This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1868
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/1868 of 28 August 2019 amending Regulation (EU) No 1031/2010 to align the auctioning of allowances with the EU ETS rules for the period 2021 to 2030 and with the classification of allowances as financial instruments pursuant to Directive 2014/65/EU of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1868 tat-28 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 sabiex jallinja l-irkantar ta’ kwoti mar-regoli tal-EU ETS għall-perjodu mill-2021 sal-2030 u mal-klassifikazzjoni tal-kwoti bħala strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1868 tat-28 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 sabiex jallinja l-irkantar ta’ kwoti mar-regoli tal-EU ETS għall-perjodu mill-2021 sal-2030 u mal-klassifikazzjoni tal-kwoti bħala strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/6182
ĠU L 289, 8.11.2019, p. 9–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2830
8.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/9 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1868
tat-28 ta’ Awwissu 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 sabiex jallinja l-irkantar ta’ kwoti mar-regoli tal-EU ETS għall-perjodu mill-2021 sal-2030 u mal-klassifikazzjoni tal-kwoti bħala strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3d(3), 10(4) u 10a(8) tagħha,
Billi:
(1) |
Mill-2012, il-kwoti tal-emissjonijiet bdew jiġu rkantati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (2). L-irkantar tal-kwoti jsir permezz ta’ pjattaforma ta’ rkantar komuni għal 25 Stat Membru u għal tliet stati tal-EFTA fiż-ŻEE u minn numru żgħar ta’ pjattaformi ta’ esklużjoni. |
(2) |
Id-Direttiva 2003/87/KE ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) sabiex jissaħħu t-tnaqqisiet kosteffettivi tal-emissjonijiet u l-investimenti b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju permezz tal-iskema għan-negozjar tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fi ħdan l-Unjoni (“EU ETS”) mill-2021. L-irkantar tal-kwoti baqa’ r-regola ġenerali għall-allokazzjoni tal-kwoti li bih is-sehem ta’ kwoti li jridu jiġu rkantati jenħtieġ li jkun ta’ 57 % mill-kwantità totali ta’ kwoti. |
(3) |
Xieraq li jiġu inkorporati l-elementi l-ġodda introdotti mid-Direttiva (UE) 2018/410 relatati mad-determinazzjoni tal-volum annwali tal-irkantijiet fir-Regolament (UE) Nru 1031/2010. B’mod partikolari, huwa neċessarju li titqies il-possibbiltà li l-volum tal-irkantijiet jitnaqqas b’sa 3 % mill-kwantità totali ta’ kwoti sabiex jiżdied l-ammont disponibbli għall-allokazzjoni bla ħlas (bafer ta’ allokazzjoni bla ħlas). Barra minn hekk, id-Direttiva riveduta 2003/87/KE tippermetti li jsiru bidliet fil-volumi tal-irkantijiet annwali minħabba: il-kanċellazzjoni volontarja tal-kwoti mill-Istati Membri f’każ ta’ għeluq tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku; l-introduzzjoni mill-ġdid fl-EU ETS ta’ installazzjonijiet li jeħilsu anqas minn 2 500 tunnellata diossidu tal-karbonju; u l-flessibbiltà stabbilita bejn is-setturi tal-ETS u mhux tal-ETS għall-iffaċilitar tal-kisba tal-miri ta’ tnaqqis nazzjonali tal-Istati Membri f’setturi mhux tal-ETS kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(4) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tistabbilixxi l-Fond ta’ Modernizzazzjoni sabiex titjieb l-effiċjenza enerġetika u jiġu mmodernizzati s-sistemi tal-enerġija ta’ ċerti Stati Membri u l-Fond ta’ Innovazzjoni sabiex jappoġġja l-investimenti f’teknoloġiji innovattivi. Iż-żewġ fondi huma ffinanzjati bl-irkantar tal-kwoti fuq il-pjattaforma ta’ rkantijiet komuni mill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-“BEI”). Għal dan l-għan, il-BEI jenħtieġ li jsir l-irkantatur għaż-żewġ fondi mingħajr ma jsir parti mill-proċedura ta’ akkwist konġunt għall-pjattaforma komuni tal-irkant. Il-volumi rilevanti ta’ kwoti jenħtieġ li jiġu rkantati fl-istess irkantijiet bħall-volumi rkantati mill-Istati Membri u mill-istati tal-EFTA taż-ŻEE li jieħdu sehem fil-pjattaforma komuni tal-irkant. |
(5) |
Fid-dawl tal-istabbiliment tal-Fond ta’ Modernizzazzjoni, id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi li 2 % tal-kwantità totali ta’ kwoti jridu jiġu rkantati u, barra minn hekk, l-Istati Membri eliġibbli jistgħu jżidu kwoti ma’ dan il-fond skont l-Artikoli 10(2)(b) u 10(c) tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-BEI huwa meħtieġ jiżgura li dawk il-kwoti jiġu rkantati skont il-prinċipji u l-modalitajiet tal-proċess ta’ rkantar, fejn it-tqassim ugwali tal-volumi tal-irkant huwa element kruċjali. |
(6) |
Sabiex jiżguraw id-disponibbiltà tal-fondi għall-innovazzjoni f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u l-funzjonament xieraq tas-suq tal-karbonju, jenħtieġ li l-volumi tal-Fond ta’ Innovazzjoni fil-prinċipju jiġu rkantati f’volumi annwali indaqs. Madankollu, il-Kummissjoni kull sentejn jenħtieġ li tirrieżamina t-tqassim tal-kwoti li jridu jiġu rkantati għall-Fond ta’ Innovazzjoni filwaqt li tqis ir-riżultati ta’ kull sejħa għal proposti. L-ewwel rieżami jenħtieġ li jsir mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022. |
(7) |
