Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2018

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/1815

ĠU L 315, 5.12.2019, pp. 155–186 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/09/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2018/oj

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/155


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2018

tal-11 ta’ Marzu 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar jew tar-riklassifikazzjoni tat-tikkettar ta’ gruppi ta’ prodotti li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, fejn rilevanti, riżorsi oħra.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016) 773 final (2) (pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn) stabbilita mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma skont il-qafas tal-ekosinn u t-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016-2019. L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett huwa fost il-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet għat-twettiq ta’ studji preparatorji u għall-adozzjoni eventwali ta’ miżuri.

(3)

Il-miżuri tal-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn għandhom potenzjal stmat li jwasslu għal total ta’ aktar minn 260 Twh ta’ ffrankar annwali finali tal-enerġija fl-2030, li huwa ekwivalenti għal tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett huwa wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn, u huwa stmat li jista’ jwassal għal 48 Twh ta’ ffrankar annwali finali tal-enerġija fl-2030.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet żewġ studji preparatorji li koprew l-karatteristiċi tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li tipikament jintuża fl-Unjoni. L-istudji saru b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(5)

L-istudji preparatorji kkonkludew li kien hemm bżonn li jiġu introdotti rekwiżiti riveduti dwar it-tikkettar tal-enerġija għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

(6)

L-istudji preparatorji identifikaw li l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu huwa l-iktar aspett ambjentali sinifikanti tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

(7)

L-istudji preparatorji wrew li l-konsum tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jkompli jitnaqqas b’mod sinifikanti b’miżura tat-tikkettar tal-enerġija li tkun iffokata fuq l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

(8)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ġej: kabinetti refriġeranti (freezers jew friġġijiet) tas-supermarkets, coolers tax-xarbiet, freezers żgħar tal-ġelat, kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat u magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati.

(9)

Il-minibars u l-apparat għall-ħżin tal-inbid b’funzjonijiet ta’ bejgħ ma għandhomx jitqiesu bħala apparat refriġeranti b’funzjonijiet ta’ bejgħ dirett, u għalhekk għandhom jiġu esklużi minn dan ir-Regolament, billi dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 (4).

(10)

Il-kabinetti vertikali tal-arja statika huma apparat refriġeranti professjonali u huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 (5). Għalhekk, dawn għandhom jiġu esklużi minn dan ir-Regolament.

(11)

L-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jintwera fil-fieri kummerċjali jenħtieġ li jkollu t-tikketta tal-enerġija jekk l-ewwel unità tal-mudell tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew tkun qed titqiegħed fis-suq permezz tal-fiera.

(12)

Il-parametri rilevanti tal-prodott għandhom jitkejlu bl-użu ta’ metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Dawn il-metodi għandhom iqisu l-metodi ta’ kejl tal-iktar teknoloġiji riċenti ġeneralment rikonoxxuti, inklużi, meta disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(13)

It-terminoloġija u l-metodi tal-ittestjar ta’ dan ir-Regolament huma konsistenti mat-terminoloġija u l-metodi ta’ ttestjar adottati f’EN 16901, EN 16902, EN 50597 u EN ISO 23953-2.

(14)

Filwaqt li tiġi rikonoxxuta ż-żieda fil-bejgħ tal-prodotti relatati mal-enerġija permezz ta’ pjattaformi ta’ hosting tal-Internet, aktar milli direttament minn fuq is-siti web tal-fornituri, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-pjattaformi ta’ bejgħ fuq l-Internet għandhom ikunu responsabbli mill-wiri tat-tikketta pprovduta mill-fornitur qrib il-prezz. Huma għandhom jinformaw lin-negozjant dwar dan l-obbligu, iżda ma għandhomx ikunu responsabbli mill-eżattezza jew mill-kontenut tat-tikketta u mill-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduti. Madankollu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (7) dwar il-kummerċ elettroniku, dawn il-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet għandhom jaġixxu mingħajr dewmien biex ineħħu jew iwaqqfu l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-prodott inkwistjoni jekk ikunu konxji tan-nuqqas ta’ konformità (eż. tikketta jew skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott li jkunu nieqsa, mhux kompluti jew mhux korretti) pereżempju jekk ikunu ġew informati mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. Il-fornituri li jbigħu direttament lill-utenti aħħarin permezz tas-sit web tagħhom stess għandhom l-obbligi tan-negozjanti ta’ bejgħ mill-bogħod imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew diskussi mill-Forum Konsultattiv u mill-esperti tal-Istati Membri skont l-Artikoli 14 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u l-forniment ta’ informazzjoni supplimentari dwar apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem bil-mejns tal-elettriku, inkluż apparat li jinbiegħ għar-refriġerazzjoni ta’ oġġetti oħra għajr oġġetti tal-ikel.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem biss b’sorsi ta’ enerġija oħra għajr l-elettriku;

(b)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jużax ċiklu tar-refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar;

(c)

il-komponenti remoti, bħall-unità ta’ kondensazzjoni, il-kumpressuri jew l-unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma, li biex jiffunzjonaw għandu jitqabbad magħhom kabinett remot;

(d)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel;

(e)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ittestjat u approvat b’mod speċifiku għall-ħżin ta’ mediċini jew ta’ kampjuni xjentifiċi;

(f)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għall-bejgħ u l-wiri ta’ oġġetti tal-ikel ħajjin, bħal pereżempju apparat refriġeranti għall-bejgħ u l-wiri ta’ ħut u frott tal-baħar ħaj, u akkwarji u tankijiet refriġerati;

(g)

friġġijiet għall-insalata (saladettes);

(h)

kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ikel (horizontal serve-over counters) bi ħżin integrat, iddisinjati biex jaħdmu f’temperaturi operattivi mkessħa;

(i)

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mingħajr l-ebda sistema integrata għall-produzzjoni tat-tkessiħ, u li jaħdem billi jiċċirkola l-arja mkessħa prodotta minn unità esterna tat-tkessiħ tal-arja; dan ma jinkludix il-kabinetti remoti u lanqas ma jinkludi magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati tal-kategorija 6, kif definit fit-Tabella 4 tal-Anness IV;

(j)

kabinetti għall-irkejjen;

