Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2014

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/1804

    ĠU L 315, 5.12.2019, p. 29–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2014/oj

    5.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 315/29


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2014

    tal-11 ta’ Marzu 2019

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 16 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar jew tar-riklassifikazzjoni tat-tikkettar ta’ gruppi ta’ prodotti li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, fejn rilevanti, riżorsi oħra.

    (2)

    Dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi ġew stabbiliti bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 (2).

    (3)

    Dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija ghal magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi ġew stabbiliti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (3).

    (4)

    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2016)773 final (4) dwar il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn stabbilit mill-Kummissjoni bl-applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma fil-qafas tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016–2019. Il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn jidentifika l-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet biex isiru studji preparatorji dwar miżuri ta’ implimentazzjoni u biex eventwalment dawn jiġu adottati, kif ukoll biex isir ir-rieżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (6), tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 u tad-Direttiva 96/60/KE.

    (5)

    Huwa stmat li miżuri mill-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn għandhom potenzjal li jwasslu total li jaqbeż 260 TWh ta’ ffrankar annwali tal-enerġija finali fl-2030, ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi huma fost il-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-pjan ta’ ħidma, bi ffrankar annwali stmat ta’ enerġija elettrika ta’ 2,5 TWh, li jwassal għal tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ GHG ta’ 0,8 MtCO2 ek/sena, u iffrankar stmat tal-ilma ta’ 711 miljun m3 fl-2030.

    (6)

    Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi huma wieħed mill-gruppi ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 11(5)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1369 li għalih il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat li jintroduċi tikketta b’riklassifikazzjoni minn A sa G.

    (7)

    Il-Kummissjoni wettqet rieżami tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 kif meħtieġ skont l-Artikolu 7 tiegħu, tad-Direttiva 96/60/KE u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi kif ukoll l-imġiba tal-utenti fil-ħajja reali. Ir-rieżami twettaq b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u ma’ partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    (8)

    Ir-rieżami kkonkluda li kien jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti riveduti dwar it-tikkettar tal-enerġija għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, u li t-tnejn jistgħu jiġu stabbiliti mill-istess Regolament dwar it-tikkettar tal-enerġija. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li jinkludi l-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi.

    (9)

    Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ mhux domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mhux domestiċi karatteristiċi għandhom karatteristiċi u użi distinti. Dawn huma soġġetti għal regolamentazzjoni oħra, b’mod partikolari d-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u m’għandhomx jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi jenħtieġ li japplika għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bl-istess karatteristiċi tekniċi, irrispettivament minn fejn ikunu qed jintużaw.

    (10)

    L-aspetti ambjentali tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija u tal-ilma fil-fażi tal-użu, il-ġenerazzjoni tal-iskart fi tmiem il-ħajja, l-emissjonijiet fl-arja u l-ilma fil-fażi tal-produzzjoni (minħabba l-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima) u fil-fażi tal-użu (minħabba l-konsum tal-enerġija elettrika u l-iskariku tal-ilma).

    (11)

    Mir-rieżami jirriżulta li l-konsum tal-elettriku u tal-ilma minn prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jkompli jitnaqqas bl-implimentazzjoni ta’ miżuri dwar it-tikketta tal-enerġija li jiffokaw fuq distinzjoni aħjar ta’ bejn il-prodotti biex jiżguraw inċentivi għall-fornituri li jkomplu jtejbu l-effiċjenza enerġetika u l-effiċjenza tar-riżorsi tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, u billi jingħata aktar widen għall-aspettattivi tal-konsumaturi rigward l-użu ta’ programmi tal-ħasil jew ta’ programmi tal-ħasil u tat-tnixxif flimkien, b’mod partikolari fir-rigward tad-durata tagħhom.

    (12)

    It-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati favur apparati b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla. Il-fehim u r-rilevanza tal-informazzjoni mogħtija fuq it-tikketta ġew ikkonfermati permezz ta’ stħarriġ speċifiku tal-konsumaturi f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    (13)

    Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jiġu ppreżentati fil-fieri kummerċjali jenħtieġ li jkollhom it-tikketta tal-enerġija fuqhom jekk l-ewwel unità tal-mudell tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew titqiegħed fis-suq fil-fiera kummerċjali.

    (14)

    Jenħtieġ li l-parametri rilevanti tal-prodotti jitkejlu b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Jenħtieġ li dawk il-metodi jikkunsidraw metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

    (15)

    Filwaqt li tiġi rikonoxxuta ż-żieda fil-bejgħ ta’ prodotti relatati mal-enerġija permezz ta’ web-stores u pjattaformi ta’ bejgħ fuq l-Internet, aktar milli direttament mingħand il-fornituri, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting tal-web-stores u tal-pjattaformi ta’ bejgħ fuq l-Internet għandhom ir-responsabbiltà li juru t-tikketta pprovduta mill-fornitur qrib il-prezz. Huma għandhom jinformaw lill-fornitur dwar dan l-obbligu, iżda ma għandhomx ikunu responsabbli mill-eżattezza jew mill-kontenut tat-tikketta u mill-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduti. Madankollu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) dwar il-kummerċ elettroniku, dawn il-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet għandhom jaġixxu mingħajr dewmien biex ineħħu jew iwaqqfu l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-prodott inkwistjoni jekk ikunu konxji tan-nuqqas ta’ konformità (eż. tikketta jew skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott li jkunu nieqsa, mhux kompluti jew mhux korretti) pereżempju jekk ikunu ġew informati mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. Fornitur li jbigħ direttament lill-utenti finali permezz tas-sit web tiegħu stess huwa kopert mill-obbligi tal-bejgħ mill-bogħod tan-negozjanti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    (16)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ġew diskussi mill-Forum Konsultattiv u mal-esperti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    (17)

    Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva 96/60/KE jenħtieġ li jitħassru,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar ta’, u għall-forniment tal-informazzjoni supplimentari dwar il-prodott għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bl-elettriku mill-mejns u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bl-elettriku mill-mejns, inklużi dawk li jistgħu jitħaddmu bil-batteriji wkoll, u inklużi l-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi inkorporati u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi inkorporati.

    2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal

    (a)

    magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE;

    (b)

    magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bil-batteriji u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bil-batteriji u li jistgħu jiġu konnessi mal-mejns permezz ta’ konverter AC/DC li jinxtara separatament;

    (c)

    magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ inqas minn 2 kg u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità ta’ ħasil nominali ta’ 2 kg jew inqas.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “mejns” jew “mejns tal-elettriku” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja ta’ 230 (± 10 %) volts ta’ kurrent alternat b’50 Hz;

    (2)

    “magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ fejn it-tagħbija tiġi trattata kompletament mill-magna tal-ħasil mingħajr il-bżonn ta’ xi intervent mill-utent matul il-programm;

    (3)

    “magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika li tnaddaf u tlaħlaħ ħwejjeġ domestiċi bl-użu ta’ ilma u mezzi kimiċi, mekkaniċi u termali, li jkollha wkoll funzjoni ta’ tagħsir bid-dawran u li tkun iddikjarata mill-manifattur fid-Dikjarazzjoni ta’ Konformità bħala konformi mad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jew mad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

    (4)

    “magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li, minbarra l-funzjonijiet ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika, fl-istess tanbur (drum) tinkludi mezz ta’ tnixxif tat-tessuti permezz tat-tisħin u t-tidwir, u li tkun iddikjarata mill-manifattur fid-Dikjarazzjoni ta’ Konformità bħala konformi mad-Direttiva 2014/35/UE jew mad-Direttiva 2014/53/UE;

    (5)

    “magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika inkorporata” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika ddisinjata, ittestjata u kkummerċjalizzata esklussivament:

    (a)

    biex tiġi installata f’kabinett jew imdawwra (minn fuq, taħt u l-ġnub) b’pannelli;

    (b)

    biex titwaħħal sod mal-ġnub, fuq jew taħt ta’ kabinett jew ma’ pannelli; u

    (c)

    biex tkun mgħammra b’wiċċ integrali b’finitura tal-fabbrika jew b’pannell frontali magħmul għall-esiġenzi tal-individwu;

    (6)

    “magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika inkorporata” tfisser magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika ddisinjata, ittestjata u kkummerċjalizzata esklussivament:

    (a)

    biex tiġi installata f’kabinett jew imdawwra (minn fuq, taħt u l-ġnub) b’pannelli;

    (b)

    biex titwaħħal sod mal-ġnub, fuq jew taħt ta’ kabinett jew ma’ pannelli; u

    (c)

    biex tkun mgħammra b’wiċċ integrali b’finitura tal-fabbrika jew b’pannell frontali magħmul għall-esiġenzi tal-individwu;

    (7)

    “magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika mgħammra b’aktar minn tanbur wieħed, kemm jekk f’unitajiet separati kif ukoll jekk fl-istess għeluq;

    (8)

    “magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar” tfisser magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika mgħammra b’aktar minn tanbur wieħed, kemm jekk f’unitajiet separati kif ukoll jekk fl-istess għeluq;

    (9)

    “punt tal-bejgħ” tfisser post fejn magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, jew it-tnejn, jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs.