Bl-għan li Stat Membru jkun jista’ jikkanċella kwoti mill-volumi tal-irkant tiegħu f’każ ta’ għeluq ta’ kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-territorju tiegħu, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta’ notifika. L-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jikkanċella l-kwoti billi juża mudell uniformi li jipprovdi evidenza u informazzjoni dwar l-installazzjoni magħluqa, il-volum fil-mira u t-twaqqit tal-kanċellazzjoni. Sabiex jiġi ppreservat il-funzjonament tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq (l-“MSR”) stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-volum tal-kanċellazzjoni jenħtieġ li jitnaqqas mill-volumi tal-irkant tal-Istat Membru biss wara li jsiru l-aġġustamenti fl-MSR għas-sena rispettiva. Sabiex tiżgura t-trasparenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont il-mudell, ħlief meta din l-informazzjoni tkun protetta għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. |
(8) |
Sabiex tissaħħaħ l-integrità tas-suq tal-karbonju, mill-2018 il-kwoti bdew jiġu kklassifikati bħala strumenti finanzjarji mid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Qabel, id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) kienet tirrikonoxxi d-derivattivi ta’ kwoti biss bħala strumenti finanzjarji. Il-klassifikazzjoni l-ġdida ddaħħal in-negozju spot tas-suq sekondarju fil-kwoti fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni, fost l-oħrajn, tad-Direttiva 2014/65/UE, tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Madankollu, il-proċess ta’ rkantar tal-kwoti (is-suq primarju) jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 biss. |
(9) |
Sabiex l-irkantar tal-kwoti jiġi allinjat mar-reġim regolatorju tas-suq finanzjarju l-ġdid, is-sistema stabbilita għall-monitoraġġ u għar-rapportar tal-irkantijiet jenħtieġ li tiġi riveduta. Minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 ġie estiż u japplika wkoll għall-irkantar tal-kwoti, il-funzjonijiet tal-monitoraġġ u tal-prevenzjoni tal-abbuż mis-suq fir-rigward tal-irkantijiet huma responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma meħtieġa bir-Regolament (UE) Nru 596/2014 sabiex jindividwaw u jinvestigaw b’mod attiv l-okkorrenzi ta’ abbuż mis-suq. Il-funzjonijiet neċessarji ta’ monitoraġġ tal-irkantijiet jenħtieġ li jitwettqu mill-pjattaformi tal-irkant, mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu obbligu li jinħatar sorveljatur tal-irkant jenħtieġ li jitħassru. Barra minn hekk, peress li r-Regolament (UE) Nru 596/2014 japplika b’mod dirett għall-irkantijiet, id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-abbuż mis-suq tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 m’għadhomx utli u jenħtieġ li jitħassru. |
(10) |
Sabiex tiġi pprovduta d-data neċessarja tar-rapportar lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tal-abbuż is-suq b’mod kosteffiċjenti u proporzjonat, ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 jenħtieġ li jirrifletti l-obbligi neċessarji ta’ rapportar tat-tranżazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u jagħmilhom applikabbli għall-pjattaformi tal-irkant fir-rigward tar-rapportar dwar it-tranżazzjonijiet tal-irkant. Dan huwa neċessarju peress li r-Regolament (UE) Nru 596/2014 li issa huwa applikabbli għall-irkantijiet, ma jistabbilixxix mekkaniżmu awtonomu ta’ rapportar tat-tranżazzjonijiet, iżda jiddependi mill-ġbir ta’ data skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
(11) |
Huwa essenzjali li jiġi żgurat proċess tal-akkwist kompetittiv għall-pjattaformi tal-irkant u li l-kriterji rilevanti jkunu stabbiliti kif xieraq. B’rabta mat-tariffi li jridu jitħallsu mill-offerenti li jirnexxu, jenħtieġ li jkun possibbli li jiżdied il-livell massimu kurrenti ta’ tariffi b’mod limitat fejn dan ikun previst mill-proċedura tal-akkwist u l-volumi tal-irkant annwali jitnaqqsu b’aktar minn 200 miljun kwota minħabba l-operazzjoni tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq. |
(12) |
L-akkwist pubbliku għall-pjattaforma komuni tal-irkant jista’ jipprovdi għall-espansjoni tal-kriterji tal-għażla anki għal swieq regolati fi prodotti tal-enerġija li għadhom ma stabbilixxewx suq sekondarju fil-kwoti ta’ emissjonijiet. F’każ li suq regolat bħal dan jintgħażel sabiex isir pjattaforma tal-irkant, jenħtieġ li dan ikun meħtieġ li tal-anqas jagħmel 60 jum ta’ negozjar qabel l-ewwel irkant. Dan huwa neċessarju sabiex jiġi stabbilit il-prezz tas-suq sekondarju fiż-żmien tal-irkant (il-“prezz ta’ riżerva”) għall-każijiet ta’ kanċellazzjoni tal-irkantijiet, u t-tariffi tal-offerent, li huma marbuta mat-tariffa komparabbli mħallsa fis-suq sekondarju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jkunu jistgħu jestendu d-durata massima kurrenti ta’ ħames snin tal-kuntratti għal seba’ snin skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (“ir-Regolament Finanzjarju”) f’ċirkustanzi li jkunu diffiċilment prevedibbli minn awtorità kontraenti diliġenti. Sabiex tivverifika l-kundizzjonijiet tas-suq u tħejji l-akkwisti l-ġodda matul id-durata tal-kuntratt, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ twettaq konsultazzjoni preliminari tas-suq skont ir-Regolament Finanzjarju. |
(13) |
Sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess tal-irkant, l-issettjar tal-volumi annwali tal-irkant jenħtieġ li jsiru aktar flessibbli f’każ li jkun hemm bżonn ta’ bidliet sa 50 000 kwota. Jenħtieġ li kwalunkwe bidla anqas minn dak il-limitu ma twassalx għal bidla fil-volum tal-irkant tas-sena ta’ wara, sakemm Stat Membru ma jitlobx dan b’mod espliċitu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proċedura għad-determinazzjoni u għall-pubblikazzjoni tal-kalendarji tal-irkant tiġi ssimplifikata fis-sens li l-Kummissjoni ma tibqax tipprovdi opinjoni dwarha. Madankollu, il-kalendarju tal-irkant jenħtieġ li jiġi ppubblikat wara li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni interna dwar it-tabella tal-irkant li tikkorrispondi għall-kalendarju tal-irkant taħt l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(14) |
Sabiex tiġi ssimplifikata l-ħatra mill-ġdid tal-pjattaformi ta’ esklużjoni, jenħtieġ li emenda fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 tkun meħtieġa biss għall-elenkar ta’ entitajiet ġodda bħala pjattaformi ta’ esklużjoni, jew għall-elenkar mill-ġdid taħt kundizzjonijiet mibdula. B’hekk, f’każ li l-istess pjattaforma ta’ esklużjoni tinħatar mill-Istat Membru tagħha taħt l-istess kundizzjonijiet, l-elenkar tagħha jenħtieġ li jiġi estiż bl-istess patti u kundizzjonijiet bħall-elenkar inizjali mingħajr emenda għall-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1031/2010. Jenħtieġ li dan ikun soġġett għal konferma mill-Istat Membru u mill-Kummissjoni li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-objettivi tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE huma ssodisfati. |
(15) |
Sabiex tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ volumi kkanċellati f’każ li jiġu kkanċellati diversi rkanti, jenħtieġ li jsir possibbli li l-volumi kkanċellati jitqassmu b’mod indaqs fl-irkantijiet li jmiss li ma jinkludux volumi kkanċellati minn irkantijiet ikkanċellati qabel. |
(16) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità”. |
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 7 u 8 huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin: “7. Qabel ma jinbeda rkant, il-pjattaforma tal-irkant għandha tiddetermina l-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, wara li tikkonsulta lill-awtorità kontraenti rilevanti skont l-Artikolu 26(1) jew l-Artikolu 30(5), u tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 56. Bejn żewġ perjodi għall-offerti fuq l-istess pjattaforma tal-irkant, il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata tista’ timmodifika l-metodoloġija. Għandha tinnotifika lill-awtorità kontraenti rilevanti skont l-Artikolu 26(1) jew l-Artikolu 30(5) u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 56 mingħajr dewmien. Il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata għandha tqis sewwa ħafna l-opinjoni tal-awtorità kontraenti rilevanti, fejn din tkun mogħtija. 8. Meta jiġi kkanċellat irkant tal-kwoti kopert mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE, il-volum tiegħu għandu jitqassam b’mod indaqs fuq l-erba’ rkantijiet li jmiss skedati fuq l-istess pjattaforma tal-irkant. Meta l-volum tal-Istati Membri minn irkantijiet ikkanċellati ma jkunx jista’ jitqassam b’mod indaqs skont l-ewwel sentenza, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirkanta dawk il-kwoti fuq anqas minn erba’ darbiet f’volumi skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament. Meta jiġi kkanċellat irkant tal-kwoti kopert mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE, il-volum tiegħu għandu jitqassam b’mod indaqs fuq iż-żewġ irkantijiet li jmiss skedati fuq l-istess pjattaforma tal-irkant. Meta l-volum tal-Istati Membri minn irkantijiet ikkanċellati ma jkunx jista’ jitqassam b’mod indaqs skont is-sentenza preċedenti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirkanta dawn il-kwoti fl-ewwel irkant li jmiss f’volumi skont l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament. Meta jiġi kkanċellat irkant li diġà jinkludi volumi minn irkant ikkanċellat preċedentement, il-volum tiegħu għandu jitqassam skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi mill-ewwel irkant li ma jkunx soġġett għal aġġustamenti oħra minħabba l-kanċellazzjonijiet preċedenti.”. |
(5) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 3 sa 6 huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin: “3. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, kull pjattaforma tal-irkant tista’, wara li tikkonsulta mal-Kummissjoni, tibdel il-ħinijiet ta’ kwalunkwe perjodu għall-offerti, billi tavża lill-persuni kollha li x’aktarx jintlaqtu. Il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata għandha tqis sewwa ħafna l-opinjoni tal-Kummissjoni, fejn din tkun mogħtija. 4. Mis-sitt irkant jew qabel, il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tmexxi rkantijiet ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE mill-anqas fuq bażi ta’ darba fil-ġimgħa, u rkantijiet ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE mill-anqas fuq bażi ta’ darba kull xahrejn. L-ebda pjattaforma tal-irkant oħra ma għandha tikkonduċi rkant fi kwalunkwe minn massimu ta’ jumejn fil-ġimgħa li pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) tkun qed tikkonduċi rkant. Fil-każ li l-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) tikkonduċi rkantijiet f’aktar minn jumejn fil-ġimgħa, din għandha tiddetermina u tippubblika f’liema jumejn ma jista’ jseħħ l-ebda rkant ieħor. Għandha tagħmel dan mhux aktar tard minn meta tagħmel id-determinazzjoni u l-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11. 