur ta’ korrezzjoni C huma kumulattivi.

Il-bonus għall-HLLS ma għandux ikun kombinat mal-valur C bażiku għad-DLS (il-valur C bażiku għan-NDLS għandu jintuża għal HLLS).

Is-sorsi tad-dawl li jippermettu lill-utent finali biex jadatta l-ispettru u/jew l-angolu tar-raġġ tad-dawl emess, u b’hekk jinbidlu l-valuri tal-fluss luminuż utli, tal-indiċi tal-apparenza tal-kulur (CRI) u/jew tat-temperatura tal-kulur ikkorrelatata (CCT), u/jew jinbidel l-istatus direzzjonali/mhux direzzjonali tas-sors tad-dawl, għandhom jiġu evalwati billi jintużaw is-settings ta’ kontroll ta’ referenza.

Il-potenza standby Psb ta’ sors tad-dawl ma għandhiex taqbeż 0,5 W.

Il-potenza standby man-netwerk Pnet ta’ sors tad-dawl konness ma għandhiex taqbeż 0,5 W.

Il-valuri permessi għal Psb u Pnet m’għandhomx jiġu magħduda flimkien.

(b)

Mill-1 ta’ Settembru 2021, għandhom japplikaw il-valuri determinati fit-Tabella 3 għar-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika minima ta’ tagħmir ta’ kontroll separat li jopera b’tagħbija sħiħa:

Tabella 3

Valuri tal-effiċjenza enerġetika minima għal tagħmir ta’ kontroll separat b’tagħbija sħiħa

Output ta’ potenza ddikjarat tat-tagħmir ta’ kontroll (Pcg) jew il-potenza ddikjarata ta’ sors tad-dawl (Pls) f’ W, kif applikabbli

L-effiċjenza enerġetika minima

Tagħmir ta’ kontroll għal sorsi tad-dawl HL

 

tal-potenzi kollha f’Watt Pcg

0,91

Tagħmir ta’ kontroll għal sorsi tad-dawl FL

 

Pls ≤ 5

0,71

5 < Pls ≤ 100

Pls/(2 × √(Pls/36) + 38/36 × Pls+1)

100 < Pls

0,91

Tagħmir ta’ kontroll għal sorsi tad-dawl HID

 

Pls ≤ 30

0,78

30 < Pls ≤ 75

0,85

75 < Pls ≤ 105

0,87

105 < Pls ≤ 405

0,90

405 < Pls

0,92

Tagħmir ta’ kontroll għal sorsi tad-dawl LED jew OLED

 

tal-potenzi kollha f’Watt Pcg

Pcg 0,81 /(1,09 × Pcg 0,81 +2,10 )

It-tagħmir ta’ kontroll separat tat-tip “multi-wattage” għandu jikkonforma mar-rekwiżiti fit-Tabella 3, skont il-potenza massima ddikjarata li biha jista’ jopera.

Il-potenza bla tagħbija Pno ta’ tagħmir ta’ kontroll separat ma għandhiex taqbeż 0,5 W. Dan japplika biss għal tagħmir ta’ kontroll separat li għalih il-manifattur jew l-importatur iddikjara fid-dokumentazzjoni teknika li dan ġie ddisinjati għall-modalità bla tagħbija.

Il-potenza standby Psb ta’ tagħmir ta’ kontroll separat ma għandhiex taqbeż 0,5 W.

Il-potenza standby man-netwerk Pnet ta’ tagħmir ta’ kontroll separat konness m’għandhiex taqbeż 0,5 W. Il-valuri permessi għal Psb u Pnet m’għandhomx jiġu magħduda flimkien.

2.   Rekwiżiti funzjonali

Mill-1 ta’ Settembru 2021, ir-rekwiżiti funzjonali speċifikati fit-Tabella 4 għandhom japplikaw għas-sorsi tad-dawl:

Tabella 4

Rekwiżiti funzjonali għas-sorsi tad-dawl

L-apparenza tal-kulur

CRI ≥ 80 (ħlief għal HID b’Φuse > 4 klm u għal sorsi tad-dawl maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet fuq barra, applikazzjonijiet industrijali jew applikazzjonijiet oħra fejn l-istandards tat-tidwil jippermettu CRI < 80, meta tingħata indikazzjoni ċara dwar dan fuq l-imballaġġ tas-sors tad-dawl u fid-dokumentazzjoni rilevanti kollha stampata u elettronika)

Fattur ta’ spostament (DF, cos φ1) mal-input tal-enerġija elettrika Pon għal MLS tat-tip LED u OLED

Bla limitu f’Pon ≤ 5 W,

DF ≥ 0,5 f’5 W < Pon ≤ 10 W,

DF ≥ 0,7 f’10 W < Pon ≤ 25 W

DF ≥ 0,9 f’25 W < Pon

Fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen (għal LED u OLED)

Il-fattur ta’ manutenzjoni tal-lumenLMF% wara l-ittestjar tad-durabilità skont l-Anness V għandu jkun tal-anqas XLMF,MIN % ikkalkulat kif ġej:

Formula

fejn L70 hija l-ħajja ddikkjarata L70B50 (f’sigħat)

Jekk il-valur ikkalkulat għal XLMF,MIN ikun ogħla minn 96,0 %, għandu jintuża valur ta’ XLMF,MIN ta’ 96,0 %

Fattur ta’ sopravivenza (għal LED u OLED)

Is-sorsi tad-dawl għandhom ikunu operazzjonali kif speċifikat fir-ringiela “fattur ta’ Sopravivenza (għal LED u OLED)” tal-Anness IV, Tabella 6, wara l-ittestjar tad-durabilità indikat fl-Anness V.