(k)

magni tal-bejgħ maħsuba biex jaħdmu f’temperaturi tal-friża operattivi;

(l)

kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ;

(m)

kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/1095;

(n)

apparat għall-ħżin tal-inbid u minibars.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett” tfisser kabinett iżolat, b’kompartiment wieħed jew aktar li huma kkontrollati f’temperaturi speċifiċi, imkessaħ bil-konvezzjoni naturali jew sfurzata b’mezz wieħed jew aktar ta’ konsum tal-enerġija u li huwa maħsub għall-wiri u l-bejgħ lill-klijenti ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, bi jew mingħajr servizz assistit, b’temperaturi speċifiċi aktar baxxi mit-temperatura ambjentali, aċċessibbli direttament permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba waħda jew aktar, jew it-tnejn, u/jew kxaxen, inkluż apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’partijiet użati għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra mhux aċċessibbli mill-klijienti, bl-esklużjoni tal-minibars u tal-apparat għall-ħżin tal-inbid;

2.

“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb inkluż inbid u oġġetti oħra użati primarjament għall-konsum li jirrikjedu refriġerazzjoni f’temperaturi speċifikati;

3.

“unità ta’ kondensazzjoni” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed li jaħdem bl-elettriku u kondensatur wieħed li kapaċi jkessaħ u b’mod kontinwu jżomm temperatura baxxa jew medja f’apparat jew sistema ta’ refriġerazzjoni, li juża ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar ladarba jkun imqabbad ma’ evaporatur u ma’ tagħmir ta’ espansjoni, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;

4.

“kabinett remot” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jikkonsisti minn assemblaġġ ta’ komponenti tal-fabbrika li sabiex jiffunzjona bħala apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett irid ikun imqabbad ukoll ma’ komponenti remoti (unità ta’ kondensazzjoni u/jew kumpressur u/jew unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma) li mhumiex parti integrali mill-kabinett;

5.

“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li huwa ttestjat b’mod speċifiku u approvat għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, bħall-magni tal-ġelat jew magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati mgħammra b’microwave, jew magni li jipproduċu s-silġ; dan ma jinkludix apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mgħammar b’kompartiment wieħed iddisinjat b’mod speċifiku għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, li jkun ekwivalenti għal inqas minn 20 % tal-volum nett totali tal-apparat;

6.

“volum nett” tfisser il-parti tal-volum gross ta’ kwalunkwe kompartiment li jkun baqa’ wara li jitnaqqas il-volum tal-komponenti u tal-ispazji li ma jistgħux jintużaw għall-ħżin jew il-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, f’deċimetri kubi (dm3) jew f’litri (L);

7.

“volum gross” tfisser il-volum ġewwa l-kisjiet interni tal-kompartiment, mingħajr aċċessorji interni u bil-bibien jew l-għotjien magħluqa, f’deċimetri kubi (dm3) jew f’litri (L);

8.

“ittestjat u approvat b’mod speċifiku” tfisser li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

ġie ddisinjat u ttestjat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija jew l-atti relatati, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri, u/jew skont l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti;

(b)

huwa akkumpanjat minn evidenza, li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika, fil-forma ta’ ċertifikat, marka ta’ approvazzjoni tat-tip jew rapport tat-test, li turi li l-prodott ġie approvat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija;

(c)

jitqiegħed fis-suq b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, kif evidenzjat tal-anqas mid-dokumentazzjoni teknika, mill-informazzjoni pprovduta għall-prodott u minn kwalunkwe materjal ta’ reklamar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni;

9.

“saladette” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’bieba waħda jew aktar jew b’kexxun wieħed jew aktar vertikali b’fetħiet fil-wiċċ ta’ fuq li minnhom jistgħu jiddaħħlu temporanjament kontenituri għall-ħżin b’aċċess faċli ta’ oġġetti tal-ikel bħal ingredjenti għall-mili tal-pizez jew oġġetti tal-ikel għal mal-insalata;

10.

“kabinett orizzontali b’bank għall-qadi bi ħżin integrat” (horizontal serve-over counter with integrated storage) tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, li jinkludi ħżin refriġerat ta’ mill-inqas 100 litru (L) għal kull metru (m) ta’ tul u li normalment jitqiegħed fil-bażi tal-bank għall-qadi;

11.

“kabinett orizzontali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’żona orizzontali għall-wiri, li jinfetaħ minn fuq u huwa aċċessibbli min-naħa ta’ fuq;

12.

“temperatura operattiva mkessħa” tfisser temperatura bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 15-il grad Celsius (°C) għal apparat mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija u bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 10 gradi Celsius (°C) għal apparat mhux mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija;

13.

“temperatura tat-tħaddim” tfisser it-temperatura ta’ referenza ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar;

14.

“magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjata biex taċċetta ħlas jew tokens mill-konsumaturi u li tiddistribwixxi oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra mkessħin mingħajr intervent fuq il-post;

15.

“kabinett għar-rokna” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jintuża biex tinkiseb kontinwità ġeometrika bejn żewġ kabinetti lineari li jinsabu f’angolu ma’ xulxin u/jew li jiffurmaw kurva. Kabinett għar-rokna ma għandux assi lonġitudinali jew tul rikonoxxibbli peress li jikkonsisti biss minn forma ta’ mili (feles jew simili) u mhuwiex iddisinjat biex jiffunzjona bħala unità refriġerata awtonoma. Iż-żewġt itruf tal-kabinett għar-rokna huma inklinati f’angolu ta’ bejn 30 ° u 90 °;

16.

“temperatura tal-friża operattiva” tfisser temperatura taħt -12-il grad Celsius (°C);

17.

“kabinett orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ” tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, iddisinjat u kkummerċjalizzat b’mod speċifiku għall-wiri ta’ ħut frisk. Huwa kkaratterizzat mill-preżenza, fuq il-wiċċ ta’ fuq tiegħu, ta’ saff frak tas-silġ li jintuża biex it-temperatura tal-ħut tinżamm kostanti, u mill-preżenza ta’ fetħa għall-iskular;

18.