    Għall-finijiet tal-annessi, fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet.

    Artikolu 3

    Obbligi tal-fornituri

    1.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

    (a)

    kull magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u kull magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun fornuta b’tikketta stampata fil-format kif stabbilit fl-Anness III u, għal magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar jew għal magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar, skont l-Anness X;

    (b)

    il-parametri tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness V, jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti;

    (c)

    jekk rikjest b’mod speċifiku min-negozjant ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tkun disponibbli fil-forma stampata;

    (d)

    il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodott;

    (e)

    kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jkollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII;

    (f)

    kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, inkluż fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tiketta, f’konformità mal-Anness VII;

    (g)

    tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika;

    (h)

    skeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V għandha tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika.

    2.   Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja huma ddefiniti fl-Anness II u għandhom jiġu kkalkulati skont l-Anness IV.

    Artikolu 4

    Obbligi tan-negozjanti

    Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:

    (a)

    kull magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u kull magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, fil-punt tal-bejgħ, inkluż fil-fieri kummerċjali, ikollha t-tikketta pprovduta mill-fornituri f’konformità mal-punt 1(a) tal-Artikolu 3, fejn it-tikketta għall-apparat inkorporat tintwera b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar u t-tikketta għall-apparat l-ieħor kollu b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar fuq in-naħa ta’ barra, fuq il-faċċata jew in-naħa ta’ fuq, tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika;

    (b)

    fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod u ta’ bejgħ bl-Internet, it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott jingħataw skont l-Annessi VII u VIII;

    (c)

    kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jkollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;

    (d)

    kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, inkluż fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tiketta, f’konformità mal-Anness VII.

    Artikolu 5

    Obbligi tal-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet

    Meta fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ dirett ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi fuq is-sit web tiegħu tal-Internet, il-fornitur ta’ servizzi għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta elettronika u tal-iskeda elettronika tal-prodott mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu ta’ displej skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjatur bl-obbligu li jurihom.

    Artikolu 6

    Metodi tal-kejl

    L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, stabbiliti fl-Anness IV.

    Artikolu 7

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stabbilita fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    Artikolu 8

    Rieżami

    Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar tard mill-25 ta' Diċembru 2025.

    B’mod partikolari, dan ir-rieżami għandu jivvaluta dan li ġej:

    (a)

    il-potenzjal għal titjib fir-rigward tal-konsum tal-enerġija u tal-prestazzjoni funzjonali u ambjentali tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi;

    (b)

    l-adegwatezza li jinżammu żewġ skali għall-prestazzjoni enerġetika tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi;

    (c)

    l-effikaċja tal-miżuri eżistenti biex jiksbu bidliet fl-imġiba tal-utent aħħari fix-xiri ta’ apparati b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla u ta’ programmi b’effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ogħla;

    (d)

    il-possibbiltà li jiġu indirizzati l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari.

    Artikolu 9

    Tħassir

    Ir-Regolament (UE) Nru 1061/2010 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.

    Id-Direttiva 96/60/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.

    Artikolu 10

    Miżuri tranżizzjonali

    Minn mill-25 ta' Diċembru 2019 sat-28 ta’ Frar 2021, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott meħtieġa skont il-punt (b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1061/2010 tista’ tiġi magħmula disponibbli fuq il-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita bl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369 minflok ma tiġi pprovduta fil-forma stampata. F’dan il-każ il-fornitur għandu jiżgura li jekk jiġi speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tal-prodott tkun disponibbli fil-forma stampata.

    Minn mill-25 ta' Diċembru 2019 sat-28 ta’ Frar 2021, l-iskeda meħtieġa skont il-paragrafu (3) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/60/KE tista’ tiġi magħmula disponibbli fuq il-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita bl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369 minflok ma tiġi pprovduta fil-forma stampata. F’dan il-każ il-fornitur għandu jiżgura li jekk jiġi speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tkun disponibbli fil-forma stampata.

    Artikolu 11

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. Madankollu, l-Artikolu 10 għandu jibda japplika mill-25 ta' Diċembru 2019 u l-punti 1(a) u 1(b) tal-Artikolu 3 għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2020.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).

    (3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE tad-19 ta’ Settembru 1996 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija ta’ magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa (ĠU L 266, 18.10.1996, p. 1).

    (4)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019” (COM (2016)773 final, 30.11.2016).

    (5)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 21).

    (7)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

    (8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

    (9)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

    (10)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

    (11)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).


    ANNESS I

    Definizzjonijiet applikabbli għall-annessi

    Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika” (EEI) tfisser il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija ponderat mal-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu;

    (2)

    “programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet li huma definiti minn qabel u li huma ddikjarati mill-fornitur bħala xierqa għall-ħasil, għat-tnixxif jew għall-ħasil u t-tnixxif kontinwu ta’ ċerti tipi ta’ tessuti;

    (3)

    “ċiklu tal-ħasil” tfisser proċess sħiħ tal-ħasil kif definit mill-programm magħżul, magħmul minn serje ta’ operazzjonijiet differenti li jinkludu l-ħasil, it-tlaħliħ u t-tidwir;

    (4)

    “ċiklu tat-tnixxif” tfisser il-proċess sħiħ tat-tnixxif kif definit mill-programm meħtieġ, magħmul minn serje ta’ operazzjonijiet differenti li jinkludu t-tisħin u t-tidwir;

    (5)

    “ċiklu sħiħ” tfisser proċess tal-ħasil u tat-tnixxif, li huwa magħmul minn ċiklu tal-ħasil u ċiklu tat-tnixxif;

    (6)

    “ċiklu kontinwu” tfisser ċiklu sħiħ mingħajr interruzzjoni tal-proċess u mingħajr il-bżonn ta’ xi intervent mill-utent fi kwalunkwe waqt matul il-programm;

    (7)

    “kodiċi ta’ rispons rapidu” (Kodiċi QR — Quick Response) tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott li tkun relatata mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti;

    (8)

    “kapaċità nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-fornitur f’intervalli ta’ 0,5 kg ta’ tessuti niexfa ta’ tip partikolari, li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tal-ħasil wieħed ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika, jew f’ċiklu sħiħ wieħed ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-programm magħżul, rispettivament, meta mgħobbija skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;

    (9)

    “kapaċità tal-ħasil nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-fornitur f’intervalli ta’ 0,5 kg ta’ tessuti niexfa ta’ tip partikolari, li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tal-ħasil wieħed ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika, jew f’ċiklu tal-ħasil wieħed ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-programm magħżul, rispettivament, meta mgħobbija skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;

    (10)

    “kapaċità tat-tnixxif nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-fornitur f’intervalli ta’ 0,5 kg ta’ tessuti niexfa ta’ tip partikolari, li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tat-tnixxif wieħed ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bil-programm magħżul, meta mgħobbija skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;

    (11)

    “eco 40-60” tfisser l-isem tal-programm iddikjarat mill-fornitur bħala li kapaċi jnaddaf ħwejjeġ tal-qoton b’ammont normali ta’ ħmieġ li jkunu ddikjarati li jistgħu jinħaslu f’temperatura ta’ 40 °C jew 60 °C, flimkien u fl-istess ċiklu, u li għalih tirrelata l-informazzjoni fuq it-tikketta tal-enerġija u fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott;

    (12)

    “effikaċja tat-tlaħliħ” tfisser il-konċentrazzjoni tal-kontenut residwu ta’ sulfonat tal-alkilbenżin lineari (LAS) fit-tessuti ttrattati wara ċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika (IR) jew iċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika (JR), espressa fi grammi/kilogramm ta’ tessuti niexfa;

