Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1935

Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1935 tat-13 ta’ Mejju 2019 li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jadattaw l-ammonti bażi tal-euro għal assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali u għall-kapaċità finanzjarja tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/3448

ĠU L 301, 22.11.2019, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 22/11/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1935/oj

22.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1935

tat-13 ta’ Mejju 2019

li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jadattaw l-ammonti bażi tal-euro għal assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali u għall-kapaċità finanzjarja tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) hija meħtieġa li tirrevedi regolarment l-ammonti bażi għal assigurazzjoni ta’ indemnità professjonali u kapaċità finanzjarja ta’ intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni biex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi Ewropew ta’ prezzijiet tal-konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat. Matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur prodott għall-Unjoni mill-Eurostat żdied bi 4,03 %. B’riżultat ta’ dan, l-ammonti bażi msemmija hawn fuq għandhom jiġu adattati b’dik iż-żieda perċentwali.

(2)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2016/97 tiġi emendata skont dan.

(3)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw l-ammonti bażi rilevanti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom u biex l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-EIOPA lill-Kummissjoni.

(5)

L-EIOPA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp ta’ Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva (UE) 2016/97

L-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/97 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

L-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jkollhom assigurazzjoni ta’ indemnità professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-Unjoni jew xi garanzija oħra komparabbli kontra responsabbiltà li tirriżulta minn negliġenza professjonali, tal-anqas għal EUR 1 300 380 applikabbli għal kull pretensjoni u aggregat ta’ EUR 1 924 560 fis-sena għall-pretensjonijiet kollha, sakemm dik l-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli tkun diġà provduta minn impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew impriża oħra li għan-nom tagħha l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollu s-setgħa li jaġixxi jew dik l-impriża tkun assumiet ir-responsabbiltà sħiħa għall-azzjonijiet tal-intermedjarju.”;

(2)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

rekwiżit li l-intermedjarju jkollu kapaċità finanzjarja li tammonta, fuq bażi permanenti, għal 4 % tas-somma tal-primjums annwali li jirċievi, soġġett għal minimu ta’ EUR 19 510;”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


Top