Konsistenza tal-kulur għal sorsi tad-dawl LED jew OLED

Varjazzjoni tal-koordinati tal-kromatiċità fi ħdan l-ellissi MacAdam ta’ sitt stadji jew anqas.

Tnemnim għal MLS LED u OLED

PST LM ≤ 1,0 f’tagħbija sħiħa

Effett stroboskopiku għall-MLS LED u OLED

SVM ≤ 0,4 f’tagħbija sħiħa (ħlief għal HID b’Φuse > 4 klm u għal sorsi tad-dawl maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet fuq barra, applikazzjonijiet industrijali jew applikazzjonijiet oħra fejn l-istandards tat-tidwil jippermettu CRI < 80)

3.   Rekwiżiti ta’ informazzjoni

Mill-1 ta’ Settembru 2021 għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni li ġejjin:

(a)

Informazzjoni li għandha tidher fuq is-sors tad-dawl innifsu

Għas-sorsi tad-dawl kollha, ħlief is-CTLS, LFL, CFLni, FL oħrajn, u HID il-valur u l-unità fiżika tal-fluss luminuż utli (lm) u t-temperatura tal-kulur ikkorrelatata (K) għandhom jintwerew b’tipa li tinqara fuq il-wiċċ jekk, wara l-inklużjoni tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza, ikun hemm biżżejjed spazju disponibbli għaliha mingħajr ma tiġi mfixkla żżejjed l-emissjoni tad-dawl.

Għal sorsi tad-dawl direzzjonali, għandu jiġi indikat ukoll l-angolu tar-raġġ (°).

Jekk ikun hemm post għal żewġ valuri biss, għandhom jintwerew il-fluss luminuż utli u t-temperatura tal-kulur ikkorrelatata. Jekk ikun hemm biss post għal valur wieħed, għandu jintwera l-fluss luminuż utli.

(b)

L-informazzjoni li għandha tintwera b’mod viżibbli fuq l-imballaġġ

(1)

Sors ta’ dawl imqiegħed fis-suq, mhux fi prodott kontenenti

Jekk sors tad-dawl jitqiegħed fis-suq, mhux fi prodott kontenenti, f’imballaġġ li jkun fih informazzjoni li tkun tidher b’mod viżibbli fil-post tal-bejgħ qabel ma jinxtara, l-informazzjoni li ġejja għandha tintwera b’mod ċar u prominenti fuq l-imballaġġ:

(a)

il-fluss luminuż utli (Φuse) b’tipa li tkun mill-inqas id-doppju tad-daqs tall-informazzjoni dwar il-potenza elettrika fil-modalità mixgħul (Pon), li tindika b’mod ċar jekk dan jirreferix għall-fluss fi sfera (360°), f’kon wiesa’ (120°) jew f’kon dejjaq (90°);

(b)

it-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, imqarrba għall-eqreb 100 K, espressa wkoll b’mod grafiku jew fi kliem, jew il-firxa ta’ temperaturi tal-kulur korrelatati li jistgħu jiġu ssettjati;

(c)

l-angolu tar-raġġ fi gradi (għal sorsi tad-dawl direzzjonali), jew il-medda ta’ angoli tar-raġġ li jistgħu jiġu ssettjati;

(d)

dettalji tal-interfaċċja elettrika, eż. tip ta’ kappa jew tip ta’ konnessjoni, tip ta’ provvista tal-enerġija (eż. 230 V AC 50 Hz, 12 V DC);

(e)

it-tul tal-ħajja L70B50 għal sorsi tad-dawl LED u OLED, espress f’sigħat;

(f)

il-potenza elettrika fil-modalità mixgħul (Pon), espressa f’W;

(g)

il-potenza standby (Psb), espressa f’W u mqarrba għat-tieni punt deċimali. Jekk il-valur huwa żero, jista’ ma jintweriex fuq l-imballaġġ;

(h)

Il-potenza standby man-netwerk (Pnet) tas-CLS, espressa f’W u mqarrba għat-tieni punt deċimali. Jekk il-valur huwa żero, jista’ ma jintweriex fuq l-imballaġġ;

(i)

l-indiċi tal-apparenza tal-kulur, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ, jew il-firxa ta’ valuri tas-CRI li jistgħu jiġu ssettjati;

(j)

jekk is-CRI < 80, u s-sors tad-dawl ikun maħsub għall-użu f’applikazzjonijiet fuq barra, applikazzjonijiet industrijali jew applikazzjonijiet oħra fejn l-istandards tat-tidwil jippermettu CRI < 80, indikazzjoni ċara f’dan ir-rigward. Għal sorsi tad-dawl HID bi fluss luminuż utli ta’ > 4 000 lm, din l-indikazzjoni mhijiex obbligatorja;

(k)

jekk is-sors tad-dawl ikun iddisinjat għall-aħjar użu f’kundizzjonijiet mhux standard (bħal temperatura ambjentali Ta ≠ 25 °C jew tkun meħtieġa ġestjoni termali speċifika): informazzjoni dwar dawk il-kundizzjonijiet;

(l)

twissija jekk is-sors tad-dawl ma jkunx jista’ jitbaxxa jew ikun jista’ jitbaxxa biss b’dimmers speċifiċi jew b’metodi speċifiċi bil-fili jew bla fili għat-tbaxxija tad-dawl. F’dawn l-aħħar każijiet għandha tiġi pprovduta lista ta’ dimmers u/jew metodi kompatibbli fuq is-sit web tal-manifattur;

(m)

jekk is-sors tad-dawl ikun fih il-merkurju: twissija dwar dan, inkluż il-kontenut tal-merkurju f’mg aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali;

(n)

jekk is-sors tad-dawl ikun fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2012/19/UE, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-immarkar skont l-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2012/19/UE, inkella jkun fih il-merkurju: twissija li ma għandux jintrema bħala skart muniċipali mhux separat.