    (13)

    “konsum tal-enerġija ponderat (EW)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-enerġija taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, u b’nofs u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, espress f’kilowatt-siegħa/ċiklu;

    (14)

    “konsum tal-enerġija ponderat (EWD)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali, espress f’kilowatt-siegħa/ċiklu;

    (15)

    “konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu standard” (SCE) tfisser il-konsum tal-enerġija meħud bħala referenza, bħala funzjoni tal-kapaċità nominali ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, espress f’kilowatt-siegħa/ċiklu;

    (16)

    “konsum tal-ilma ponderat (WW)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-ilma ta’ ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, u b’nofs u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, espress f’litri/ċiklu;

    (17)

    “konsum tal-ilma ponderat (WWD)” tfisser il-medja ponderata tal-konsum tal-ilma ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali, espress f’litri/ċiklu;

    (18)

    “kontenut ta’ ndewwa residwali” tfisser, għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, l-ammont ta’ ndewwa li jkun hemm fit-tagħbija fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħasil;

    (19)

    “kontenut ta’ ndewwa finali” tfisser, għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, l-ammont ta’ ndewwa li jkun hemm fit-tagħbija fi tmiem iċ-ċiklu tat-tnixxif;

    (20)

    “niexef għall-armarju” tfisser l-istatus ta’ tessuti ttrattati mnixxfa f’ċiklu tat-tnixxif sakemm il-kontenut ta’ ndewwa finali jkun 0 %;

    (21)

    “durata tal-programm” (tW) tfisser it-tul ta’ żmien minn xħin jibda l-programm magħżul, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe dewmien ipprogrammat mill-utent, sa xħin jiġi indikat tmiem il-programm u l-utent ikollu aċċess għat-tagħbija.

    (22)

    “durata taċ-ċiklu” (tWD) tfisser, għaċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, it-tul ta’ żmien minn xħin jibda l-programm magħżul għaċ-ċiklu tal-ħasil, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe dewmien ipprogrammat mill-utent, sa xħin jiġi indikat tmiem iċ-ċiklu tat-tnixxif u l-utent ikollu aċċess għat-tagħbija;

    (23)

    “modalità mitfi” tfisser kundizzjoni li fiha l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun imqabbda mal-mejns u ma tkun qed tipprovdi l-ebda funzjoni; il-kundizzjonijiet li ġejjin ukoll għandhom jitqiesu bħala kundizzjonijiet ta’ modalità Mitfi:

    (a)

    kundizzjoni li tipprovdi biss indikazzjoni ta’ modalità Mitfi;

    (b)

    kundizzjoni li tipprovdi biss funzjonijiet maħsubin biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

    (24)

    “modalità Standby” tfisser kundizzjoni li fiha l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun imqabbda mal-mejns tal-elettriku, u tkun tipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal żmien indefinit:

    (a)

    funzjoni ta’ riattivazzjoni, inkella funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni ġiet attivata, u/jew

    (b)

    funzjoni ta’ riattivazzjoni permezz ta’ konnessjoni ma’ netwerk; u/jew

    (c)

    displej ta’ informazzjoni jew tal-istatus, u/jew

    (d)

    funzjoni ta’ detezzjoni għal miżuri ta’ emerġenza;

    (25)

    “netwerk” tfisser infrastruttura ta’ komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjoni (protokolli);

    (26)

    “funzjoni ta’ prevenzjoni ta’ tikmix” tfisser operazzjoni tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika wara t-tlestija ta’ programm li tipprevjeni l-ħwejjeġ milli jitkemmxu ħafna;

    (27)

    “bidu differit” tfisser kundizzjoni fejn l-utent ikun għażel dewmien speċifikat għall-bidu jew għat-tmiem taċ-ċiklu tal-programm magħżul;

    (28)

    “garanzija” tfisser kwalunkwe impenn li jagħmel il-bejjiegħ bl-imnut jew il-fornitur lill-konsumatur biex:

    (a)

    jiġi rimborżat il-prezz imħallas; jew

    (b)

    jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġja l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u l-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika fi kwalunkwe mod jekk dawn ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar rilevanti;

    (29)

    “mekkaniżmu tad-displej” tfisser kwalunkwe skrin, inkluż skrins tattili, jew teknoloġija viżiva oħra li tintuża biex jintwera kontenut tal-Internet lill-utenti;

    (30)

    “displej ta’ immaġni f’oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew sett tad-data billi jagħfas fuq immaġni oħra jew sett tad-data ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-immaġni l-oħra jew fuq dak is-sett tad-data l-ieħor jew billi jwessa’ dik l-immaġni l-oħra jew dak is-sett tad-data l-ieħor fuq l-iskrin tattili;

    (31)

    “skrin tattili” tfisser skrin li jiġi attivat meta jintmess, bħall-iskrin ta’ tablets, ta’ kompjuters tat-tip slate jew ta’ smartphones;

    (32)

    “test alternattiv” tfisser test provdut bħala alternattiva għal grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista’ jtella’ l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju fejn jakkumpanja applikazzjonijiet b’sinteżi tal-vuċi.


    (1)  Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).


    ANNESS II

    A.   Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

    Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) tagħha kif stabbilit fit-Tabella 1.

    L-EEIW ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi kkalkolat skont l-Anness IV.

    Tabella 1

    Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi

    Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika

    Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW)

    A

    EEIW ≤ 52

    B

    52 < EEIW ≤ 60

    C

    60 < EEIW ≤ 69

    D

    69 < EEIW ≤ 80

    E

    80 < EEIW ≤ 91

    F

    91 < EEIW ≤ 102

    G

    EEIW > 102

    Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) tagħha kif stabbilit fit-Tabella 2.

    Il-valur ta’ EEIWD taċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi kkalkolat skont l-Anness IV.

    Tabella 2

    Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu sħiħ ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika

    Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika

    Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD)

    A

    EEIWD ≤ 37

    B

    37 < EEIWD ≤ 45

    C

    45 < EEIWD ≤ 55

    D

    55 < EEIWD ≤ 67

    E

    67 < EEIWD ≤ 82

    F

    82 < EEIWD ≤ 100

    G

    EEIWD > 100

    B.   Klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir

    Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kontenut ta’ ndewwa residwali (D) kif stabbilit fit-Tabella 3.

    Il-valur ta’ D ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi kkalkolat skont l-Anness IV.

    Tabella 3

    Klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir

    Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir

    Kontenut ta’ ndewwa residwali (D) (%)

    A

    D < 45

    B

    45 ≤ D < 54

    C

    54 ≤ D < 63

    D

    63 ≤ D < 72

    E

    72 ≤ D < 81

    F

    81 ≤ D < 90

    G

    D ≥ 90

    C.   Klassijiet tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja

    Il-klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja kif stabbilit fit-Tabella 4.

    Tabella 4

    Klassijiet tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja

    Fażi

    Klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja

    Storbju (dB)

    Tidwir

    A

    n < 73

    B

    73 ≤ n < 77

    C

    77 ≤ n < 81

    D

    n ≥ 81


    ANNESS III

    A.   Tikketta għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi

    1.   TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI

    1.1.   Tikketta

    Image 1

    1.2.   It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    I.

    il-kodiċi QR;

    II.

    isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

    III.

    l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

    IV.

    l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

    V.

    il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

    VI.

    il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV;

    VII.

    il-kapaċità nominali, f’kg, għall-programm “eco 40-60”;

    VIII.

    il-konsum tal-ilma ponderat għal kull ċiklu f’litri, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV:

    IX.

    id-durata tal-programm “eco 40-60” b’tagħbija nominali f’s:min, imqarrba sal-eqreb minuta;

    X.

    il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir, determinata skont il-punt B tal-Anness II;

    XI.

    l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja tal-fażi tat-tidwir, espressi f’dB(A) re 1 pW u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, u l-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja, iddeterminata skont il-punt C tal-Anness II;

    XII.

    in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2014”.

    2.   DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI

    Id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif indikat fid-disinn hawn taħt.

    Image 2

    Fejn:

    (a)

    It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.

    (b)

    L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad.

    (c)

    It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri.

    (d)

    Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.