“apparat għall-ħżin tal-inbid” tfisser apparat refriġeranti b’tip wieħed biss ta’ kompartiment għall-ħżin tal-inbid, b’kontroll preċiż tat-temperatura għall-kundizzjonijiet ta’ ħżin u tat-temperatura mira, u mgħammar b’mezzi kontra l-vibrazzjonijiet kif definit fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2016;

19.

“kompartiment” tfisser spazju magħluq f’apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li jkun direttament aċċessibbli minn bieba esterna waħda jew aktar u li jkun diviż minn subkompartiment ieħor/subkompartimenti oħra permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili, u li hu stess jista’ jkun diviż f’subkompartimenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, “kompartiment” tirreferi kemm għall-kompartimenti kif ukoll għas-subkompartimenti;

20.

“bieba esterna” hija l-parti tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li tista’ tiġi spostjata jew titneħħa biex tal-inqas tippermetti li t-tagħbija tiddaħħal minn barra għal ġewwa jew li t-tagħbija tinħareġ minn ġewwa għal barra tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

21.

“subkompartiment” tfisser spazju magħluq f’kompartiment, li jkollu medda tat-temperatura operattiva differenti minn dik tal-kompartiment li jifforma parti minnu;

22.

“minibar” tfisser apparat refriġeranti b’volum totali ta’ mhux aktar minn 60 litru, maħsub primarjament għall-ħżin u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel fi kmamar ta’ lukandi u ta’ stabbilimenti simili, kif definit fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2016;

23.

“punt tal-bejgħ” tfisser il-post fejn l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett jitpoġġa għall-wiri jew jiġi offrut għall-bejgħ, għall-kiri jew biex jinxtara bin-nifs;

24.

“indiċi tal-effiċjenza enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett espress bħala perċentwali (%), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness IV.

Artikolu 3

Obbligi tal-fornituri

1.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

(a)

kull apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu miegħu tikketta stampata fil-format stabbilit fl-Anness III;

(b)

il-paramatri tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, stabbiliti fl-Anness V, jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodott;

(c)

jekk speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli fil-forma stampata;

(d)

il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodott;

(e)

kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;

(f)

kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, inkluż materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor fuq l-Internet, jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII;

(g)

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

(h)

skeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

2.   Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għanda tkun ibbażata fuq l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika li jiġi kkalkulat skont l-Anness II.

Artikolu 4

Obbligi għan-negozjanti

In-negozjanti għandhom jiżguraw li:

(a)

kull apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, fil-punt tal-bejgħ tal-apparat, inkluż fil-fieri kummerċjali, ikollu t-tikketta mogħtija mill-fornituri skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 3, u li għall-apparat inkorporat t-tikketta tintwera b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar, u għall-apparat refriġeranti l-ieħor kollu b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar fuq in-naħa ta’ barra ta’ quddiem jew ta’ fuq tal-apparat refriġeranti;

(b)

fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott jingħataw skont l-Annessi VII u VIII;

(c)

kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, inkluż fuq l-Internet, ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII;

(d)

kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, inkluż materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi tiegħu u jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII.

Artikolu 5

Obbligi fuq il-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet

Meta fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fuq is-sit tal-Internet tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta elettronika u tal-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu tad-displej skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjant bl-obbligu li jurihom.

Artikolu 6

Metodi ta’ kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ metodi ta’ kejl u ta’ kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness IX meta jwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

Artikolu 8

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar tard mill-25 ta' Diċembru 2023. Dan ir-rieżami għandu, fost affarijiet oħra, jivvaluta:

(a)

il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika;

(b)

il-possibbiltà li jiġu indirizzati aspetti relatati mal-ekonomija ċirkolari;

(c)

il-fattibbiltà tal-irfinar tal-klassifikazzjoni tal-prodotti, inter alia billi tiġi kkunsidrata d-differenza bejn il-kabinetti integrali u l-kabinetti remoti.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019 COM(2016) 773 final, 30.11.2016.

(3)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (Ara paġna 102 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 19).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(7)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi

Għandha tapplika d-definizzjonijiet li ġejja:

(1)

“cooler tax-xarbiet” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjat biex ikessaħ, b’veloċità speċifika, xarbiet ippakkjati li ma jitħassrux, għajr l-inbid, mgħobbija f’temperatura ambjentali, għall-bejgħ f’temperaturi speċifikati taħt it-temperatura ambjentali. Cooler tax-xarbiet jippermetti l-aċċess għax-xarbiet permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba waħda jew aktar, permezz ta’ kexxun wieħed jew aktar, jew it-tnejn. It-temperatura ġewwa l-cooler tista’ togħla matul perjodi ta’ nuqqas ta’ domanda, għall-fini ta’ ffrankar tal-enerġija, minħabba n-natura tax-xarbiet li ma jitħassrux;

(2)

“freezer tal-ġelat” tfisser kabinett orizzontali magħluq maħsub għall-ħżin u/jew il-wiri u għall-bejgħ ta’ ġelat ippakkjat minn qabel, fejn l-aċċess mill-konsumatur għall-ġelat ippakkjat minn qabel jinkiseb billi jinfetaħ għatu mhux trasparenti jew trasparenti minn fuq, b’volum nett ta’ ≤ 600 litru (L) u, fil-każ biss ta’ freezers tal-ġelat b’għatu trasparenti, b’volum nett diviż bit-TDA ≥ 0,35 metru (m);

(3)

“għatu trasparenti” tfisser bieba magħmula minn materjal trasparenti li jgħatti mill-inqas 75 % tas-superfiċje tal-bieba li jippermetti li minnu l-utent jara b’mod ċar l-oġġetti li hemm ġewwa;

(4)

“erja totali tal-wiri (TDA)” tfisser l-erja totali tal-oġġetti tal-ikel u ta’ elementi oħra viżibbli, inkluża ż-żona viżibbli minn ġol-ħġieġ, definita mill-ammont totali tal-erji tas-superfiċje projettati tal-volum nett, espressa f’metri kwadri (m2);

(5)

“kodiċi ta’ rispons rapidu (Kodiċi QR - Quick Response)” tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott li tkun relatata mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodott;

(6)

“konsum tal-enerġija annwali” (AE) tfisser il-konsum tal-enerġija kuljum medju mmultiplikat bi 365 (jiem fis-sena) espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/sena), ikkalkulat skont il-punt 2(b) tal-Anness IV;