Il-punti (a) sa (d) għandhom jintwerew fuq l-imballaġġ fid-direzzjoni maħsuba biex tidher għax-xerrej prospettiv; dan huwa wkoll rakkomandat għal oġġetti oħra, jekk l-ispazju jippermetti.

Għal sorsi tad-dawl li jistgħu jiġu ssettjati biex jemettu dawl b’karatteristiċi differenti, l-informazzjoni għandha tiġi rrapportata għas-settings ta’ kontroll ta’ referenza. Barra minn hekk, tista’ tiġi indikata medda ta’ valuri li jistgħu jinkisbu.

L-informazzjoni ma għandhiex bżonn tinkludi l-kliem eżatt li jinsab fuq il-lista ta’ hawn fuq. Alternattivament, tista’ tintwera fl-għamla ta’ graffs, tpinġijiet jew simboli.

(2)

Tagħmir ta’ kontroll separat:

Jekk tagħmir ta’ kontroll separat jitqiegħed fis-suq bħala prodott awtonomu u mhux bħala parti minn prodott, f’imballaġġ li jinkludi informazzjoni li għandha tintwera b’mod viżibbli lix-xerrejja potenzjali qabel jinxtara l-prodott, l-informazzjoni li ġejja għandha tidher b’mod ċar u prominenti fuq l-imballaġġ:

(a)

il-potenza massima tal-output tat-tagħmir ta’ kontroll (għall-HL, LED u OLED) jew il-potenza tas-sors tad-dawl li għalih it-tagħmir ta’ kontroll huwa maħsub (għall-FL u HID);

(b)

it-tip ta’ sors(i) tad-dawl li għalihom huwa maħsub;

(c)

l-effiċjenza b’tagħbija sħiħa, espressa f’perċentwali;

(d)

il-potenza bla tagħbija (Pno), espressa f’W u mqarrba għat-tieni punt deċimali, jew l-indikazzjoni li t-tagħmir mhux intenzjonat li jopera f’modalità bla tagħbija. Jekk il-valur ikun żero, jista’ ma jintweriex fuq l-imballaġġ. Madankollu, għandu jiġi dikjarat fid-dokumentazzjoni teknika u fuq is-siti web;

(e)

il-potenza standby (Psb), espressa f’W u mqarrba għat-tieni punt deċimali. Jekk il-valur ikun żero, jista’ ma jintweriex fuq l-imballaġġ. Madankollu, għandu jiġi dikjarat fid-dokumentazzjoni teknika u fuq is-siti web;

(f)

fejn applikabbli, il-potenza standby man-netwerk (Pnet), espressa f’W u mqarrba għat-tieni punt deċimali. Jekk il-valur ikun żero, jista’ ma jintweriex fuq l-imballaġġ. Madankollu, għandu jiġi dikjarat fid-dokumentazzjoni teknika u fuq is-siti web;

(g)

twissija jekk it-tagħmir ta’ kontroll mhuwiex adattat biex titbaxxa l-intensità tad-dawl tas-sorsi tad-dawl inkella jista’ jintuża biss ma’ tipi speċifiċi ta’ sorsi tad-dawl li l-intensità tagħhom tista’ titbaxxa jew permezz ta’ metodi bil-fili jew bla fili biex dan isir. Fil-każijiet imsemmija l-aħħar, l-informazzjoni dettaljata dwar il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża t-tagħmir ta’ kontroll biex titbaxxa l-intensità għandhom ikunu pprovduti fuq is-sit web tal-manifattur jew tal-importatur;

(h)

kodiċi QR li jieħu lill-utent lejn sit web b’aċċess b’xejn tal-manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat, inkella l-indirizz tal-Internet għal sit web, fejn tista’ tinsab l-informazzjoni kollha dwar it-tagħmir ta’ kontroll.

L-informazzjoni ma għandhiex bżonn tinkludi l-kliem eżatt li jinsab fuq il-lista ta’ hawn fuq. Alternattivament, tista’ tintwera fl-għamla ta’ graffs, tpinġijiet jew simboli.

(c)

Informazzjoni li għandha tintwera b’mod viżibbli fuq is-sit web tal-Internet tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat

(1)

Tagħmir ta’ kontroll separat:

Għal kwalunkwe tagħmir ta’ kontroll separat li jitqiegħed fis-suq, l-informazzjoni li ġejja għandha tintwera fuq mill-inqas sit web aċċessibbli mingħajr ħlas wieħed:

(a)

l-informazzjoni speċifikata fil-punt 3(b)(2), ħlief 3(b)(2)(h);

(b)

id-dimensjonijiet ta’ barra f’mm;

(c)

il-massa tat-tagħmir ta’ kontroll, mingħajr l-imballaġġ, fi grammi u mingħajr il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil u l-partijiet mhux tat-tidwil, jekk ikun hemm u jekk ikunu jistgħu jiġu separati fiżikament minn tagħmir ta’ kontroll;

(d)

struzzjonijiet dwar kif għandhom jitneħħew il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil u l-partijiet mhux tat-tidwil, jekk ikun hemm, jew kif jintfew jew jiġi mminimizzat il-konsum tal-enerġija tagħhom waqt l-ittestjar tat-tagħmir tal-kontroll għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq;

(e)

jekk it-tagħmir ta’ kontroll jista’ jintuża b’sorsi tad-dawl b’intensità li tista’ titbaxxa, lista ta’ karatteristiċi minimi li s-sorsi tad-dawl għandu jkollhom biex ikunu kompletament kompatibbli mat-tagħmir ta’ kontroll matul it-tbaxxija tal-intensità u possibbilment lista ta’ sorsi tad-dawl b’intensità li tista’ titbaxxa kompatibbli;

(f)

rakkomandazzjonijiet dwar kif għandu jintrema fi tmiem il-ħajja f’konformità mad-Direttiva 2012/19/UE.