    (e)

    Il-kuluri għandhom ikunu CMYK — blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed — bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

    (f)

    It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figura ta’ hawn fuq):

    Image 3

    il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:

    l-isfond: 100,80,0,0;

    l-istilel: 0,0,100,0;

    Image 4

    il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;

    Image 5

    il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed;

    Image 6

    l-isem tal-fornitur għandu jkun b’kulur 100 % iswed u b’tipa Verdana Bold, 9 pt;

    Image 7

    l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u b’tipa Verdana Regular, 9 pt;

    Image 8

    il-klassifikazzjoni A sa G għandha tkun kif ġej:

    l-ittri tal-iskala tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % abjad u b’tipa Calibri Bold, 19 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li jkun 4,5 mm min-naħa tax-xellug tal-vleġeġ;

    il-kuluri tal-vleġeġ tal-iskala ta’ klassifikazzjoni minn A sa G għandhom ikunu kif ġej:

    Klassi-A: 100,0,100,0;

    Klassi-B: 70,0,100,0;

    Klassi-C: 30,0,100,0;

    Klassi-D: 0,0,100,0;

    Klassi-E: 0,30,100,0;

    Klassi-F: 0,70,100,0;

    Klassi-G: 0,100,100,0;

    Image 9

    id-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt u l-kulur għandu jkun 100 % iswed;

    Image 10

    l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun b’kulur 100 % abjad u b’tipa Calibri Bold, 33 pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fl-iskala minn A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa li għandu jkun 100 % iswed;

    Image 11

    il-valur tal-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu għandu jkun b’tipa Verdana Bold, 28 pt; “kWh” għandha tkun b’tipa Verdana Regular, 18 pt; in-numru “100” fl-ikona li tirrappreżenta 100 ċiklu għandu jkun b’tipa Verdana Regular, 14 pt. Il-valur u l-unità għandhom ikunu ċċentrati u 100 % iswed;

    Image 12

    il-pittogrammi għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta u kif ġej:

    il-linji tal-pittogrammi għandu jkollhom ħxuna ta’ 1,2 pt u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu b’kulur 100 % iswed;

    it-testi ta’ taħt il-tliet (3) pittogrammi ta’ fuq għandhom ikunu b’tipa Verdana Bold, 16 pt, u l-unitajiet b’tipa Verdana Regular, 12 pt, u dawn għandhom ikunu ċċentrati taħt il-pittogrammi;

    il-pittogramma tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir: il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir (minn A sa G) għandha tkun iċċentrata taħt il-pittogramma, fejn l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir tkun b’tipa Verdana Bold, 16 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir ikunu b’tipa Verdana Regular, 10 pt;

    il-pittogramma tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja: in-numru ta’ decibels fil-loudspeaker għandu jkun b’tipa Verdana Bold, 12 pt, u l-unità “dB” b’tipa Verdana Regular, 9 pt; il-medda tal-klassijiet tal-istorbju (A sa D) għandha tkun iċċentrata taħt il-pittogramma, bl-ittra tal-klassi tal-istorbju applikabbli b’tipa Verdana Bold, 16 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-istorbju b’tipa Verdana Regular, 10 pt;

    Image 13

    in-numru tar-regolament għandu jkun 100 % iswed u b’tipa Verdana Regular, 6 pt.

    B.   Tikketta għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi

    1.   TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL U TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI

    1.1.   Tikketta:

    Image 14

    1.2.   It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    I.

    il-kodiċi QR;

    II.

    isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

    III.

    l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

    IV.

    l-iskali tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin);

    V.

    il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug), determinata skont l-Anness II; u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin), determinata skont l-Anness II;

    VI.

    il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV, għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug);

    VII.

    il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu f’kW-siegħa, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV, għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin);

    VIII.

    il-kapaċità nominali għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin);

    IX.

    il-konsum tal-ilma ponderat għal kull ċiklu f’litri, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness IV, għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin);

    X.

    id-durata taċ-ċiklu bil-kapaċità nominali għaċ-ċiklu sħiħ (fuq in-naħa tax-xellug) u għaċ-ċiklu tal-ħasil (fuq in-naħa tal-lemin);

    XI.

    il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir, determinata skont il-punt B tal-Anness II;

    XII.

    il-klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja tal-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” u l-valur f’dB(A) re 1 pW u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

    XIII.

    in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2014”.

    2.   DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAL-ĦASIL U TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI

    Image 15

    Fejn:

    (a)

    It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.

    (b)

    L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad.

    (c)

    It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri.

    (d)

    Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi.

    (e)

    Il-kuluri għandhom ikunu CMYK — blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed — bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

    (f)

    It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figura ta’ hawn fuq):

    Image 16

    il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:

    l-isfond: 100,80,0,0;

    l-istilel: 0,0,100,0;

    Image 17

    il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;

    Image 18

    il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed;

    Image 19

    l-isem tal-fornitur għandu jkun b’kulur 100 % iswed u b’tipa Verdana Bold, 9 pt;

    Image 20

    l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u b’tipa Verdana Regular, 9 pt;

    Image 21

    il-klassifikazzjonijiet A sa G għandhhom ikunu kif ġej:

    l-ittri tal-iskali tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % abjad u b’tipa Calibri Bold, 19 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li jkun 4 mm min-naħa tax-xellug tal-vleġeġ;

    il-kuluri tal-vleġeġ tal-iskala ta’ klassifikazzjoni minn A sa G għandhom ikunu kif ġej:

    Klassi-A: 100,0,100,0;

    Klassi-B: 70,0,100,0;

    Klassi-C: 30,0,100,0;

    Klassi-D: 0,0,100,0;

    Klassi-E: 0,30,100,0;

    Klassi-F: 0,70,100,0;

    Klassi-G: 0,100,100,0;

    Image 22

    id-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt u l-kulur għandu jkun 100 % iswed;

    Image 23

    l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun b’kulur 100 % abjad u b’tipa Calibri Bold, 26 pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fl-iskala minn A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa li għandu jkun 100 % iswed;

    Image 24

    il-valur tal-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu għandu jkun b’tipa Verdana Bold, 16 pt; “kWh” għandha tkun b’tipa Verdana Regular, 10 pt; in-numru “100” fil-pittogramma li tirrappreżenta 100 ċiklu għandu jkun b’tipa Verdana Regular, 6 pt. It-test għandu jkun iċċentrat u 100 % iswed;

    Image 25

    il-pittogrammi għandhom ikunu kif indikat fid-disinji tat-tikketta u kif ġej:

    il-linji tal-pittogrammi għandu jkollhom ħxuna ta’ 1,2 pt u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu b’kulur 100 % iswed;

    it-testi fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug tal-pittogrammi għandhom ikunu b’tipa Verdana Bold, 14 pt, u l-unità b’tipa Verdana Regular, 10 pt;

    il-pittogramma tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir: il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir (minn A sa G) għandha tkun iċċentrata taħt il-pittogramma, fejn l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir tkun b’tipa Verdana Bold, 16 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tat-tnixxif bit-tidwir ikunu b’tipa Verdana Regular, 10 pt;

    il-pittogramma tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja: in-numru ta’ decibels fil-loudspeaker għandu jkun b’tipa Verdana Bold, 9 pt, u l-unità “dB” b’tipa Verdana Regular, 7 pt; il-medda tal-klassijiet tal-istorbju (A sa D) għandha tkun iċċentrata taħt il-pittogramma, bl-ittra tal-klassi tal-istorbju applikabbli b’tipa Verdana Bold, 16 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-istorbju b’tipa Verdana Regular, 10 pt;

    Image 26

    in-numru tar-regolament għandu jkun 100 % iswed u b’tipa Verdana Regular, 6 pt.


    ANNESS IV

    Metodi tal-kejl u kalkoli

    Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin.

    Il-programm “eco 40-60” għandu jintuża għall-kejl u l-kalkolu tal-konsum tal-enerġija, tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW), tat-temperatura massima, tal-konsum tal-ilma, tal-kontenut ta’ ndewwa residwali, tad-durata tal-programm, tal-effiċjenza tal-ħasil, tal-effikaċja tat-tlaħliħ, tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir u tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja fil-fażi tat-tidwir għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u ċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi. Il-konsum tal-enerġija, it-temperatura massima, il-konsum tal-ilma, il-kontenut ta’ ndewwa residwali, id-durata tal-programm, l-effiċjenza tal-ħasil u l-effikaċja tat-tlaħliħ għandhom jitkejlu fl-istess ħin.

    Iċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandu jintuża għall-kejl u l-kalkolu tal-konsum tal-enerġija, tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (l-EEIWD), tat-temperatura massima fil-fażi tal-ħasil, tal-konsum tal-ilma, tal-kontenut ta’ ndewwa finali, tad-durata taċ-ċiklu, tal-effiċjenza tal-ħasil u tal-effikaċja tat-tlaħliħ għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi. Il-konsum tal-enerġija, it-temperatura massima, il-konsum tal-ilma, il-kontenut ta’ ndewwa finali, id-durata taċ-ċiklu, l-effiċjenza tal-ħasil u l-effikaċja tat-tlaħliħ għandhom jitkejlu fl-istess ħin.

    Meta jitkejlu l-parametri ta’ dan l-anness għall-programm “eco 40-60” u għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, għandha tintuża l-għażla tal-ogħla veloċità tat-tidwir għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali, b’nofs il-kapaċità nominali u, fejn rilevanti, bi kwart tal-kapaċità nominali.

    Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, il-parametri għall-programm “eco 40-60” u għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandhom jitkejlu bil-kapaċità nominali biss.

    Id-durata tal-programm “eco 40-60” (tW) bil-kapaċità tal-ħasil nominali, b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, u d-durata taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (tWD) bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali, huma espressi f’sigħat u minuti u mqarrba sal-eqreb minuta.

    L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja espressi f’dB(A) re 1 pW u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.

    1.   KAPAĊITÀ NOMINALI TAL-MAGNI TAL-ĦASIL U TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI

    Il-kapaċità nominali tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi għandha titkejjel, bl-użu taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif.

    Jekk il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tipprovdi ċiklu kontinwu, il-kapaċità nominali taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandha tkun il-kapaċità nominali għal dan iċ-ċiklu.

    Jekk il-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika ma tipprovdix ċiklu kontinwu, il-kapaċità nominali taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif għandha tkun il-valur l-aktar baxx bejn dak tal-kapaċità tal-ħasil nominali tal-programm “eco 40-60” u dak tal-kapaċità tat-tnixxif nominali taċ-ċiklu tat-tnixxif li jikseb l-istatus ta’ “niexef għall-armarju”.

    2.   INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

    2.1.   L-indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi

    Għall-kalkolu tal-EEIW, il-konsum tal-enerġija ponderat tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali jitqabbel mal-konsum tal-enerġija standard tiegħu.

    (a)

    L-EEIW jiġi kkalkolat kif ġej, u jiġi mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali:

    EEIW = (EW/SCEW) × 100

    fejn:

    EW huwa l-konsum tal-enerġija ponderat tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika;

    SCEW huwa l-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika.

    (b)

    L-SCEW jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali kif ġej:

    SCEW = – 0,0025 × c2 + 0,0846 × c + 0,3920

    fejn c hija l-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-kapaċità tal-ħasil nominali tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60”.

    (c)

    L-EW jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu kif ġej u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali:

    Formula

    fejn:

    EW,full huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;

    EW,½ huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;

    EW,1/4 huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;

    A huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għall-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;

    B huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għal nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;

    C huwa l-fattur ta’ ponderazzjoni għal kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.

    Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità nominali ta’ 3 kg jew inqas u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, il-valur ta’ A għandu jkun 1; Il-valur ta’ B u C għandu jkun 0.

    Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn, il-valuri tal-fatturi ta’ ponderazzjoni jiddependu mill-kapaċità nominali skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin:

    A = -0,0391 × c + 0,6918

    B = -0,0109 × c + 0,3582

    C = 1 - (A + B)

    fejn c hija l-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew il-kapaċità tal-ħasil nominali tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika.

    (d)

    Il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ:

    EW × 100

    2.2.   Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi

    Għall-kalkolu tal-EEIWD ta’ mudell ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, il-konsum tal-enerġija ponderat taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u b’nofs il-kapaċità nominali jitqabbel mal-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu tiegħu.

    (a)

    L-EEIWD jiġi kkalkolat kif ġej, u jiġi mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali:

    EEIWD = (EWD/SCEWD) × 100

    fejn:

    EWD huwa l-konsum tal-enerġija ponderat taċ-ċiklu sħiħ tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika;

    SCEWD huwa l-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu, taċ-ċiklu sħiħ tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika.

    (b)

    L-SCEWD jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali kif ġej:

    SCEWD = – 0,0502 × d2 + 1,1742 × d – 0,644

    fejn d hija l-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif.

    (c)

    Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, l-EWD huwa l-konsum tal-enerġija bil-kapaċità nominali, imqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.

    Għal magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn, l-EW jiġi kkalkolat f’kWh/ċiklu kif ġej u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali:

    Formula

    fejn:

    EWD,full huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali;

    EWD,½ huwa l-konsum tal-enerġija tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.

    (d)

    Il-konsum tal-enerġija ponderat għal kull 100 ċiklu, taċ-ċiklu sħiħ tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ:

    EWD × 100

    3.   INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA TAL-ĦASIL

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (Iw) u l-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (Jw) għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u mqarrba sat-tieni pożizzjoni deċimali.

    4.   EFFIKAĊJA TAT-TLAĦLIĦ

    L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (IR) u l-effikaċja tat-tlaħliħ taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (JR) għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jkunu bbażati fuq id-detezzjoni tal-markatur ta’ sulfonat tal-alkilbenżin lineari (LAS), u mqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali.

    5.   TEMPERATURA MASSIMA

    It-temperatura massima milħuqa għal 5 minuti fil-ħwejjeġ li jkunu qed jiġu ttrattati fil-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u fiċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi għandha tiġi ddeterminata bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew b’metodi oħra affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.

    6.   KONSUM TAL-ILMA PONDERAT

    (1)

    Il-konsum tal-ilma ponderat (WW) ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat f’litri u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ:

    WW = (A × WW,full + B × WW,1/2 + C × WW,1/4)

    fejn:

    WW,full huwa l-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;

    WW,½ huwa l-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;

    WW,1/4 huwa l-konsum tal-ilma tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika għall-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;

    A, B u C huma l-fatturi ta’ ponderazzjoni kif deskritti fil-punt 2.1(c).

    (2)

    Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 3 kg jew inqas, il-konsum tal-ilma ponderat huwa l-konsum tal-ilma bil-kapaċità nominali, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ.

    Għal magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi oħrajn, il-konsum tal-ilma ponderat (WWD) taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ:

    Formula

    fejn:

    WWD,full huwa l-konsum tal-ilma taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika bil-kapaċità nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;

    WWD,½ huwa l-konsum tal-ilma taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’nofs il-kapaċità nominali, f’litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali.

    7.   KONTENUT TA’ NDEWWA RESIDWALI

    Il-kontenut ta’ ndewwa residwali ponderat (D) ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u taċ-ċiklu tal-ħasil ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkolat f’perċentwali kif ġej u mqarreb sal-eqreb numru perċentwali sħiħ:

    Formula

    fejn:

    Dfull huwa l-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, f’perċentwali u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;

    D1/2 huwa l-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali, f’perċentwali u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;

    D1/4 huwa l-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali, f’perċentwali u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali;

    A, B u C huma l-fatturi ta’ ponderazzjoni kif deskritti fil-punt 2.1(c).

    8.   KONTENUT TA’ NDEWWA FINALI

    Għaċ-ċiklu tat-tnixxif ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, l-istatus ta’ “niexef għall-armarju” jikkorrispondi għal 0 % ta’ kontenut ta’ ndewwa finali, li huwa l-ekwilibriju termodinamiku tat-tagħbija b’kundizzjonijiet ta’ temperatura tal-arja ambjentali (ittestjati f’temperatura ta’ 20 ± 2 °C) u umdità relattiva (ittestjati f’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 %).

    Il-kontenut ta’ ndewwa finali jiġi kkalkolat skont l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali.

    9.   MODALITAJIET B’KONSUM TAL-ENERĠIJA BAXX

    Għandu jiġi mkejjel il-konsum tal-enerġija tal-modalità Mitfi (Po), tal-modalità Standby (Psm) u, fejn applikabbli, tal-modalità Bidu Differit (Pds). Il-valuri mkejla huma espressi f’W u mqarrba għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.