5. Il-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li għandu jiġi rkantat mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament għandu jitqassam b’mod ugwali bejn l-irkantijiet li jsiru f’sena partikolari, ħlief li volumi rkantati f’Awwissu ta’ kull sena għandhom ikunu n-nofs tal-volum irkantat f’irkantijiet li jsiru f’xhur oħra tas-sena. Il-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE li għandu jiġi rkantat mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament fil-prinċipju għandu jitqassam b’mod ugwali bejn l-irkantijiet li jsiru f’sena partikolari, ħlief li volumi rkantati f’Awwissu ta’ kull sena għandhom ikunu n-nofs tal-volum irkantat f’irkantijiet li jsiru f’xhur oħra tas-sena. Meta l-volum annwali tal-irkant ta’ kwoti ta’ Stat Membru ma jkunux jistgħu jitqassam b’mod ugwali fuq l-irkantijiet f’sena partikolari f’lottijiet ta’ 500 kwota skont l-Artikolu 6(1), il-pjattaforma tal-irkant rilevanti għandha tqassam dak il-volum fuq anqas dati tal-irkant, filwaqt li tiżgura li l-volum mill-anqas ikun irkantat fuq bażi trimestrali. 6. Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-għażla taż-żmien u l-frekwenza tal-irkantijiet immexxija minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant ħlief il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) huma stabbiliti fl-Artikolu 32.”. |
(6) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafi 1 sa 4 huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin: “1. Il-volum ta’ kwoti kopert mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat fi kwalunkwe sena partikolari mill-2019 ’il quddiem għandu jkun il-kwantità ta’ kwoti stabbilita skont l-Artikoli 10(1) u 10(1a) ta’ dik id-Direttiva. 2. Il-volum ta’ kwoti kopert mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat fi kwalunkwe sena partikolari minn kull Stat Membru għandu jkun ibbażat fuq il-volum ta’ kwoti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u s-sehem ta’ kwoti ta’ dak l-Istat Membru ddeterminat skont l-Artikolu 10(2) ta’ dik id-Direttiva. 3. Il-volum ta’ kwoti kopert mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat fi kwalunkwe sena partikolari minn kull Stat Membru skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jqis l-Artikolu 10a(5a) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-bidliet li jridu jsiru skont l-Artikoli 1(5) u (8) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), il-bidliet skont l-Artikoli 10c, 12(4), 24, 27 u 27a tad-Direttiva 2003/87/KE, u skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**). 4. Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, kwalunkwe bidla li jkun hemm wara fil-volum tal-kwoti li jkollu jkun irkantat f’sena kalendarja partikolari għandha titqies fil-volum tal-kwoti li jkollu jkun irkantat fis-sena kalendarja ta’ wara. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari meta l-valur annwali kumulattiv tat-tali bidliet ma jaqbiżx il-50 000 kwota għal Stat Membru partikolari, dawn il-bidliet jistgħu jingħaddu fil-volum ta’ kwoti li jrid jiġi rkantat fis-snin kalendarji sussegwenti, sakemm Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April 2020 li dan il-limitu m’għandux japplika għalih għall-perjodu li jibda mill-2021. Kwalunwke volum ta’ kwoti li ma jistax jiġi rkantat f’sena kalendarja partikolari minħabba l-arrotondament meħtieġ mill-Artikolu 6(1) għandu jingħadd fil-volum ta’ kwoti li jrid jiġi rkantat fis-sena kalendarja sussegwenti. (*) Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1)." (**) Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).”." |
(8) |
L-Artikolu 11 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11 Kalendarju għal irkantijiet individwali ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE rkantati mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament Il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiddeterminaw il-kalendarju tal-irkant, inklużi l-perjodi għall-offerti, il-volumi individwali, id-dati tal-irkant kif ukoll il-prodott irkantat, id-dati tal-ħlas u tal-konsenja tal-kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jridu jiġu rkantati fi rkantijiet individwali kull sena kalendarja wara li jkunu kkonsultaw lill-Kummissjoni. Il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom jippubblikaw il-kalendarju tal-irkant sal-15 ta’ Lulju tas-sena ta’ qabel jew mill-aktar fis prattikabbli wara din id-data, dment li l-Kummissjoni tkun ordnat lill-amministratur ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (l-“EUTL”) sabiex idaħħal it-tabella tal-irkant li tikkorrispondi għall-kalendarju tal-irkant fl-EUTL skont l-atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.”. |
(9) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
L-Artikolu 15 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Persuni li jistgħu jissottomettu offerti direttament f’irkant Hija biss persuna li tkun eliġibbli sabiex tapplika għal ammissjoni għal offerta skont l-Artikolu 18 u tkun ammessa għall-offerti skont l-Artikoli 19 u 20 li tista’ tissottometti offerti direttament fi rkant.”. |