L-informazzjoni ma għandhiex bżonn tinkludi l-kliem eżatt li jinsab fil-lista ta’ hawn fuq. Alternattivament, tista’ tintwera fl-għamla ta’ graffs, tpinġijiet jew simboli.

(d)

Dokumentazzjoni teknika

(1)

Tagħmir ta’ kontroll separat:

L-informazzjoni speċifikata fil-punt 3(c)(2) ta’ dan l-Anness għandha tkun inkluża wkoll fil-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE.

(e)

Informazzjoni dwar il-prodotti speċifikati fil-punt 3 tal-Anness III

Għal sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat speċifikati fil-punt 3 tal-Anness III, l-użu maħsub għandu jitniżżel fid-dokumentazzjoni teknika għall-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament u fuq il-forom kollha tal-ippakkjar, tal-informazzjoni dwar il-prodott u r-reklamar tiegħu, flimkien ma’ indikazzjoni espliċita li s-sors tad-dawl jew tagħmir ta’ kontroll separat mhumiex maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet oħra.

Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament għandu jelenka l-parametri tekniċi li minħabba fihom, id-disinn speċifiku tal-prodott jikkwalifika għall-eżenzjoni.

B’mod partikolari għal sorsi tad-dawl indikati fil-punt 3(p) tal-Anness III, għandu jiġi ddikjarat: “Dan is-sors tad-dawl huwa biss għall-użu minn pazjenti fotosensittivi. L-użu ta’ dan is-sors tad-dawl iwassal għal żieda fil-kost tal-enerġija meta mqabbel ma’ prodott ekwivalenti bi grad ogħla ta’ effiċjenza enerġetika.”


(*1)  Għal sorsi tad-dawl konnessi (CLS) għandu jiġi applikat fattur L = 2,0.


ANNESS III

Eżenzjonijiet

1.   

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat ittestjati u approvati speċifikament biex joperaw:

(a)

f’atmosferi potenzjalment splussivi, kif definiti fid-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(b)

għal użu f’każ ta’ emerġenza, kif stabbilit fid-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(c)

installazzjonijiet radjoloġiċi u mediċi nukleari kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/71/Euratom (3);

(d)

fi jew fuq stabbilimenti, tagħmir, vetturi tal-art, tagħmir tal-baħar jew inġenji tal-ajru, militari jew ta’ difiża ċivili, kif stabbilit fir-regolamenti tal-Istati Membri jew f’dokumenti maħruġa mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża;

(e)

fi jew fuq vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, tagħmir interkambjabbli irmunkat, komponenti u unitajiet tekniċi separati kif stabbilit fir-Regolamenti (KE) Nru 661/2009 (4), (UE) Nru 167/2013 (5) u (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(f)

għall-użu fi jew fuq makkinarju mobbli mhux tat-triq, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u fit-trejlers tagħhom jew fuqhom;

(g)

fi jew fuq tagħmir interkambjabbli kif stabbilit fid-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u maħsuba biex jiġu rmunkati jew biex jiġu mmuntati u merfugħa kompletament mill-art jew li ma jistgħux jartikolaw madwar assi vertikali meta l-vettura li jkunu marbuta magħha tkun qed tintuża fit-triq permezz ta’ vetturi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 167/2013;

(h)

fi jew fuq inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ċivili, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (9);

(i)

għal użu fit-tidwil tal-vetturi ferrovjarji, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(j)

fit-tagħmir tal-baħar, kif stabbilit fid-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

(k)

f’apparati mediċi, kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (12) jew fir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u f’apparat mediku in vitro kif stabbilit fid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “ittestjat u approvat speċifikament” tfisser li s-sors tad-dawl jew tagħmir ta’ kontroll separat:

ġie ttestjat speċifikament għall-kundizzjoni ta’ tħaddim jew l-applikazzjoni msemmija, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea msemmija jew miżuri implimentattivi relatati, jew mal-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti, jew, fin-nuqqas ta’ dawn, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri rilevanti; kif ukoll

huwa akkumpanjat minn evidenza, li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika, fil-forma ta’ ċertifikat, marka ta’ approvazzjoni tat-tip, rapport tat-test, li l-prodott ġie approvat speċifikament għall-kundizzjoni ta’ tħaddim jew l-applikazzjoni msemmija; u

jitqiegħed fis-suq speċifikament għall-kundizzjoni operattiva jew l-applikazzjoni msemmija, kif muri tal-anqas b’dokumentazzjoni teknika, u minbarra l-punt (d), l-informazzjoni fuq l-imballaġġ u kwalunkwe reklamar jew materjal tal-kummerċjalizzazzjoni.

2.   

Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

sorsi tad-dawl fluworexxenti T5 b’żewġ kappi b’potenza P ≤ 13 W;

(b)

l-unitajiet tal-wiri elettroniċi (eż. televixins, moniters tal-kompjuter, laptops, tablets, telefowns ċellulari, e-readers, consoles tal-logħob) inklużi l-unitajiet tal-wiri fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 (15), u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (16);

(c)

sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat f’prodotti li jaħdmu bil-batterija, inkluż iżda mhux limitat għal eż. torċijiet, telefowns ċellulari b’torċ integrat, ġugarelli li jinkludu sorsi tad-dawl, lampi tal-iskrivaniji li joperaw biss bil-batteriji, lampi tal-idejn għaċ-ċiklisti, lampi solari għall-ġonna;

(d)

sorsi tad-dawl għal applikazzjonijiet tal-spettroskopija u fotometriċi, bħal pereżempju l-ispettroskopija UV-VIS, l-ispettroskopija molekulari, l-ispettroskopija tal-assorbiment atomiku, l-analizi tal-infraaħmar mhux dispersiv (NDIR), l-infraaħmar tal-Fourier-transform (FTIR), l-analiżi medika, l-elissometrija, il-kejl tal-ħxuna tas-saffi, il-monitoraġġ tal-proċessi jew il-monitoraġġ ambjentali;

(e)

sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat għar-roti u vetturi oħra mhux motorizzati.

3.   

Kwalunkwe sors tad-dawl jew tagħmir ta’ kontroll separat fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fil-punt 3(e) tal-Anness II, jekk ikunu speċifikament iddisinjati u kkumerċjalizzati għall-użu maħsub għalihom f’mill-inqas waħda minn dawn l-applikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sinjalar (inkluż, iżda mhux limitat għal lampi għas-sinjalar tat-triq, tal-ferroviji, tal-baħar jew tal-ajru, għall-kontroll tat-traffiku jew bozoz tal-mitjar);

(b)

il-qbid tal-immaġni u l-projezzjoni ta’ immaġini (inkluż, iżda mhux biss, fotokopjar, stampar (direttament jew fi proċessar minn qabel), il-litografija, il-wiri ta’ films u vidjos, olografija);

(c)

is-sorsi tad-dawl b’enerġija ultravjola radjanti effettiva speċifika > 2 mW/klm u maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet li jirrikjedu kontenut għoli ta’ UV;

(d)

is-sorsi tad-dawl b’quċċata tar-radjazzjoni ta’ madwar 253,7 nm u maħsuba għal użu ġermiċidali (qerda tad-DNA);

(e)

is-sorsi tad-dawl li jemettu 5 % jew aktar ta’ radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 250–315 nm u/jew 20 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 315–400 nm, u maħsuba għad-diżinfezzjoni jew il-qbid tad-dubbien;

(f)

is-sorsi tad-dawl li l-għan primarju tagħhom huwa li jemettu radjazzjoni ta’ madwar 185,1 nm u maħsuba biex jintużaw għall-ġenerazzjoni tal-ożonu;

(g)

is-sorsi tad-dawl li jemettu 40 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 400–480 nm, u maħsuba għas-simbjożi tal-qroll zooxanthellae;

(h)

is-sorsi tad-dawl FL li jemettu 80 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 250-400 nm, u maħsuba għall-iskurar tal-ġilda tal-bniedem;

(i)

is-sorsi tad-dawl HID li jemettu 40 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 250-400 nm, u maħsuba għall-iskurar tal-ġilda tal-bniedem;

(j)

is-sorsi tad-dawl b’effikaċja fotosintetika ta’ > 1,2 μmol/J, u/jew li jemettu 25 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-firxa bejn 250 u 800 nm fil-firxa ta’ 700–800 nm, u maħsuba għal użu fl-ortikultura;

(k)

Sorsi tad-dawl HID b’temperatura tal-kulur ikkorrelatata CCT > 7 000 K u maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet li jeħtieġu CCT għolja bħal din;

(l)

sorsi tad-dawl b’angolu tar-raġġ ta’ inqas minn 10° u maħsuba għal applikazzjonijiet ta’ spot-lighting li jeħtieġu raġġ tad-dawl dejjaq ħafna;

(m)

sorsi tad-dawl tal-aloġenu b’kappa tat-tip G9.5, GX9.5, GY9.5, GZ9.5, GZX9.5, GZY9.5, GZZ9.5, K39d, G9.5HPL, G16d, GES/E40 (vultaġġ baxx (24 V) kuruna tal-fidda biss), GX16, GX16d, GY16, G22, G38, GX38, GX38Q, P28s, P40s, PGJX28, PGJX 36, PGJX50, R7s bi fluss luminuż ta’ > 12 000 lm, QXL, iddiżinjati u kkummerċjalizzati speċifikament għall-użu fit-tidwil tax-xeni fl-istudjows tal-films, tat-TV u tal-fotografija inkella għat-tidwil tal-palkijiet fit-teatri, id-diskoteki u matul il-kunċerti jew avvenimenti oħrajn ta’ divertiment;

(n)

sorsi tad-dawl bil-kulur aġġustabbli li jistgħu jiġu ssettjati talanqas fil-kuluri elenkati f’dan il-punt u li għal kull wieħed minn dawn il-kuluri, imkejla fit-tul tal-mewġa dominanti, għandhom purità minima ta’ eċċitazzjoni ta’:

Blu

440 nm — 490 nm

90 %

Aħdar

520 nm — 570 nm

65 %

Aħmar

610 nm — 670 nm

95 %

u huma maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet li jeħtieġu dawl ikkulurit ta’ kwalità għolja;