(7)

“konsum tal-enerġija kuljum” (Edaily ) tfisser l-enerġija li tintuża minn apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett f’24 siegħa fil-kundizzjonijiet ta’ referenza espress f’kilowatt-siegħa kull jum (kWh/24h);

(8)

“konsum tal-enerġija annwali standard” (SAE) tfisser il-konsum tal-enerġija annwali ta’ referenza ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), ikkalkulat skont il-punt 2(c) tal-Anness IV;

(9)

“M” u “N” ifissru parametri ta’ mmudellar li jqisu l-erja totali tal-wiri jew id-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq il-volum, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(10)

“koeffiċjent tat-temperatura” (C) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fit-temperatura operattiva;

(11)

“fattur tal-klassi klimatika” (CC) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fil-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom ikun ġie ddisinjat l-apparat refriġeranti;

(12)

“P” tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenzi bejn il-kabinetti integrali u l-kabinetti remoti;

(13)

“kabinett integrali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li għandu sistema ta’ refriġerazzjoni integrali li tinkorpora kompressur u unità ta’ kondensazzjoni;

(14)

“kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li fih il-ġelat jista’ jinħażen, jintwera u jiġi servut f’porzjonijiet, fi ħdan limiti tat-temperatura preskritti kif stipulat fit-Tabella 4 tal-Anness IV;

(15)

“kabinett vertikali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’fetħa għall-wiri vertikali jew inklinata;

(16)

“kabinett semivertikali” tfisser kabinett vertikali b’fetħa għall-wiri vertikali jew inklinata li l-għoli totali tiegħu ma jaqbiżx metru u nofs (1,5 m);

(17)

“kabinett ikkombinat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jgħaqqad flimkien id-direzzjonijiet tal-wiri u tal-ftuħ minn kabinett vertikali u orizzontali;

(18)

“kabinett tas-supermarket” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett maħsub għall-bejgħ u l-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra f’applikazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut, bħal fis-supermarkets. Coolers tax-xarbiet, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat u freezers tal-ġelat mhumiex meqjusa bħala kabinetti tas-supermarket;

(19)

“friġġ” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura mkessħa operattiva fuq bażi kontinwa;

(20)

“freezer” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura tal-friża operattiva fuq bażi kontinwa;

(21)

“kabinett roll-in” tfisser kabinett tas-supermarket li jippermetti li l-oġġetti fih jintwerew direttament fuq il-palits jew ir-rombli tagħhom stess, fejn dawn jistgħu jiddaħħlu ġewwa billi wieħed jgħolli, imexxi jew ineħħi l-parti ta’ quddiem tan-naħa t’isfel, fejn din tkun installata;

(22)

“pakkett-M” tfisser pakkett ta’ ttestjar mgħammar b’apparat għall-kejl tat-temperatura;

(23)

“magna tal-bejgħ awtomatika b’diversi temperaturi” tfisser magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata li tkun tinkludi mill-inqas żewġ kompartimenti b’temperaturi operattivi differenti;

(24)

“mekkaniżmu tad-displej” tfisser kwalunkwe skrin, inkluż skrins tattili, jew teknoloġija viżiva oħra li tintuża biex jintwera kontenut tal-Internet lill-utenti;

(25)

“skrin tattili” tfisser skrin li jiġi attivat meta jintmess, bħall-iskrin ta’ tablets, ta’ kompjuters tat-tip slate jew ta’ smartphones;

(26)

“displej ta’ immaġni f’oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew sett tad-data billi jagħfas fuq immaġni oħra jew sett tad-data ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-immaġni l-oħra jew fuq dak is-sett tad-data l-ieħor jew billi jwessa’ dik l-immaġni l-oħra jew dak is-sett tad-data l-ieħor fuq l-iskrin tattili;

(27)

“test alternattiv” tfisser test provdut bħala alternattiva għal grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista’ jtella’ l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju fejn jakkumpanja applikazzjonijiet b’sinteżi tal-vuċi.


ANNESS II

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-EEI tiegħu kif stabbilit fit-Tabella 1.

Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika

EEI

A

EEI < 10

B

10 ≤ EEI < 20

C

20 ≤ EEI < 35

D

35 ≤ EEI < 50

E

50 ≤ EEI < 65

F

65 ≤ EEI < 80

G

EEI ≥ 80

L-EEI ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 2 tal-Anness IV.


ANNESS III

Tikketta għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

1.   TIKKETTA GĦAL APPARAT REFRIĠERANTI B’FUNZJONI TA’ BEJGĦ DIRETT, GĦAJR GĦAL COOLERS TAX-XARBIET U FREEZERS TAL-ĠELAT

1.1.   Tikketta:

Image 1

1.2.   It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I.

kodiċi QR;

II.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV.

l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI.

AE, espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII.

 

għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati: l-ammont totali tal-volumi netti tal-kompartimenti kollha b’temperaturi mkessħa operattivi, espress f’litri (L) u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

għall-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett: l-ammont totali tal-erji tal-wiri kollha b’temperaturi mkessħa operattivi, espress metri kwadri (m2) u mqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali;

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkunx fih kompartimenti b’temperaturi operattivi mkessħa: il-pittogramma u l-valuri f’litri (L) jew metri kwadri (m2) f’VII jitħallew barra;

VIII.

 

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha f’temperatura operattiva mkessħa, tal-istess klassi tat-temperatura, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

it-temperatura fil-parti ta’ fuq: l-aktar temperatura għolja tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperatura operattiva mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

it-temperatura fil-parti t’isfel: l-aktar temperatura baxxa tal-pakkett-M l-aktar kiesaħ tal-kompartiment(i) b’temperaturi operattivi mkessħa fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, jew l-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha tal-kompartiment(i) b’temperaturi operattivi mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

it-temperatura fil-parti ta’ fuq: it-temperatura massima mkejla tal-prodott tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperaturi operattivi mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

it-temperatura fil-parti t’isfel: it-temperatura titħalla barra;

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkollux kompartimenti b’temperaturi operattivi mkessħa, il-pittogramma u l-valuri fi gradi Celsius (°C) f’VIII jenħtieġ li jitħallew barra;

IX.