(13) |
fl-Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Barra minn hekk, pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew 30(1) tista’ toffri lill-offerenti l-alternattiva ta’ aċċess għall-irkantijiet tagħha permezz ta’ konnessjonijiet dedikati għall-interfaċċja elettronika.”. |
(14) |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
Fl-Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: “F’każ bħal dan il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata għandha tirrapporta lill-unità tal-intelliġenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2015/849 (“UIF”) skont l-Artikolu 55(2) ta’ dan ir-Regolament.”. |
(17) |
Fl-Artikolu 22, il-paragrafi 3 u 4 huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin: “3. Għall-Istati Membri li ma jkunux qed jipparteċipaw f’azzjonijiet konġunti kif previst fl-Artikolu 26(1), l-irkantatur għandu jinħatar mill-Istat Membru li qed jaħtru, biex jiġu konklużi u implimentati l-arranġamenti meħtieġa ma’ dawn il-pjattaformi tal-irkantijiet maħtura skont l-Artikolu 26(1), inkluż kull sistema tal-ikklirjar u sistema tas-saldu konnessa magħhom, biex jippermetti lill-irkantatur jirkanta l-kwoti f’isem l-Istat Membru li qed jaħtru fil-pjattaformi tal-irkantar skont termini u kundizzjonijiet miftiehma reċiprokament, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(7) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(8). 4. L-Istati Membri ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni privileġġata ma’ persuni li jaħdmu mal-irkantatur sakemm il-persuna li tkun qed taħdem għall-Istat Membru jew taġixxi f’ismu ma tagħtix din l-informazzjoni fuq bażi ta’ ħtieġa għall-informazzjoni, b’mod normali waqt l-eżerċizzju tax-xogħol, tal-professjoni jew tal-kompiti tagħhom normali ta’ kuljum, u l-Istat Membru kkonċernat ikun sodisfatt li l-irkantatur ikollu stabbiliti l-miżuri xierqa biex jevita l-abbuż minn informazzjoni privileġġata, jew id-divulgazzjoni illegali ta’ informazzjoni privileġġata minn kull persuna li taħdem ma’ rkantatur, minbarra l-miżuri previsti fl-Artikoli 18(8) u 19(10) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.”. |
(18) |
Jitħassar it-titolu tal-Kapitolu VI. |
(19) |
L-Artikoli 24 u 25 huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin: “Artikolu 24 Irkantar ta’ kwoti għall-Fond ta’ Innovazzjoni u għall-Fond ta’ Modernizzazzjoni 1. Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jkun l-irkantatur għall-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-2021 skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10a(8) u l-Artikolu 10d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE fuq il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament. L-Artikoli 22(2), 22(4), 23(1) u 52(1) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-BEI. Bħala rkantatur, il-BEI għandu jiżgura li l-qligħ mill-irkant, għall-iskopijiet tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE, jiġi żbursat f’kont notifikat lilu mill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn 15-il jum wara tmiem ix-xahar li fih il-qligħ mill-irkant ikun ġie ġġenerat. Qabel l-iżborż, il-BEI jista jnaqqas kwalunkwe spejjeż addizzjonali għaż-żamma u l-iżborż tal-qligħ, f’konformità mal-ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni u l-BEI, skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 (*). 2. Il-volumi annwali ta’ kwoti tal-irkant skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu rkantati flimkien mal-volumi annwali li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-azzjoni konġunta skont l-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament u għandhom jitqassmu b’mod ugwali skont l-Artikolu 8(5) ta’ dan ir-Regolament. 3. Fil-prinċipju, il-volumi ta’ kwoti skont l-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu rkantati f’volumi annwali ugwali matul il-perjodu ta’ għaxar snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina t-tqassim tal-kwoti li jkunu għadhom iridu jiġu rkantati wara d-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni ta’ kull sejħa għal proposti mwettqa skont l-atti delegati adottati skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE. Rieżamijiet bħal dawn għandhom isiru kull sentejn, bl-ewwel rieżami li ma jseħħx wara t-30 ta’ Ġunju 2022. Kull rieżami għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-appoġġ disponibbli għal sejħiet futuri għal proposti, għall-ammont massimu tal-appoġġ mill-Fond ta’ Innovazzjoni disponibbli għall-assistenza fl-iżvilupp tal-proġetti, għall-parti tal-ammont totali tal-appoġġ mill-Fond ta’ Innovazzjoni disponibbli għas-sejħa għal proġetti fuq skala żgħira riżervat mill-Kummissjoni, għall-appoġġ previst għall-proġetti aġġudikati kif ukoll għall-iżborż u għar-rata ta’ rkupru. Artikolu 25 Proċedura għall-kanċellazzjoni ta’ kwoti skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE 1. Kwalunkwe Stat Membru li biħsiebu jħassar kwoti mill-kwantità totali ta’ kwoti tiegħu li jridu jiġu rkantati f’każ ta’ għeluq tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku fit-territorju tiegħu skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja wara s-sena tal-għeluq billi juża l-mudell ipprovdut fl-Anness I għal dan ir-Regolament. 2. Il-volum ta’ kwoti li jrid jiġi kkanċellat skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jitnaqqas mill-volum li jrid jiġi rkantat mill-Istat Membru kkonċernat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament wara kwalunkwe aġġustament skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Anness I ħlief għar-rapporti msemmija fil-punt 6 ta’ dak l-Anness. (*) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni (ĠU L 140, 28.5.2019, p. 6).”." |