(o)

is-sorsi tad-dawl akkumpanjati b’ċertifikat tal-ikkalibrar individwali bid-dettalji dwar il-fluss u/jew l-ispettru radjumetriku eżatt f’kundizzjonijiet speċifikati, u maħsuba għall-użu fil-kalibrazzjoni fotometrika (eż tat-tul tal-mewġa, tal-fluss, tat-temperatura tal-kulur, tal-indiċi tal-apparenza tal-kulur), jew għall-użu fil-laboratorju jew f’applikazzjonijiet tal-kontroll tal-kwalità għall-evalwazzjoni ta’ materjali u superfiċji kkuluriti taħt kundizzjonijiet standard ta’ osservazzjoni (eż. illuminanti standard);

(p)

is-sorsi tad-dawl ipprovduti speċifikament għall-użu minn pazjenti fotosensittivi, li jinbiegħu fi spiżeriji u postijiet ta’ bejgħ oħra awtorizzati (eż. fornituri ta’ prodotti għal persuni b’diżabilità), meta tiġi ppreżentata riċetta medika;

(q)

is-sorsi tad-dawl inkandexxenti (mhux inkluż is-sorsi tad-dawl tal-aloġenu) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ikollhom potenza ta’ ≤ 40 W, tul ta’ ≤ 60 mm, dijametru ta’ ≤ 30 mm, iddikjarati xierqa għat-tħaddim f’temperatura ambjentali ta’ ≥ 300 °C, u maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet ta’ temperatura għolja bħall-fran;

(r)

is-sorsi tad-dawl tal-aloġenu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: bil-kappa u tat-tip G4, GY6.35 jew G9, potenza ta’ ≤ 60 W, iddikjarati xierqa għat-tħaddim f’temperatura ambjentali ta’ ≥ 300 °C, u maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet ta’ temperatura għolja bħall-fran;

(s)

is-sorsi tad-dawl tal-aloġenu b’interfaċċa elettrika speċifika bħal lama ta’ kuntatt, lugs tal-metall, kejbil jew litz wire inkella ta’ tip ieħor mhux standard, iddisinjati u kkumerċjalizzati speċifikament għat-tagħmir industrijali jew professjonali tat-tisħin bl-elettriku (eż. il-proċess tal-istretch blow-moulding fl-industrija tal-PET, fl-istampar 3D, fl-inkullar inkella fit-twebbis tal-linka, taż-żebgħa jew ta’ kisjiet);

(t)

is-sorsi tad-dawl tal-aloġenu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: bil-kappa R7s, CCT ≤ 2 500 K, tul mhux fil-meded 75-80 mm u 110-120 mm, iddisinjati u kkumerċjalizzati speċifikament għat-tagħmir industrijali jew professjonali tat-tisħin bl-elettriku (eż. il-proċess tal-istretch blow-moulding fl-industrija tal-PET, fl-istampar 3D, fl-inkullar inkella fit-twebbis tal-linka, taż-żebgħa jew ta’ kisjiet);

(u)

lampi fluworexxenti b’kappa waħda (CFLni) b’dijametru ta’ 16 mm (T5), bażi 2G11 b’4 pinnijiet, b’CCT = 3 200 K u koordinati tal-kromatiċità x = 0,415 y = 0,377, jew b’CCT = 5 500 K u koordinati tal-kromatiċità x = 0,330 y = 0,335, speċifikament iddisinjati u kkumerċjalizzati għal applikazzjonijiet għall-istudios u tal-video għall-ġbid tal-films tradizzjonali;

(v)

sorsi tad-dawl LED u OLED, li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ “xogħlijiet oriġinali tal-arti” kif definit fid-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), magħmulin mill-artist innifsu/innifisha f’numru limitat ta’ inqas minn 10 biċċiet;

(w)

sorsi ta’ dawl abjad li

(1)

huma ddisinjati u kkummerċjalizzati speċifikament għall-użu fi studios tal-ġbid tal-films, studios u siti televiżivi kif ukoll studios u siti fotografiċi, inkella għat-tidwil tal-palkijiet fit-teatri, matul il-kunċerti jew avvenimenti oħrajn ta’ divertiment;

u li:

(2)

jipprovdu żewġ speċifikazzjonijiet jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

LED b’CRI għoli ta’ > 90;

(b)

socket GES/E40, K39d b’Temperatura tal-Kulur aġġustabbli “l isfel sa 1 800 K (undimmed), użata ma” provvista tal-enerġija ta’ vultaġġ baxx;

(c)

LED b’potenza nominali ta’ 180 W u aktar u kkonfigurata għal output dirett fuq erja iżgħar minn dik tas-superfiċje li temetti d-dawl;

(d)

It-tip ta’ lampa DWE li hija lampa tat-tungstenu ddefinita mill-wattage (650 W) il-vultaġġ (120 V) u tip tat-terminal (terminali b’kamin bil-pressjoni);

(e)

sorsi LED bojod bi-colour;

(f)

tubi fluworexxenti: Min BI Pin T5 u Bi Pin T12 b’CRI ≥ 85 uCCT 2 900, 3 000, 3 200, 5 600 jew 6 500 K.

4.   

Is-CLS u s-CSCG iddisinjati u kkummerċjalizzati speċifikament għall-użu għal użu fi studios tal-ġbid tal-films, studios u siti televiżivi kif ukoll studios u siti fotografiċi, inkella għat-tidwil tal-palkijiet fit-teatri, matul il-kunċerti jew avvenimenti oħrajn ta’ divertiment, għall-konnessjoni ma’ netwerks ta’ kontroll b’veloċità għolja (bl-użu ta’ rati ta’ sinjalizzazzjoni ta’ 250 000 bits kull sekonda u ogħla) f’modalità always-listening, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti dwar il-modalitajiet standby (Psb) ufil-modalità standby man-netwerk (Pnet) tal-punti 1(a) u 1(b) tal-Anness II.