 

għall-apparat refriġeranti kollu b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, ħlief għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi: l-ammont totali tal-erji tal-wiri kollha b’temperaturi tal-friża operattivi, espress f’metri kwadri (m2) u mqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali;

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkunx fih kompartimenti b’temperaturi tal-friża operattivi: il-pittogramma u l-valuri f’metri kwadri (m2) f’IX jitħallew barra;

X.

 

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha f’temperaturi tal-friża operattivi, tal-istess klassi tat-temperatura, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

it-temperatura fil-parti ta’ fuq: l-aktar temperatura għolja tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

it-temperatura fil-parti t’isfel: l-aktar temperatura baxxa tal-pakkett-M l-aktar kiesaħ tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, jew l-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

it-temperatura fil-parti ta’ fuq: it-temperatura massima mkejla tal-prodott tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;

it-temperatura fil-parti t’isfel: it-temperatura titħalla barra;

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkunx fih kompartimenti b’temperaturi tal-friża operattivi: il-pittogramma u l-valuri fi gradi Celsius (°C) f’X jitħallew barra;

XI.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2018.

2.   TIKKETTA GĦALL-COOLERS TAX-XARBIET

2.1.   Tikketta:

Image 2

2.2.   It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I.

kodiċi QR;

II.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV.

l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI.

AE, espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII.

l-ammont totali tal-volumi gross tal-kompartimenti kollha b’temperaturi mkessħa operattivi, espress f’litri (L) u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VIII.

l-ogħla temperatura medja tal-kompartiment tal-kompartimenti kollha b’temperaturi operattivi mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 5;

IX.

L-ogħla temperatura ambjentali, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 6;

X.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2018

3.   TIKKETTA GĦALL-FREEZERS TAL-ĠELAT

3.1.   Tikketta:

Image 3

3.2.   It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I.

kodiċi QR;

II.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV.

l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI.

AE, espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII.

l-ammont totali tal-volumi netti tal-kompartimenti kollha b’temperaturi tal-friża operattivi, espress f’litri (L) u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VIII.

l-ogħla temperatura medja tal-kompartiment tal-kompartimenti kollha b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 7;

IX.

it-temperatura ambjentali massima, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 8;

X.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2018.

4.   DISINNI TAT-TIKKETTA

4.1.   Disinn tat-tikketta għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għajr għal coolers tax-xarbiet u freezers tal-ġelat:

Image 4

4.2.   Disinn tat-tikketta għall-coolers tax-xarbiet:

Image 5

4.3.   Disinn tat-tikketta għall-freezers tal-ġelat:

Image 6

4.4.   Fejn:

(a)

It-tikketti għandhom ikunu wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.

(b)

L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad.

(c)

It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri.

(d)

Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinni tat-tikketta fil-punti 4.1 sa 4.3.

(e)

Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(f)

It-tikketti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figuri ta’ hawn fuq):

Image 7

il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:

l-isfond: 100,80,0,0;

l-istilel: 0,0,100,0;

Image 8

il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;

Image 9

il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed;

Image 10

l-isem tal-fornitur għandu jkun 100 % iswed u b’tipa grassa Verdana, 9 pt;

Image 11

l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 9 pt;

Image 12

il-klassifikazzjoni A sa G għandha tkun kif ġej:

l-ittri tal-iskala tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, 19 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li jkun 4,5 mm min-naħa tax-xellug tal-vleġeġ;

il-kuluri tal-vleġeġ tal-klassifikazzjoni A sa G għandhom ikunu kif ġej:

Klassi-A: 100,0,100,0;

Klassi-B: 70,0,100,0;

Klassi-C: 30,0,100,0;

Klassi-D: 0,0,100,0;

Klassi-E: 0,30,100,0;

Klassi-F: 0,70,100,0;

Klassi-G: 0,100,100,0;

Image 13

id-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt, u kulur 100 % iswed;

Image 14

l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun 100 % bl-abjad u b’tipa grassa Calibri, 33 pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fil-klassifikazzjoni A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, li għandu jkun 100 % iswed;

Image 15

il-valur tal-konsum tal-enerġija annwali għandu jkun b’tipa grassa Verdana, 28 pt; “kWh/sena” għandha tkun b’tipa regolari Verdana, 18 pt. Għandhom ikunu ċċentrati u b’kulur 100 % iswed;

Image 16

il-pittogrammi għandhom ikunu kif muri fid-disinji tat-tikketta u kif ġej:

il-linji tal-pittogrammi għandu jkollhom ħxuna ta’ 1,2 pt u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu bl-iswed 100 %;

in-numri ta’ taħt il-pittogrammi għandhom ikunu b’tipa grassa Verdana, 16 pt, u l-unitajiet b’tipa regolari Verdana, 12 pt, u dawn għandhom ikunu ċċentrati taħt il-pittogrammi;

Il-valuri tat-temperaturi għandhom ikunu b’tipa grassa Verdana, 12 pt, bil-karattru “°C” b’tipa Verdana Regolari 12 pt. Dawn għandhom jitqiegħdu fuq in-naħa tal-lemin tal-pittogramma tat-termometru jew ġewwa l-pittogramma li tirrappreżenta t-temperatura ambjentali;

għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għajr għal coolers tax-xarbiet u freezers tal-ġelat: jekk l-apparat ikun fih kompartiment(i) tal-friża biss jew kompartiment(i) mhux tal-friża biss, għandhom jintwerew biss il-pittogrammi rilevanti, kif stabbilit fil-punti 1.2 VII, VIII, IX u X, u dawn għandhom jidhru u jkunu ċċentrati bejn id-diviżur intern taħt il-konsum annwali tal-enerġija u l-parti t’isfel tat-tikketta tal-enerġija;

Image 17

in-numru tar-regolament għandu jkun b’kulur 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 6 pt.


ANNESS IV

Metodi tal-kejl u kalkoli

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar:

(a)

il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom jikkorrispondu għas-Sett 1, ħlief għall-freezers tal-ġelat u għall-kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat, li għandhom jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għas-Sett 2, kif stabbilit fit-Tabella 2.

(b)

meta kompartiment jista’ jiġi ssettjat għal temperaturi differenti, għandu jiġi ttestjat fl-aktar temperatura tat-tħaddim baxxa.