(20) |
L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
Jitħassar l-Artikolu 28. |
(23) |
L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
(24) |
L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
|
(25) |
L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
(26) |
L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
(27) |
Jitħassar l-Artikolu 33. |
(28) |
L-intestatura tal-Kapitolu IX hija ssostitwita b’din li ġejja: “REKWIŻITI TA’ ĦATRA APPLIKABBLI GĦALL-IRKANTATUR U KWALUNKWE PJATTAFORMA TAL-IRKANT”. |
(29) |
L-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:
|
(30) |
L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:
|
(31) |
It-titolu tal-Kapitolu X huwa ssostitwit b’dan li ġej: “IR-RAPPORTAR DWAR IT-TRANŻAZZJONIJIET”. |
(32) |
L-Artikolu 36 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 36 Obbligu ta’ rapportar tat-tranżazzjonijiet 1. Il-pjattaforma tal-irkant għandha tirrapporta mal-awtorità nazzjonali kompetenti maħtura skont l-Artikolu 67(1) tad-Direttiva 2014/65/UE id-dettalji kompluti u preċiżi ta’ kull tranżazzjoni eżegwita fuq il-pjattaforma tal-irkant li tirriżulta fit-trasferiment ta’ kwoti ta’ emissjonijiet lill-offerenti rebbieħa. 2. Ir-rapporti dwar it-tranżazzjonijiet skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu sottomessi mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mill-għeluq tal-jum ta’ negozjar li jmiss wara t-tranżazzjoni kkonċernata. 3. Meta l-offerent rebbieħ ikun persuna ġuridika, il-pjattaforma tal-irkant, meta tirrapporta l-ħatra għall-identifikazzjoni tal-offerent rebbieħ kif jeħtieġ il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għandha tuża identifikatur tal-entità ġuridika msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 (*). 4. Il-pjattaforma tal-irkant għandha tkun responsabbli għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għas-sottomissjoni puntwali tar-rapporti. Meta jkun hemm dettalji dwar it-tranżazzjonijiet li ma jkunux disponibbli għall-pjattaformi tal-irkant, l-offerenti u l-irkantaturi għandhom jissottomettu t-tali informazzjoni lill-pjattaforma tal-irkant. Meta jkun hemm żbalji jew ommissjonijiet fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet, il-pjattaforma tal-irkant li tirrapporta t-tranżazzjoni għandha tikkoreġi l-informazzjoni u tippreżenta rapport ikkoreġut lill-awtorità nazzjonali kompetenti. 5. Ir-rapport skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu, b’mod partikolari, jinkludi l-isem tal-kwoti jew tad-derivattivi ta’ kwoti, il-kwantità mixtrija, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-prezzijiet tat-tranżazzjoni, deżinjazzjoni għall-identifikazzjoni tal-offerenti rebbieħa u, jekk applikabbli, il-klijenti li f’isimhom ġiet eżegwita t-tranżazzjoni. Ir-rapport għandu jitfassal billi jintużaw standards u formats tad-data stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 u għandu jinkludi d-dettalji rilevanti kollha msemmija fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590. (*) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/590 tat-28 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti. (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 449).”." |
(33) |
Jitħassru l-Artikoli 37 sa 43. |
(34) |
L-Artikolu 44(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. Pjattaforma tal-irkant inkluż is-sistema jew sistemi tal-ikklirjar jew is-sistema jew sistemi tas-saldu konnessa jew konnessi magħha, għandha tittrasferixxi l-pagamenti mħallsa mill-offerenti jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu li joriġinaw mill-irkantar tal-kwoti koperti mill-Kapitolu II u III tad-Direttiva 2003/87/KE lill-irkantaturi li jkunu rkantaw il-kwoti inkwistjoni.”. |
(35) |
L-Artikolu 46 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 46 Trasferiment tal-kwoti rkantati Kwoti rkantati minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant għandhom ikunu ttrasferiti mir-reġistru tal-Unjoni, qabel il-ftuħ tal-perjodu għall-offerti, f’kont tal-kwoti ddeżinjat, biex jinżammu fil-kustodja tas-sistema tal-ikklirjajr jew tas-saldu li taġixxi bħala l-kustodi sakemm issir il-konsenja tal-kwoti lil offerenti rebbieħa jew lis-suċċessuri tagħhom fit-titolu, skont ir-riżultati tal-irkant, kif previst fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.”. |
(36) |
