This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1943
Council Implementing Regulation (EU) 2019/1943 of 25 November 2019 implementing Regulation (EU) 2016/1686 imposing additional restrictive measures directed against ISIL (Da’esh) and Al-Qaeda and natural and legal persons, entities or bodies associated with them
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1943 tal-25 ta’ Novembru 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1943 tal-25 ta’ Novembru 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
ST/13672/2019/INIT
ĠU L 303I, 25.11.2019, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 303/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1943
tal-25 ta’ Novembru 2019
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ Settembru 2016 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686. |
(2) |
Fid-dawl tat-theddida kontinwa ta’ ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
L-entrata li ġejja tiżdied mal-lista stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686:
“5. |
Guillaume PIROTTE; data tat-twelid: 7 ta’ Ġunju 1994; post tat-twelid: Grasse (Franza); nazzjonalità: Franċiża”. |