(c)

magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati b’kompartimenti b’volumi varjabbli għandhom jiġu ttestjati bil-volum nett tal-kompartiment bl-ogħla temperatura tat-tħaddim aġġustat għall-volum nett minimu tiegħu.

(d)

għal coolers tax-xarbiet, il-veloċità speċifikata tat-tkessiħ għandha tkun skont il-ħin ta’ rkupru għal tagħbija mill-ġdid ta’ nofs it-tagħbija.

Tabella 2

Kundizzjonijiet ambjentali

 

Temperatura b’termometru niexef, °C

Umdità relattiva, %

Punt tan-nida, °C

Massa tal-fwar fl-arja niexfa, g/kg

Sett 1

25

60

16,7

12,0

Sett 2

30

55

20,0

14,8

2.   Determinazzjoni tal-EEI:

(a)

Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, l-EEI, espress f’% u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, huwa l-proporzjon tal-AE (f’kWh/a) u l-SAE ta’ referenza (f’kWh/a) u huwa kkalkulat kif ġej:

EEI = AE/SAE.

(b)

L-AE, espress f’kWh/a, u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, jiġi kkalkulat kif ġej:

AE = 365 × Edaily ;

fejn:

Edaily huwa l-konsum tal-enerġija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fuq perjodu ta’ 24 siegħa, espress f’kWh/24h u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.

(c)

L-SAE huwa espress f’kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha tal-istess klassi tat-temperatura, u għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:

SAE = 365 × P × (M + N × Y) × C;

Għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’aktar minn kompartiment wieħed bi klassijiet differenti tat-temperatura, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula
;

fejn:

(1)

“c” huwa n-numru tal-indiċi għal tip ta’ kompartiment u li jvarja minn 1 sa “n”, fejn “n” huwa n-numru totali ta’ tipi ta’ kompartimenti.

(2)

Il-valuri ta’ M u N jingħataw fit-Tabella 3.

Tabella 3

Valuri ta’ M u N

Kategorija

Valur għal M

Valur għal N

Coolers tax-xarbiet

2,1

0,006

Freezers tal-ġelat

2,0

0,009

Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati

4,1

0,004

Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

25,0

30,400

Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets

9,1

9,100

Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

3,7

3,500

Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets

7,5

19,300

Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets

4,0

10,300

Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Marzu 2021)

9,2

11,600

Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Settembru 2023)

9,1

9,100

(3)

Il-valuri ta’ C, il-koeffiċjent tat-temperatura, jingħataw fit-Tabella 4.

Tabella 4

Il-kundizzjonijiet tat-temperatura u l-valuri tal-koeffiċjent tat-temperatura korrispondenti, C

m.a. = mhux applikabbli

(a)

Kabinetti tas-supermarkets

Kategorija

Klassi tat-temperatura

L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C)

L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C)

L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C)

Valur għal C

Kabinetti refriġeranti vertikali, ikkombinati tas-supermarkets

M2

≤ +7

≥ –1

m.a.

1,00

H1 u H2

≤ +10

≥ –1

m.a.

0,82

M1

≤ +5

≥ –1

m.a.

1,15

Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

M2

≤ +5

≥ –1

m.a.

1,00

H1 u H2

≤ +10

≥ –1

m.a.

0,92

M1

≤ +5

≥ –1

m.a.

1,08

Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets

L1

≤ +5

m.a.

≤ –18

1,00

L2

≤ +5

m.a.

≤ –18

0,90

L3

≤ +5

m.a.

≤ –15

0,90

Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets

L1

≤ +5

m.a.

≤ –18

1,00

L2

≤ +5

m.a.

≤ –18

0,92

L3

≤ +5

m.a.

≤ –15

0,92


(b)

Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

Klassi tat-temperatura

L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C)

L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C)

L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C)

Valur għal C

G1

-10

-14

m.a.

1,00

G2

-10

-16

m.a.

1,00

G3

-10

-18

m.a.

1,00

L1

-15

m.a.

-18

1,00

L2

-12

m.a.

-18

1,00

L3

-12

m.a.

-15

1,00

S

Klassifikazzjoni speċjali

1,00


(c)

Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati

Klassi tat-temperatura (*2)

Temperatura massima mkejla tal-prodott (Tv ) (°C)

Valur għal C

Kategorija 1

7

1+(12-TV)/25

Kategorija 2

12

Kategorija 3

3

Kategorija 4

(TV1+TV2)/2 (*1)

Kategorija 6

(TV1+TV2)/2 (*1)


(d)

apparat refriġeranti ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

Kategorija

Valur għal C

Apparat ieħor

1,00

(4)

Il-koeffiċjent Y jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

għal coolers tax-xarbiet:

Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-cooler tax-xarbiet b’temperatura mira, Tc, (Veq c), ikkalkulat kif ġej:

Yc = Veq c = GrossVolumec × ((25 – Tc)/20) × CC;

fejn Tc hija t-temperatura medja ta’ klassifikazzjoni tal-kompartiment għall-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 5. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 6.

Tabella 5

Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-coolers tax-xarbiet

Klassi tat-temperatura

Tc (°C)

K1

+ 3,5

K2

+ 2,5

K3

– 1,0

K4

+ 5,0


Tabella 6

Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC għal coolers tax-xarbiet

L-ogħla temperatura ambjentali (°C)

Umdità ambjentali relattiva (%)

CC

+25

60

1,00

+32

65

1,05

+ 40

75

1,10

(b)

għal freezers tal-ġelat:

Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-freezer tal-ġelat b’temperatura mira Tc, (Veq c), ikkalkulat kif ġej:

Yc = Veq c = NetVolume × ((12 – Tc)/30) × CC;

fejn Tc hija t-temperatura medja ta’ klassifikazzjoni tal-kompartiment għall-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 7. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 8.