Fl-Artikolu 51, fil-paragrafu 1, jiddaħħal it-tieni subparagrafu li ġej: “Mingħajr ħsara għall-ewwel subparagrafu, fejn huwa previst fid-dokumenti tal-akkwist għall-proċeduri tal-akkwist skont l-Artikolu 26(1) jew l-Artikolu 30(5), l-operatur tal-pjattaforma tal-irkant jista’ jżid it-tariffi mħallsa mill-offerenti rebbieħa skont l-Artikolu 52(1) ta’ dan ir-Regolament għal massimu ta’ 120 % tat-tariffi standard komparabbli mħallsa mix-xerrejja rebbieħa tal-kwoti fis-suq sekondarju matul is-snin li fihom il-volumi tal-irkant jitnaqqsu b’aktar minn 200 miljun kwota skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.”. |
(37) |
L-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:
|
(38) |
L-Artikolu 53 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 53 Monitoraġġ tal-irkanti 1. Sat-tmiem ta’ kull xahar, il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew l-Artikolu 30(1) għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-irkantijiet li tkun wettqet fix-xahar ta’ qabel b’mod partikolari fir-rigward ta’:
2. Il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew l-Artikolu 30(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tipprovdi r-rapporti skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri tal-ħatra tagħha u lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħha maħtura skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. 3. L-awtoritajiet kontraenti rilevanti għandhom isegwu l-implimentazzjoni tal-kuntratti li jaħtru l-pjattaformi tal-irkant. L-Istati Membri li jaħtru pjattaforma tal-irkant skont l-Artikolu 30(1) għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe nuqqas min-naħa ta’ dik il-pjattaforma tal-irkant sabiex tikkonforma mal-kuntratt li jaħtarha li aktarx ikollu impatt sinifikanti fuq il-proċessi tal-irkant. 4. Skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni, f’isem l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-azzjoni konġunta skont l-Artikolu 26(1), u l-Istati Membri li jaħtru pjattaforma tal-irkant skont l-Artikolu 30(1) għandhom jippubblikaw rapporti ta’ sinteżi fir-rigward tal-elementi elenkati fil-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 5. L-irkantaturi, il-pjattaformi tal-irkant u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jissorveljawhom għandhom jikkooperaw b’mod attiv u, meta jintalbu, jagħtu lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni fil-pussess tagħhom relatata mal-irkantijiet, kif raġjonevolment tkun meħtieġa għall-monitoraġġ tal-irkantijiet. 6. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jissorveljaw persuni awtorizzati jissottomettu offerti f’isem oħrajn skont l-Artikolu 18(2) għandhom, fi ħdan il-kompetenza tagħhom, jikkooperaw b’mod attiv mal-Kummissjoni, kif ikun raġjonevolment meħtieġ għall-monitoraġġ tal-irkantijiet. 7. L-obbligi imposti fuq l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-paragrafi 5 u 6 għandhom iqisu l-kunsiderazzjonijiet tas-segretezza professjonali li għalihom huma soġġetti skont il-liġi tal-Unjoni.”. |
(39) |
L-Artikolu 54 huwa emendat kif ġej:
|
(40) |
L-Artikolu 55 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 55 Notifika ta’ ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali 1. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 48(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 għandhom jimmonitorjaw u jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ta’ pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew 30(1) ta’ dan ir-Regolament mal-miżuri ta’ diliġenza dovuta mill-klijent imsemmija fl-Artikolu 19(2)(e) u fl-Artikolu 20(10) ta’ dan ir-Regolament, bl-obbligu li jirrifjutaw milli jagħtu ammissjoni għall-offerta, jirrevokaw jew jissospendu kwalunkwe ammissjoni għall-offerta diġà mogħtija skont l-Artikolu 21(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament, mar-rekwiżiti dwar il-monitoraġġ u ż-żamma ta’ rekords tal-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti ta’ notifika tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom is-setgħat previsti mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 48(2) u (3) tad-Direttiva (UE) 2015/849. Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) tista’ tinżamm responsabbli għal infrazzjonijiet tal-Artikolu 20(7) u (10), l-Artikolu 21(1) u (2) u l-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament u l-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. F’dan ir-rigward għandhom ikunu japplikaw il-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 58 sa 62 tad-Direttiva (UE) 2015/849. 2. Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew 30(1), id-diretturi u l-impjegati tagħha, għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-UIF billi minnufih:
It-tranżazzjonijiet suspettużi kollha, inklużi tentattivi ta’ tranżazzjonijiet, għandhom jiġu rrapportati. 3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tintbagħat lill-UIF tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata. Il-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-politiki u l-proċeduri ta’ ġestjoni u komunikazzjoni tal-konformità, imsemmija fl-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849, għandhom jaħtru l-persuna jew il-persuni responsabbli sabiex jibagħtu l-informazzjoni skont dan l-Artikolu. 4. L-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu tkun tinsab il-pjattaforma maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) ta’ dan ir-Regolament, għandu jiżgura li l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 37 sa 39, 42, l-Artikoli 45(1) u 46 tad-Direttiva (UE) 2015/849 japplikaw għall-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata.”. |