(1)  Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi (riformulazzjoni) (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).

(2)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(3)  id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE, (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).

(8)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Tfassil mill-ġdid), (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).

(11)  Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (Ara paġna 241 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi, (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 13).

(17)  Id-Direttiva Nru 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (ĠU L 272, 13.10.2001, p. 32).


ANNESS IV

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Dawn it-tolleranzi ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew fl-interpretazzjoni ta’ dawk il-valuri bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex b’xi mod tingħata l-impressjoni ta’ prestazzjoni aħjar.

Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

Għall-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell skont il-punti 2(a) u 2(b) ta’ dan l-Anness.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw 10 unitajiet ta’ mudell ta’ sors tad-dawl jew 3 unitajiet tal-mudell tat-tagħmir ta’ kontroll separat. It-tolleranzi tal-verifika huma stabbiliti fit-Tabella 6 ta’ dan l-Anness.

2.

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; u

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u kull informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott li jippubblikaw il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx fiha valuri aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat mill-valuri dikjarati; u

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istat Membru jittestjaw l-unitajiet tal-mudell, il-valuri determinati jikkonformaw mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 6 ta’ dan l-Anness, fejn “il-valur determinat” tfisser il-medja aritmetika tal-valuri mkejla mill-unitajiet ittestjati għal parametru partikolari jew il-medja aritmetika tal-valuri għal parametru kkalkolati minn valuri mkejla.

3.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) jew (c), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

4.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara li tiddieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell, f’konformità mal-punt 3 ta’ dan l-Anness.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 6 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 6, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, bħalma huma dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.

Tabella 6

It-tolleranzi tal-verifika

Parametru

Id-daqs tal-kampjun

Tolleranzi tal-verifika

Potenza fil-modalità mixgħul b’tagħbija sħiħa Pon [W]:

 

 

Pon ≤ 2 W

10

Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’iktar minn 0,20 W.

2 W < Pon ≤ 5 W

10

Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 %.

5 W < Pon ≤ 25 W

10

Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 5 %.

25 W < Pon ≤ 100 W

10

Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 5 %.

100 W < Pon

10

Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 2,5 %.

Fattur ta’ spostament [0-1]

10

Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 0,1 ta’ unità inqas mill-valur dikjarat.

Fluss luminuż utli Φuse [lm]

10

Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 10 % inqas mill-valur dikjarat.

Potenza bla tagħbija Pno, Potenza standby Psb u Potenza standby man-netwerk Pnet [W]

10

Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’iktar minn 0,10 W.

CRI [0-100]

10

Il-valur determinat m’għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b’aktar minn 2,0 unitajiet.

Tnemnim [Pst LM] u effett stroboskopiku [SVM]

10

Il-valur determinat ma għandux ikun iżjed mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 %.

Konsistenza tal-kulur [livelli tal-Ellissi MacAdam]

10

In-numru ta’ passi determinat m’għandux jaqbeż in-numru ta’ livelli dikjarat. Iċ-ċentru tal-ellissi MacAdam għandu jkun iċ-ċentru ddikjarat mill-fornitur b’tolleranza ta’ 0,005 unità.

Angolu tar-raġġ (gradi)

10

Il-valur determinat m’għandux jiddevja mill-valur dikjarat b’aktar minn 25 %.

Effiċjenza tat-tagħmir ta’ kontroll [0–1]

3

Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 0,05 ta’ unità inqas mill-valur dikjarat.

Fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen (għal LED u OLED)

10

Il-valur determinat ta’ XLMF% tal-kampjun wara t-test fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament ma għandux ikun anqas minn XLMF, MIN% (1).

Fattur ta’ sopravivenza (għal-LED u l-OLED)

10

Mill-inqas 9 sorsi tad-dawl tal-kampjun tat-test għandhom ikunu operazzjonali wara l-ikkompletar tat-test fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

Purità tal-eċitazzjoni [%]

10

Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 5 % inqas mill-valur dikjarat.

Temperatura tal-Kulur ikkorrelatata [K]

10

Il-valur determinat m’għandux jiddevja mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 %.

Għas-sorsi tad-dawl modulari b’ġeometrija lineari, iżda li huma twal ħafna, bħal strixxi jew ħbula tal-LED, it-testjar għall-finijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jqis tul ta’ 50 cm, jew jekk is-sors tad-dawl ma jkunx disponibbli f’dik l-iskala, l-eqreb valur għal 50 cm. Il-manifattur jew l-importatur tas-sors tad-dawl għandu jindika liema tagħmir ta’ kontroll separat ikun xieraq għal dan it-tul.

Meta jivverifikaw li l-prodott huwa sors tad-dawl, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipparagunaw il-valuri mkejlin tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y), il-fluss luminuż, id-densità tal-fluss luminuż, u l-indiċi tal-apparenza tal-kulur direttament mal-valuri ta’ limitu stipulati fid-definizzjoni ta’ sors tad-dawl tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ma japplikaw l-ebda tolleranzi. Jekk kwalunkwe waħda mill-10 unitajiet fil-kampjun tissodisfa l-kundizzjonijiet biex titqies bħala sors tad-dawl, il-mudell tal-prodott għandu jitqies bħala sors tad-dawl.

Is-sorsi tad-dawl li jippermettu lill-utent aħħari biex jikkontrolla, b’mod manwali jew awtomatiku, direttament jew b’mod remot, l-intensità luminuża, il-kulur, it-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, l-ispettru, u/jew l-angolu tar-raġġ tad-dawl emess għandhom jiġu evalwati skont is-settings ta’ kontroll ta’ referenza.


