Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1984

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1984 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabilixxi l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882

    C/2019/8751

    ĠU L 308, 29.11.2019, p. 84–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1984/oj

    29.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 308/84


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1984

    tat-28 ta’ Novembru 2019

    li jistabilixxi l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1882 (3) fetaħ proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa.

    (2)

    Abbażi tal-offerti li waslu matul il-perjodu ta’ sottomissjoni għas-subperjodu li jintemm fis-26 ta’ Novembru 2019, il-kwantità kumplessiva massima li trid tiġi maħżuna, il-kostijiet stmati tal-ħżin u informazzjoni oħra rilevanti dwar is-suq, huwa xieraq li jiġi ffissat l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin ta’ 3650 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa għal perjodu ta’ 180 jum sabiex tittaffa s-sitwazzjoni diffiċli tas-suq.

    (3)

    Sabiex tiġi ggarantita l-ġestjoni effikaċi tal-miżura, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-offerti sottomessi fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1882 matul is-subperjodu li jintemm fis-26 ta’ Novembru 2019, l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun:

    (a)

    EUR 0,00 għal kull tunnellata kull ġurnata ta’ żejt taż-żebbuġ extra verġni;

    (b)

    EUR 0,83 għal kull tunnellata kull ġurnata ta’ żejt taż-żebbuġ verġni;

    (c)

    EUR 0,83 għal kull tunnellata kull ġurnata ta’ żejt taż-żebbuġ lampante.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali

    Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

    (2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1882 tat-8 ta’ Novembru 2019 (ĠU L 290, 11.11.2019, p. 12).


    Top