    Waqt il-kejl tal-konsum tal-enerġija fil-modalitajiet b’konsum tal-enerġija baxx, dawn li ġejjin għandhom jiġu ċċekkjati u rreġistrati:

    id-displej ta’ informazzjoni, jew in-nuqqas tiegħu;

    l-attivazzjoni ta’ konnessjoni man-netwerk, jew in-nuqqas tagħha.

    Jekk magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun tipprovdi funzjoni ta’ prevenzjoni ta’ tikmix, din l-operazzjoni għandha tiġi interrotta billi tinfetaħ il-bieba tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, jew permezz ta’ kwalunkwe intervent xieraq ieħor 15-il minuta qabel il-kejl tal-konsum tal-enerġija.

    10.   EMISSJONI TA’ STORBJU AKUSTIKU FL-ARJA

    L-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja tal-fażi tat-tidwir tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi għandha tiġi kkalkolata għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali, bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.


    ANNESS V

    L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

    1.   Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi

    Skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni kif stipulat fit-Tabella 5.

    Il-manwal tal-utent jew materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott għandhom jindikaw b’mod ċar il-link mal-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti bħala URL (Uniform Resource Locator) li jista’ jaqrah il-bniedem jew bħala kodiċi QR jew jagħtu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.

    Tabella 5

    Il-kontenut, l-ordni u l-format tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

    Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu:

    Indirizz tal-fornitur  (2) :

    Identifikatur tal-mudell:

    Parametri ġenerali tal-prodott:

    Parametru

    Valur

    Parametru

    Valur

    Il-kapaċità nominali (1) (kg)

    x,x

    Dimensjonijiet f’cm

    Għoli

    x

    Wisa’

    x

    Fond

    x

    EEIW  (1)

    x,x

    Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika (1)

    [A/B/C/D/E/F/G] (3)

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil (1)

    x,xx

    L-effikaċja tat-tlaħliħ (g/kg) (1)

    x,x

    Il-konsum tal-enerġija f’kWh/ċiklu, ibbażat fuq il-programm “eco 40-60”. Il-konsum tal-enerġija attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat.

    x,xxx

    Il-konsum tal-ilma f’litri/ċiklu, ibbażat fuq il-programm “eco 40-60”. Il-konsum tal-ilma proprju jiddependi minn kif jintuża l-apparat u mill-ebusija tal-ilma.

    x

    It-temperatura massima fit-tessuti ttrattati (1) (°C)

    Il-kapaċità nominali

    x

    Il-kontenut ta’ ndewwa residwali (1) (%)

    Il-kapaċità nominali

    x

    Nofs

    x

    Nofs

    x

    Kwart

    x

    Kwart

    x

    Il-veloċità tat-tidwir (1) (rpm)

    Il-kapaċità nominali

    x

    Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir (1)

    [A/B/C/D/E/F/G] (3)

    Nofs

    x

    Kwart

    x

    Id-durata tal-programm (1) (s:min)

    Il-kapaċità nominali

    x:xx

    Tip

    [inkorporata/indipendenti]

    Nofs

    x:xx

    Kwart

    x:xx

    L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja fil-fażi tat-tidwir (1) (dB(A) re 1 pW)

    x

    Il-klassi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja (1) (fil-fażi tat-tidwir)

    [A/B/C/D] (3)

    Modalità Mitfi (W)

    x,xx

    Modalità Standby (W)

    x,xx

    Bidu differit (W) (jekk applikabbli)

    x,xx

    Standy man-Netwerk (W) (jekk applikabbli)

    x,xx

    Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-fornitur  (2):

    Dan il-prodott ġie ddisinjat biex jirrilaxxa l-joni tal-fidda waqt iċ-ċiklu tal-ħasil

    [IVA/LE]

     

    Informazzjoni addizzjonali:

    Il-link tal-Internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (1)  (2):

    2.   Magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi

    Skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni kif stipulat fit-Tabella 6.

    Il-manwal tal-utent jew materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott għandhom jindikaw b’mod ċar il-link mal-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti bħala URL (Uniform Resource Locator) li jista’ jaqrah il-bniedem jew bħala kodiċi QR jew jagħtu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.

    Tabella 6

    Il-kontenut, l-ordni u l-format tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

    Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu:

    Indirizz tal-fornitur  (6) :

    Identifikatur tal-mudell:

    Parametri ġenerali tal-prodott:

    Parametru

    Valur

    Parametru

    Valur

    Il-kapaċità nominali (kg)

    Il-kapaċità nominali (5)

    x,x

    Dimensjonijiet f’cm

    Għoli

    x

    Il-kapaċità tal-ħasil nominali (4)

    x,x

    Wisa’

    x

    Fond

    x

    L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika

    EEIW  (4)

    x,x

    Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika

    EEIW  (4)

    [A/B/C/D/E/F/G] (7)

    EEIWD  (5)

    x,x

    EEIWD  (5)

    [A/B/C/D/E/F/G] (7)

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil

    IW  (4)

    x,xx

    L-effikaċja tat-tlaħliħ (g/kg ta’ tessuti niexfa)

    IR  (4)

    x,x

    JW  (5)

    x,xx

    JR  (5)

    x,x

    Il-konsum tal-enerġija f’kWh/kg/ċiklu, għaċ-ċiklu tal-ħasil tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika, bl-użu tal-programm “eco 40-60” b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-enerġija attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat

    x,xxx

    Il-konsum tal-enerġija f’kWh/kg/ċiklu, għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-enerġija attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat

    x,xxx

    Il-konsum tal-ilma f’litri/ċiklu, għall-programm “eco 40-60” b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-ilma attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat u mill-ebusija tal-ilma

    x

    Il-konsum tal-ilma f’litri/ċiklu, għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’kombinament ta’ tagħbija sħiħa u tagħbija parzjali. Il-konsum tal-ilma attwali jiddependi minn kif jintuża l-apparat u mill-ebusija tal-ilma

    x

    It-temperatura massima fit-tessuti ttrattati (°C) (4)

    Il-kapaċità tal-ħasil nominali

    x

    Il-kontenut ta’ ndewwa residwali (%) (4)

    Il-kapaċità tal-ħasil nominali

    x

    Nofs

    x

    Nofs

    x

    Kwart

    x

    Kwart

    x

    Il-veloċità tat-tidwir (rpm) (4)

    Il-kapaċità tal-ħasil nominali

    x

    Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir (4)

    [A/B/C/D/E/F/G] (7)

    Nofs

    x

    Kwart

    x

    id-durata tal-programm “eco 40-60” (s:min)

    Il-kapaċità tal-ħasil nominali

    x:xx

    id-durata taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (s:min)

    Il-kapaċità nominali

    x:xx

    Nofs

    x:xx

    Nofs

    x:xx

    Kwart

    x:xx

    L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja waqt il-fażi tat-tidwir għaċ-ċiklu tal-ħasil “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (dB(A) re 1 pW)

    x

    Il-klassi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja għall-fażi tat-tidwir għaċ-ċiklu tal-ħasil “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali

    [A/B/C/D] (7)

    Tip

    [inkorporata/indipendenti]

     

    Modalità Mitfi (W)

    x,xx

    Modalità Standby (W)

    x,xx

    Bidu differit (W) (jekk applikabbli)

    x,xx

    Standy man-Netwerk (W) (jekk applikabbli)

    x,xx

    Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-fornitur  (6):

    Dan il-prodott ġie ddisinjat biex jirrilaxxa l-joni tal-fidda waqt iċ-ċiklu tal-ħasil

    [IVA/LE]

     

    Informazzjoni addizzjonali:

    Il-link tal-Internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 9 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (5):


    (1)  għall-programm “eco 40-60”.

    (2)  il-bidliet għal dawn il-punti ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    (3)  jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.

    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ara l-paġna 285 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (4)  għall-programm “eco 40-60”

    (5)  għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif

    (6)  il-bidliet għal dawn il-punti ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    (7)  jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.


    ANNESS VI

    Dokumentazzjoni teknika

    1.   

    Għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi:

    (a)

    l-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness V;

    (b)

    l-informazzjoni kif stabbilit fit-Tabella 7; dawn il-valuri jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX;

    Tabella 7

    L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi

    PARAMETRU

    UNITÀ

    VALUR

    Il-kapaċità nominali għall-programm “eco 40-60”, f’intervalli ta’ 0,5 kg, (c)

    kg

    X,X

    Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (EW,full)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (EW,½)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (EW,1/4)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija ponderat tal-programm “eco 40-60” (EW)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija standard tal-programm “eco 40-60” (SCEW)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW)

    X,X

    Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (WW,full)

    L/ċiklu

    X,X

    Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (WW,½)

    L/ċiklu

    X,X

    Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (WW,1/4)

    L/ċiklu

    X,X

    Il-konsum tal-ilma ponderat (WW)

    L/ċiklu

    X

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (Iw)

    X,XX

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (Iw)

    X,XX

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (Iw)

    X,XX

    L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (IR)

    g/kg

    X,X

    L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (IR)

    g/kg

    X,X

    L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (IR)

    g/kg

    X,X

    Id-durata tal-programm, tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (tw)

    s:min

    X:XX

    Id-durata tal-programm, tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (tw)

    s:min

    X:XX

    Id-durata tal-programm, tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (tw)

    s:min

    X:XX

    It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fil-ħwejjeġ waqt il-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (T)

    °C

    X

    It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fil-ħwejjeġ waqt il-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (T)

    °C

    X

    It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fil-ħwejjeġ waqt il-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (T)

    °C

    X

    Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (S)

    rpm

    X

    Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (S)

    rpm

    X

    Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (S)

    rpm

    X

    Il-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità nominali (Dfull)

    %

    X

    Il-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità nominali (D1/2)

    %

    X

    Il-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità nominali (D1/4)

    %

    X

    Il-kontenut tal-indewwa residwali ponderat (D)

    %

    X

    L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja waqt il-programm “eco 40-60” (fażi tat-tidwir)

    dB(A) re 1 pW

    X

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-“modalità Mitfi” (Po)

    W

    X,XX

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-“modalità Standby” (Psm)

    W

    X,XX

    Il-“modalità Standby” tinkludi l-wiri ta’ informazzjoni?

    Iva/Le

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-“modalità Standby” (Psm) fil-kundizzjoni ta’ standby man-netwerk (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità “Bidu Differit” (Pds) (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    (c)

    fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

    (d)

    fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

    (e)

    id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness IV;

    (f)

    lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, li tinkludi l-identifikatur tal-mudell.

    2.   

    Għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi:

    (a)

    l-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness V;

    (b)

    l-informazzjoni kif stabbilit fit-Tabella 8; dawn il-valuri jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX;

    Tabella 8

    L-informazzjoni li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi

    PARAMETRU

    UNITÀ

    VALUR

    Il-kapaċità nominali għaċ-ċiklu tal-ħasil, f’intervalli ta’ 0,5 kg, (c)

    kg

    X,X

    Il-kapaċità nominali għaċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, f’intervalli ta’ 0,5 kg, (d)

    kg

    X,X

    Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (EW,full)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (EW,½)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (EW,1/4)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija ponderat tal-programm “eco 40-60” (EW)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija standard tal-programm “eco 40-60” (SCEW)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika taċ-ċiklu tal-ħasil (EEIW)

    X,X

    Il-konsum tal-enerġija taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (EWD,full)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (EWD,½)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija ponderat taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (EWD)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    Il-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (SCEWD)

    kWh/ċiklu

    X,XXX

    L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (EEIWD)

    X,X

    Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (WW,full)

    L/ċiklu

    X,X

    Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (WW,½)

    L/ċiklu

    X,X

    Il-konsum tal-ilma tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (WW,1/4)

    L/ċiklu

    X,X

    Il-konsum tal-ilma ponderat taċ-ċiklu tal-ħasil (WW)

    L/ċiklu

    X

    Il-konsum tal-ilma taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (WWD,full)

    L/ċiklu

    X,X

    Il-konsum tal-ilma taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (WWD,½)

    L/ċiklu

    X,X

    Il-konsum tal-ilma ponderat taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif (WWD)

    L/ċiklu

    X

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (Iw)

    X,XX

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (Iw)

    X,XX

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (Iw)

    X,XX

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (Jw)

    X,XX

    L-indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (Jw)

    X,XX

    L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (IR)

    g/kg

    X,X

    L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (IR)

    g/kg

    X,X

    L-effikaċja tat-tlaħliħ tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (IR)

    g/kg

    X,X

    L-effikaċja tat-tlaħliħ taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (JR)

    g/kg

    X,X

    L-effikaċja tat-tlaħliħ taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (JR)

    g/kg

    X,X

    Id-durata tal-programm, tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (tw)

    s:min

    X:XX

    Id-durata tal-programm, tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (tw)

    s:min

    X:XX

    Id-durata tal-programm, tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (tw)

    s:min

    X:XX

    Id-durata taċ-ċiklu, taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (TWD)

    s:min

    X:XX

    Id-durata taċ-ċiklu, taċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (TWD)

    s:min

    X:XX

    It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fil-ħwejjeġ waqt il-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (T)

    °C

    X

    It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fil-ħwejjeġ waqt il-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (T)

    °C

    X

    It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fil-ħwejjeġ waqt il-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (T)

    °C

    X

    It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fil-ħwejjeġ waqt iċ-ċiklu tal-ħasil matul iċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif bil-kapaċità nominali (T)

    °C

    X

    It-temperatura milħuqa għal minimu ta’ 5 minuti fil-ħwejjeġ waqt iċ-ċiklu tal-ħasil matul iċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif b’nofs il-kapaċità nominali (T)

    °C

    X

    Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (S)

    rpm

    X

    Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (S)

    rpm

    X

    Il-veloċità tat-tidwir fil-fażi tat-tidwir tal-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (S)

    rpm

    X

    Il-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” bil-kapaċità tal-ħasil nominali (Dfull)

    %

    X

    Il-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” b’nofs il-kapaċità tal-ħasil nominali (D1/2)

    %

    X

    Il-kontenut ta’ ndewwa residwali għall-programm “eco 40-60” bi kwart tal-kapaċità tal-ħasil nominali (D1/4)

    %

    X

    Kontenut ta’ ndewwa residwali ponderat wara l-ħasil (D)

    %

    X

    Kontenut ta’ ndewwa finali wara t-tnixxif

    %

    X,X

    L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja waqt il-programm “eco 40-60” (fażi tat-tidwir)

    dB(A) re 1 pW

    X

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-“modalità Mitfi” (Po)

    W

    X,XX

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-“modalità Standby” (Psm)

    W

    X,XX

    Il-“modalità Standby” tinkludi l-wiri ta’ informazzjoni?

    Iva/Le

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-“modalità Standby” (Psm) fil-kundizzjoni ta’ standby man-netwerk (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità “Bidu Differit” (Pds) (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    (c)

    fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

    (d)

    fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

    (e)

    id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness IV;

    (f)

    lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, li tinkludi l-identifikatur tal-mudell.

    3.   

    Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jew ta’ magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika tkun inkisbet permezz ta’ wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin, jew permezz tat-tnejn:

    minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jkun ġie prodott minn fornitur differenti,

    permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew ta’ estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess fornitur jew ta’ fornitur differenti,

    id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-fornituri biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ fornituri differenti.


    ANNESS VII

    Informazzjoni li għandha tingħata fir-reklami viżivi, fil-materjal promozzjonali tekniku, fil-bejgħ mill-bogħod u fit-telepromozzjoni, għajr bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet

    1.   

    Fir-reklami viżivi għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt (c) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

    2.   

    Fil-materjal promozzjonali tekniku għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u fil-punt (d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

    3.   

    Kull tip ta’ bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karta, ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jew ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, irid juri l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

    4.   

    Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Figura 1, bi:

    (a)

    għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi: vleġġa, li fiha jkollha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika b’kulur 100 % abjad, b’tipa Calibri Bold u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz;

    (b)

    għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi: vleġġa, li fiha jkollha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għaċ-ċiklu sħiħ b’kulur 100 % abjad, b’tipa Calibri Bold u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz;

    (c)

    il-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-kulur tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;

    (d)

    il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli 100 % bl-iswed; u,

    (e)

    id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura sewda ta’ 0,5 pt b’kulur 100 % iswed madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

    B’deroga, jekk ir-reklami viżivi, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkunu stampati b’kulur wieħed, il-kulur tal-vleġġa f’dawk ir-reklami viżivi, il-materjal promozzjonali jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti, jista’ jkun b’kulur wieħed.

    Figura 1

    Vleġġa lejn il-lemin/xellug ikkulurita/b’kulur wieħed, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata

    Image 27

    5.   