Tabella 7

Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-freezers tal-ġelat

Klassi tat-temperatura

Tc (°C)

L-aktar temperatura sħuna tal-pakkett-M hija aktar kiesħa jew ugwali fit-testijiet kollha (ħlief fit-test tal-ftuħ tal-għatu) (°C)

Iż-żieda massima permessa fit-temperatura tal-pakkett-M l-aktar sħun waqt it-test tal-ftuħ tal-għatu (°C)

-18

2

-18,0

-7

2

-7,0


Tabella 8

Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC korrispondenti għal freezers tal-ġelat

 

Minimu

Massimu

CC

Temperatura ambjentali (°C)

Umdità ambjentali relattiva (%)

Temperatura ambjentali (°C)

Umdità ambjentali relattiva (%)

Freezer tal-ġelat b’għatu trasparenti

16

80

30

55

1,00

35

75

1,10

40

40

1,20

Freezer tal-ġelat b’għatu mhux trasparenti

16

80

30

55

1,00

35

75

1,04

40

40

1,10

(c)

għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

Y huwa l-volum nett tal-magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata, li huwa l-ammont totali tal-volumi tal-kompartimenti kollha li fihom jinsabu l-prodotti disponibbli direttament għall-bejgħ u l-volum li minnu jgħaddu l-prodotti matul il-proċess tad-distribuzzjoni, espress f’litri (L) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

(d)

għall-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett:

Yc huwa l-ammont totali tat-TDA tal-kompartimenti kollha tal-istess klassi tat-temperatura tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’metri kwadri (m2), u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

(5)

Il-valuri għal P huma stabbiliti fit-Tabella 9.

Tabella 9

Valuri P

Tip ta’ kabinett

P

Kabinetti integrali tas-supermarkets

1,10

Apparat refriġeranti ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

1,00


(*1)  Għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi b’diversi temperaturi, TV għandha tkun il-medja ta’ TV1 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment sħun) u TV2 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment kiesaħ).

(*2)  kategorija 1 = magni refriġerati b’quddiem magħluq, għal-laned u għall-fliexken, li fihom il-prodotti jinżammu maħżuna fuq xulxin, kategorija 2 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ, għal-laned u għall-fliexken, ħelu u snacks, kategorija 3 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ li jintużaw biss għal oġġetti tal-ikel li jitħassru, kategorija 4 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ b’diversi temperaturi, kategorija 6 = magni kkombinati li jikkonsistu minn kategoriji differenti ta’ magni fl-istess struttura, li jaħdmu b’unità tat-tkessiħ waħda.

m.a. = mhux applikabbli


ANNESS V

L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

F’konformità mal-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 10 fil-bażi tad-data tal-prodotti.

Tabella 10

L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu:

Indirizz tal-fornitur  (2) :

Identifikatur tal-mudell:

l-użu:

Wiri u bejgħ

Tip ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett:

[Coolers tax-xarbiet/Freezers tal-ġelat/Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat/kabinett tas-supermarket/magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati]

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tip tal-kabinett, skont l-istandards armonizzati jew metodi oħra affidabbli, akkurati u riproduċibbli skont l-Anness IV.

Pereżempju: [HC1/…/HC8], [VC1/…/VC4]

Parametri speċifiċi tal-prodotti

(Coolers tax-xarbiet: imla l-punt 1, freezers tal-ġelat: imla l-punt 2, Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat: imla l-punt 3, kabinett tas-supermarket: imla l-punt 4, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati: imla l-punt 5. Jekk l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikun fih kompartimenti li jaħdmu f’temperaturi differenti, jew kompartiment li jista’ jiġi ssettjat għal temperaturi differenti, il-linji għandhom jiġu ripetuti għal kull kompartiment jew għal kull setting tat-temperatura):

1.

Coolers tax-xarbiet:

Volum gross (dm3 jew L)

Il-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom huwa xieraq l-apparat (skont it-Tabella 6)

L-ogħla temperatura (°C)

Umdità relattiva (%)

x

x

x

2.

Freezer tal-ġelat b’għatu [trasparenti/mhux trasparenti]:

Volum nett (dm3 jew L)

Il-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom huwa xieraq l-apparat (skont it-Tabella 8)

Medda tat-temperatura (°C)

Medda tal-umdità relattiva (%)

minimu

massimu

minimu

massimu

x

x

x

x

x

3.

Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

Erja totali tal-wiri (m2)

Klassi tat-temperatura (skont it-Tabella 4(b))

x,xx

[G1/G2/G3/L1/L2/L3/S]

4.

[Integrali/Remot] [orizzontali/vertikali (għajr semivertikali)/semivertikali/ikkombinat] kabinett tas-supermarket, roll-in: [iva/le]:

Erja totali tal-wiri (m2)

Klassi tat-temperatura (skont it-Tabella 4(a))

x,xx

[friġġ: [M2/H1/H2/M1]/freezer:[L1/L2/L3]]

5.

Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, [b’quddiem magħluq, għal-laned u għall-fliexken, li fihom il-prodotti jinżammu maħżuna fuq xulxin/refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ [għal-laned u għall-fliexken, ħelu u snacks/li jintużaw biss għal oġġetti tal-ikel li jitħassru]/b’diversi temperaturi [niżżel it-tip ta’ oġġetti tal-ikel li l-magna hija maħsuba għalihom]/magni kkombinati li jikkonsistu minn kategoriji differenti ta’ magni fl-istess struttura, li jaħdmu b’unità tat-tkessiħ waħda [niżżel it-tip ta’ oġġetti tal-ikel li l-magna hija maħsuba għalihom]]:

Volum (dm3 jew L)

Klassi tat-temperatura (skont it-Tabella 4(c))

x

kategorija [1/2/3/4/6]

Parametri ġenerali tal-prodott:

Parametru

Valur

Parametru

Valur

Konsum tal-enerġija annwali (kWh/a) (4)

x,xx

Temperatura/i rakkomandata/i għall-aħjar ħżin tal-ikel (°C) (Dawn is-settings m’għandhomx jikkontradixxu l-kundizzjonijiet tat-temperatura stipulati fit-Tabella 4, 5 jew 6 tal-Anness IV, skont kif applikabbli)

x

EEI

x,x

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

[A/B/C/D/E/F/G] (3)

Parametri tas-sors ta’ dawl  (1)  (2):

Tip tas-sors ta’ dawl

[tip]

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

[A/B/C/D/E/F/G] (3)

Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-fornitur  (2):

Informazzjoni addizzjonali:

Il-link tal-Internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 (5)  (2):


(1)  kif iddeterminat skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 (1).