(1)  Ma hemm l-ebda tolleranza assoċjata ma’ din il-metrika, peress li hija rekwiżit fiss u huwa f’idejn il-manifattur biex jiddikjara valur L70B50 li jippermetti li din tintlaħaq.


ANNESS V

Funzjonalità wara t-testjar tad-durabilità

Mudelli ta' sorsi tad-dawl LED u OLED għandhom jiġu sottomessi għat-testjar tad-durabilità biex tiġi verifikata l-manutenzjoni tal-lumen tagħhom u l-fattur ta' sopravivenza. Dan l-ittestjar tad-durabilità jinvolvi l-metodu ta' ttestjar deskritt hawn taħt. L-awtoritajiet ta' Stat Membru għandhom jittestjaw 10 unitajiet ta' mudell għal dan it-test.

It-test tad-durabilità għal sorsi tad-dawl LED u OLED għandu jsir kif ġej:

(a)

Kundizzjonijiet ambjentali u l-konfigurazzjoni tat-test:

(i)

Iċ-ċikli ta' kommutazzjoni tad-dawl għandhom isiru f'kamra b'temperatura ambjentali ta' 25 ± 10 °C u b'veloċità tal-arja medja ta' anqas minn 0,2 m/s.

(ii)

Iċ-ċikli ta' kommutazzjoni tad-dawl fuq il-kampjun għandhom jitwettquf'arja libera bil-bażi tħares 'il fuq f'pożizzjoni vertikali. Madankollu, jekk manifattur jew importatur ikun iddikjara li s-sors tad-dawl huwa tajjeb għall-użu f'orjentazzjoni speċifika biss, allura l-kampjun għandu jintrama f'din l-orjentazzjoni.

(iii)

Il-vultaġġ applikat matul iċ-ċikli ta' kommutazzjoni għandu jkollu tolleranza ta' 2 %. Il-kontenut armoniku totali tal-vultaġġ tal-provvista m'għandux jaqbeż 3 %. L-istandards jipprovdu gwida dwar is-sors tal-vultaġġ tal-provvista. Is-sorsi tad-dawl maħsuba biex jitħaddmu fuq vultaġġ mill-mejns għandhom jiġu ttestjati fuq provvista ta' 230 V, 50 Hz, anki jekk il-prodotti jkunu jistgħu jiġu operati fuq il-kundizzjonijiet tal-provvista varjabbli.

(b)

Metodu għat-test tad-durabilità:

(i)

Kejl tal-fluss inizjali: kejjel il-fluss luminuż tas-sors tad-dawl qabel ma jibda ċ-ċiklu ta' kommutazzjoni tat-test ta' durabilità.

(ii)

Ċikli ta' kommutazzjoni: ħaddem is-sors tad-dawl għal 1 200 ċiklu ta' kommutazzjoni ripetut u kontinwu mingħajr interruzzjoni. Ċiklu ta' kommutazzjoni wieħed jikkonsisti f' 150 minuta fejn is-sors tad-dawl ikun MIXGĦUL fuq potenza sħiħa, segwit minn 30 minuta tas-sors tad-dawl MITFI. Is-sigħat ta' operazzjoni rreġistrati (jiġifieri, 3 000 siegħa) jinkludu biss il-perjodi taċ-ċiklu ta' kommutazzjoni meta s-sors tad-dawl kien MIXGĦUL, i.e. il-ħin totali tat-test huwa ta' 3 600 siegħa.

(iii)

Kejl tal-fluss finali: fi tmiem l-1 200 ċiklu ta' kommutazzjoni, ħu nota jekk kien hemm xi sors tad-dawl li falla (ara “Fattur ta' sopravivenza” fl-Anness IV, it-Tabella 6 ta' dan ir-Regolament) u kejjel il-fluss luminuż tas-sorsi tad-dawl li ma fallewx.

(iv)

Għal kull waħda mill-unitajiet fil-kampjun li ma fallietx, iddividi l-fluss finali mkejjel bil-fluss inizjali mkejjel. Ħu l-medja tal-valuri li jirriżultaw fuq l-unitajiet kollha li ma fallewx biex tikkalkula l-valur determinat għall-fattur tal-manutenzjoni tal-lumen XLMF %.


ANNESS VI

Parametri ta’ referenza

Għall-aspetti ambjentali li tqiesu bħala sinifikanti u li jkunu kwantifikabbli, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, hija indikata hawn taħt.

L-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għas-sorsi tad-dawl f’termini tal-effikaċja tagħhom abbażi tal-fluss luminuż utli tagħhom ġiet identifikata hekk:

Sorsi tad-dawl mhux direzzjonali alimentati mill-mejns: 120-140 lm/W

Sorsi tad-dawl direzzjonali alimentati mill-mejns: 90-100 lm/W

Sorsi ta’ dawl direzzjonali mhux alimentati mill-mejns: 85-95 lm/W

Sorsi tad-dawl lineari (tubi): 140-160 lm/W

L-aqwa teknoloġija disponibbli għat-tagħmir ta’ kontroll separat għandha effiċjenza enerġetika ta’ 95 %.

Karatteristiċi meħtieġa f’ċerti applikazzjonijiet eż. apparenza għolja tal-kulur, jistgħu jżommu l-prodotti li joffru dawk il-karatteristiċi milli jilħqu dawn il-parametri.

L-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għas-sorsi tad-dawl u tagħmir ta’ kontroll separat ma għandha l-ebda kontenut ta’ merkurju.


Top