Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1872

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1872 tas-7 ta’ Novembru 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 rigward l-entrata għall-Ġappun fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti fl-Unjoni jew jgħaddu bi tranżitu minnha (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/7881

ĠU L 289, 8.11.2019, p. 47–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1872/oj

8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/47


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1872

tas-7 ta’ Novembru 2019

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 rigward l-entrata għall-Ġappun fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti fl-Unjoni jew jgħaddu bi tranżitu minnha

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan ir-Regolament jipprevedi li tista’ ssir importazzjoni tal-prodotti jew li dawn jgħaddu mill-Unjoni bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni u mill-kumpartimenti li hemm imniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (l-HPAI).

(3)

Il-Ġappun huwa elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li huwa awtorizzat li jibgħat, mit-territorju kollu tiegħu, il-bajd u l-prodotti tal-bajd għall-importazzjoni fl-Unjoni u għat tranżitu minnha.

(4)

Il-Ġappun talab li jingħata l-awtorizzazzjoni biex jibgħat il-laħam tat-tjur għall-importazzjoni fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha, u ressaq l-informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni wettqet awditu fil-Ġappun biex tevalwa l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali fis-seħħ għal-laħam tat-tjur maħsub għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Dan kellu eżitu favorevoli. Iżda billi f’Jannar tal-2018 kien hemm tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N6 dan il-pajjiż ma setax jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 biex jitqies bħala ħieles minn dik il-marda, u għaldaqstant ma kienx awtorizzat għal dak il-prodott.

(5)

Issa li għaddew 12-il xahar minn meta kien hemm l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, il-pajjiż jista’ jitqies li hu ħieles minn dik il-marda, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. Għaldaqstant, abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, jixraq li tiġi emendata l-entrata għall-Ġappun fit-tabella li tinsab fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 biex dak il-pajjiż terz jiġi awtorizzat jibgħat il-laħam tat-tjur għall-importazzjoni fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


ANNESS

L-entrata għall-Ġappun fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, hija sostitwita b’dan li ġej:

Il-kodiċi ISO u l-isem tal-pajjiż terz jew tat-territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-Salmonella(6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq(1)

Data tal-ftuħ(2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“JP — il-Ġappun

JP-0

Il-pajjiż kollu

EP, E”

 

 

 

 

 

 

 

POU”

 

 

 

 

 

 

 


Top