(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (Ara paġna 68 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  il-bidliet għal dawn il-punti ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(3)  jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.

(4)  jekk l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu diversi kompartimenti li jaħdmu f’temperaturi differenti, għandu jiġi pprovdut il-konsum annwali tal-enerġija tal-unità integrata. Jekk sistemi ta’ refriġerazzjoni separati jipprovdu t-tkessiħ għal kompartimenti separati tal-istess unità, fejn possibbli għandu jiġi pprovdut ukoll il-konsum tal-enerġija assoċjat ma’ kull subsistema.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ara paġna 313 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS VI

Dokumentazzjoni teknika

1.   

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi dawn l-elementi:

(a)

l-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness V;

(b)

l-informazzjoni kif stabbilita fit-Tabella 11;

Tabella 11

Informazzjoni addizzjonali li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika

Deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li tkun suffiċjenti biex l-apparat jiġi identifikat bla dubji u faċilment:

Speċifikazzjonijiet tal-prodott

Speċifikazzjonijiet ġenerali tal-prodott:

Parametru

Valur

Parametru

Valur

Konsum tal-enerġija annwali (kWh/a)

x,xx

Konsum tal-enerġija annwali standard (kWh/a)

x,xx

Konsum tal-enerġija kuljum (kWh/24h)

x,xxx

Kundizzjonijiet ambjentali

[Sett 1/Sett 2]

M

x,x

N

x,xxx

Koeffiċjent tat-temperatura (C)

x,xx

Y

x,xx

P

x,xx

 

 

Fattur tal-klassi klimatika (CC) (1)

x,xx

Temperatura mira (Tc) (°C) (1)

x,x

Informazzjoni addizzjonali:

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati jew ta’ metodi oħra li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li ġew applikati:

Fejn ikun xieraq, l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna mogħtija s-setgħa li torbot lill-fornitur:

Lista ta’ mudelli ekwivalenti, li tinkludi l-identifikaturi tal-mudell:

2.   

Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:

(a)

minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta iżda huwa mudell prodott minn manifattur differenti; jew

(b)

permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn li huma,

id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.


(1)  Għal coolers tax-xarbiet u freezers tal-ġelat biss


ANNESS VII

Informazzjoni li għandha tingħata fir-reklami viżivi, f’materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor, fil-bejgħ mill-bogħod, għajr bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet

1.   

Fir-reklami viżivi għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt (c) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

2.   

Fil-materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u fil-punt (d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

3.   

Kwalunkwe bejgħ mill-bogħod ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ibbażat fuq il-karti irid jindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

4.   

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Figura 1, permezz ta’:

(a)

vleġġa, li jkun fiha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika, bl-abjad u b’tipa grassa Calibri, u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, b’daqs li t-tipa tkun viżibbli b’mod ċar u tista’ tinqara;

(b)

il-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;

(c)

il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli 100 % bl-iswed; u

(d)

id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura sewda ta’ 0,5 pt madwar il-vleġġa u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

B’deroga, jekk ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkun stampat b’mod monokromatiku, il-vleġġa tista’ tkun monokromatika f’dak ir-reklam viżiv, materjal promozzjonali tekniku, materjal promozzjonali ieħor jew bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti.

Figura 1

Vleġġa lejn il-lemin/ix-xellug ikkulurita/b’kulur wieħed, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata

Image 18

5.   

Il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq it-telepromozzjoni għandu jinforma b’mod speċifiku lix-xerrej dwar il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, u li x-xerrej għandu aċċess liberu u bla ħlas għat-tikketta sħiħa u għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott minn fuq is-sit web, jew billi jitlob kopja stampata.

6.   

Għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, għandu jkun possibbli għax-xerrej li jikseb, fuq talba, kopja stampata tat-tikketta u tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott.


ANNESS VIII

Informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet

1.   

It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, viċin il-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li t-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fil-punt 4 tal-Anness III. It-tikketta tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, f’liema każ l-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta’ dan l-Anness. Jekk tiġi applikata s-sistema ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.

2.   

L-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, kif indikat fil-Figura 2, għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott muri fuq it-tikketta;

(b)

tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa bl-abjad b’tipa grassa Calibri, u b’daqs tat-tipa li jkun ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, b’daqs li t-tipa tkun viżibbli b’mod ċar u tista’ tinqara; u

(c)

turi l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; u,

(d)

ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura viżibbli b’kulur 100 % iswed ippożizzjonata madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

Figura 2

Eżempju tal-vleġġa lejn ix-xellug/lejn il-lemin ikkulurita, bil-firxa tal-klassijiet tal-enerġija indikata

Image 19

3.   

Fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha kif ġej:

(a)

l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, viċin il-prodott;

(b)

l-immaġni għandha sservi ta’ link għat-tikketta stabbilita fl-Anness III;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-immaġni bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-immaġni jew iwessa’ dik l-immaġni fuq l-iskrin tattili;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, tab ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera jekk it-tikketta ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs tat-tipa bħall-prezz, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, daqs tat-tipa viżibbli u li jinqara b’mod ċar.

4.   

L-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(h) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, viċin il-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandu jkun tali li l-informazzjoni tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra jew billi wieħed jirreferi għall-bażi tad-data tal-prodott, f’liema każ il-link li tintuża għall-aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jista’ jinqara “Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk jintuża d-displej ta’ immaġni f’oħra, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.


ANNESS IX

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri ddikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ma għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri speċifikat f’dan ir-Regolament jew inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

Għall-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/1369 (il-valuri ddikjarati), u, fejn applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet; u

(b)

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta u fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi ddeterminata bil-valuri dikjarati; u

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkolati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 12.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) u (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 12.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness IV.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 12 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 12, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.

Tabella 12

It-tolleranzi tal-verifika għall-parametri mkejla

Parametri

Tolleranzi tal-verifika

Il-volum nett, u l-volum nett tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat (1) m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat.

Il-volum gross, u l-volum gross tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat (1) m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat

It-TDA, u t-TDA tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat (1) m’għandux ikun aktar baxx mill-valur iddikjarat b’iktar minn 3 %.

Edaily

Il-valur iddeterminat (1) m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %

AE

Il-valur iddeterminat (1) m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.


(1)  fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.


Top