    Il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq it-telepromozzjoni għandu jinforma b’mod speċifiku lix-xerrej dwar il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, u li x-xerrej għandu aċċess liberu għat-tikketta u għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott minn fuq is-sit web tal-bażi tad-data dwar il-prodotti, jew billi jitlob għal kopja stampata.

    6.   

    Fis-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, għandu jkun possibbli għax-xerrej li jikseb, fuq talba, kopja stampata tat-tikketta u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.


    ANNESS VIII

    Informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet

    1.   

    It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li t-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fl-Anness IV. It-tikketta tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, f’liema każ l-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta’ dan l-Anness. Jekk tiġi applikata s-sistema ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.

    2.   

    L-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, kif indikat fil-Figura 2, għandha:

    (a)

    għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi: tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott muri fuq it-tikketta;

    (b)

    għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi: tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu sħiħ muri fuq it-tikketta;

    (c)

    tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa, b’kulur 100 % abjad, b’tipa Calibri Bold u b’daqs ta’ tipa li jkun ekwivalenti għal dak tal-prezz;

    (d)

    ikollha l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli b’kulur 100 % iswed; u,

    (e)

    ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura viżibbli b’kulur 100 % iswed madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

    Figura 2

    Vleġġa lejn il-lemin/xellug ikkulurita, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata

    Image 28

    3.   

    Fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, is-sekwenza tad-displej tat-tikketta għandha tkun kif ġej:

    (a)

    l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandhom jintwerew fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott;

    (b)

    l-immaġni għandhom iservu ta’ link mat-tikketta kif stabbilit fl-Anness III;

    (c)

    it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-immaġni bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-immaġni jew iwessa’ dik l-immaġni fuq l-iskrin tattili;

    (d)

    it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, tab ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin;

    (e)

    għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;

    (f)

    it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

    (g)

    it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera jekk it-tikketta ma tintweriex, għandu jkun il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, murija bl-istess daqs ta’ tipa bħal dak tal-prezz.

    4.   

    L-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott, magħmula disponibbli mill-fornituri skont il-punt 1(h) tal-Artikolu 3, għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandu jkun tali li l-informazzjoni tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra jew billi wieħed jirreferi għall-bażi tad-data tal-prodotti, f’liema każ il-link li tintuża għall-aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jista’ jinqara “Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk jintuża d-displej ta’ immaġni f’oħra, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.


    ANNESS IX

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness huma relatati biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott m’għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.

    Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

    Għall-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:

    1.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.

    2.

    Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:

    (a)

    il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 (il-valuri ddikjarati), u, fejn applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet; u

    (b)

    il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fl-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata, il-klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja u l-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi ddeterminata bil-valuri ddikjarati; u

    (c)

    meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkolati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9.

    3.

    Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    4.

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.

    5.

    Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9.

    6.

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    7.

    Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness IV.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 9 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 9, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.

    Tabella 9

    Tolleranzi tal-verifika

    Parametru

    Tolleranzi tal-verifika

    EW,full, EW,½, EW,1/4, EWD,full, EWD,½

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ EW,full, EW,½, EW,1/4, EWD,full u EWD,½, rispettivament, b’aktar minn 10 %.

    Il-konsum tal-enerġija ponderat (EW u EWD)

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ EW u EWD rispettivament, b’aktar minn 10 %.

    WW,full, WW,½ WW,1/4, WWD,full, WWD,½

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ WW,full, WW,½ WW,1/4, WWD,full u WWD,½, rispettivament, b’aktar minn 10 %.

    Il-konsum tal-ilma ponderat (WW u WWD)

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ WW u WWD rispettivament, b’aktar minn 10 %.

    Indiċi tal-effiċjenza tal-ħasil (IW u JW)

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun inqas mill-valur iddikjarat ta’ IW u Jw rispettivament, b’aktar minn 8 %.

    L-effikaċja tat-tlaħliħ (IR u JR)

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ IR u JR rispettivament, b’aktar minn 1,0 g/kg.

    id-durata tal-programm jew taċ-ċiklu

    Il-valur iddeterminat (*1) tad-durata tal-programm jew taċ-ċiklu ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 5 % jew b’aktar minn 10 minuti, liema minnhom ikun l-iżgħar.

    It-temperatura massima fil-ħwejjeġ (T)

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun inqas mill-valuri ddikjarati ta’ T b’aktar minn 5K u ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ T b’aktar minn 5K.

    Dfull, D½, D1/4

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ Dfull, D½ u D1/4, rispettivament, b’aktar minn 10 %.

    Kontenut ta’ ndewwa residwali wara l-ħasil (D)

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ D b’aktar minn 10 %.

    Kontenut ta’ ndewwa finali wara t-tnixxif

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla minn 3,0 %.

    Il-veloċità tad-dawrien (S)

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun inqas mill-valur iddikjarat ta’ S b’aktar minn 10 %.

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità mitfi (Po)

    Il-valur iddeterminat (*1) tal-konsum tal-enerġija elettrika, Po, ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 0,10 W.

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità standby (Psm)

    Il-valur iddeterminat (*1) għall-konsum tal-enerġija, Psm ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas.

    Il-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità Bidu Differit (Pds)

    Il-valur iddeterminat (*1) għall-konsum tal-enerġija, Pds ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas.

    Emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 2 dB re 1 pW.


    (*1)  Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.


    ANNESS X

    Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar

    Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III, li jsegwu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stipulati fl-Anness IV, għandhom japplikaw għal kwalunkwe tanbur b’kapaċità nominali ta’ 2 kg jew aktar ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar u għal kwalunkwe tanbur b’kapaċità tal-ħasil nominali ta’ 2 kg jew aktar ta’ magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar.

    Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III għandhom japplikaw għal kull wieħed mit-tnabar b’mod indipendenti, għajr meta t-tnabar ikunu inkorporati fl-istess għeluq u jkunu jistgħu, fil-programm “eco 40-60” jew fiċ-ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, joperaw simultanjament biss. F’dak il-każ, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar sħaħ jew għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar sħaħ, kif ġej:

    (a)

    il-kapaċità tal-ħasil nominali hija l-ammont totali tal-kapaċitajiet tal-ħasil nominali ta’ kull tanbur; għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar, il-kapaċità nominali hija l-ammont totali tal-kapaċitajiet nominali ta’ kull tanbur;

    (b)

    il-konsum tal-enerġija u tal-ilma tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar u taċ-ċiklu tal-ħasil tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar huwa l-ammont totali tal-konsum tal-enerġija, jew tal-konsum tal-ilma, ta’ kull tanbur;

    (c)

    il-konsum tal-enerġija u tal-ilma taċ-ċiklu sħiħ tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar huwa l-ammont totali tal-konsum tal-enerġija, jew tal-konsum tal-ilma, ta’ kull tanbur;

    (d)

    l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIW) jiġi kkalkolat bl-użu tal-kapaċità tal-ħasil nominali u tal-konsum tal-enerġija; għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar, l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEIWD) jiġi kkalkolat bl-użu tal-kapaċità nominali u tal-konsum tal-enerġija;

    (e)

    id-durata hija d-durata tal-itwal programm “eco 40-60”, jew tal-itwal ċiklu tal-ħasil u tat-tnixxif, li jitħaddem f’kull tanbur;

    (f)

    il-kontenut ta’ ndewwa residwali wara l-ħasil jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata, skont il-kapaċità nominali ta’ kull tanbur;

    (g)

    għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’diversi tnabar, il-kontenut ta’ ndewwa finali wara t-tnixxif jiġi mkejjel individwalment għal kull tanbur;

    (h)

    il-kejl ta’ modalitajiet b’konsum tal-enerġija baxx, tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja u tal-klassi tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja huwa applikabbli għall-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika sħiħa.

    L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għandhom jinkludu u jippreżentaw b’mod konġunt l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness V u l-Anness VI rispettivament, għat-tnabar kollha li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-anness.

    Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi VII u VIII japplikaw għal kull wieħed mit-tnabar li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-anness.

    Il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IX tapplika għall-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar sħiħa u għall-magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestika b’diversi tnabar sħiħa, u t-tolleranzi tal-verifika japplikaw għal kull wieħed mill-parametri ddeterminati bl-applikazzjoni ta’ dan l-anness.


    Top