(41) |
Fl-Artikolu 56, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin: “1. Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew 30(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tirrapporta mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u skont il-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 54 tad-Direttiva 2014/65/UE, suspetti ta’ abbuż mis-suq jew ta’ tentattiv ta’ abbuż mis-suq minn kwalunkwe persuna ammessa għall-offerta fl-irkantijiet jew minn kwalunkwe persuna li f’isimha tkun qed taġixxi l-persuna ammessa għall-offerta fl-irkantijiet. 2. Il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-fatt li hija tkun għamlet notifika skont il-paragrafu 1, u tiddikjara liema miżura rimedjali tkun ħadet jew ipproponiet li tieħu biex teħodha kontra l-għemejjel ħżiena msemmija fil-paragrafu 1.”. |
(42) |
Fl-Artikolu 57, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dawn li ġejjin: “1. Id-daqs massimu ta’ offerta, jew kwalunkwe miżura rimedjali oħra meħtieġa biex jiġi mmitigat riskju reali jew li jista’ jidher li jkun hemm ta’ abbuż mis-suq, finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali oħra, kif ukoll imġiba antikompetittiva, jistgħu jkunu imposti minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant wara li din tikkonsulta mal-Kummissjoni u tikseb l-opinjoni tagħha, bil-kundizzjoni li l-implimentazzjoni ta’ offerta ta’ daqs massimu jew ta’ kwalunkwe miżura rimedjali oħra jkunu jistgħu b’mod effikaċi jimmitigaw ir-riskju inkwistjoni. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Istati Membri kkonċernati u tikseb l-opinjoni tagħhom dwar il-proposta magħmula mill-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata. Il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata għandha tqis sewwa ħafna l-opinjoni tal-Kummissjoni. 2. L-offerta ta’ daqs massimu għandha tkun jew espressa bħala perċentwal tal-għadd totali ta’ kwoti rkantati fi rkant partikolari jew perċentwal tal-għadd totali ta’ kwoti rkantati f’sena waħda partikolari, skont liema minnhom tkun l-aktar xierqa biex ikun ittrattat ir-riskju ta’ abbuż mis-suq.”. |
(43) |
L-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:
|
(44) |
Fl-Artikolu 60 jitħassar il-paragrafu 2. |
(45) |
L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:
|
(46) |
L-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:
|
(47) |
L-Artikolu 63(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “1. Informazzjoni miktuba pprovduta minn pjattaforma tal-irkant skont l-Artikolu 60(1) u (3) jew skont il-kuntratt li jaħtarha, li ma tkunx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun f’lingwa konvenzjonali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.”. |
(48) |
L-Artikolu 64(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri fejn issir superviżjoni ta’ suq regolat maħtur bħala pjattaforma tal-irkant skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) ta’ dan ir-Regolament jew l-operatur tas-suq tagħhom, għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-mekkaniżmu straġudizzjarju li jittratta lmenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun motivata sewwa u tkun soġġetta għad-dritt ta’ appell lill-qrati msemmija fl-Artikolu 74(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. Dak id-dritt għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dritt ta’ appell direttament lill-qrati jew lill-korpi amministrattivi kompetenti previsti fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 74(2) tad-Direttiva 2014/65/UE.”. |
(49) |
L-Anness I huwa ssostitwit bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(50) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(51) |
Jitħassar l-Anness IV. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).
(3) Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(5) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(7) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(10) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
Mudell għan-notifika ta’ kanċellazzjoni volontarja minn Stat Membru skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE
|
Notifika skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE |
|
1. |
L-Istat Membru u l-awtorità pubblika li qed jippreżentaw in-notifika: |
|
2. |
Id-data tan-notifika: |
|
3. |
L-identifikazzjoni tal-installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku magħluqa (“installazzjoni”) fit-territorju tal-Istat Membru skont id-data rreġistrata fl-EUTL, stabbilita mill-att delegat adottat skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, li tinkludi: |
|
(a) |
L-isem tal-installazzjoni: |
|
(b) |
L-identifikatur tal-installazzjoni mill-EUTL: |
|
(c) |
L-isem tal-operatur tal-installazzjoni: |
|
4. |
Id-data tal-għeluq tal-installazzjoni u r-revoka tal-permess tal-gassijiet serra: |
|
5. |
Id-deskrizzjoni u r-referenza tal-miżuri nazzjonali addizzjonali li skattaw l-għeluq tal-installazzjoni: |
|
6. |
Ir-rapporti vverifikati dwar l-emissjonijiet tal-installazzjoni għall-ħames snin ta’ qabel is-sena tal-għeluq: |
|
7. |
Il-volum totali tal-kwoti li għandhom jitħassru: |
|
8. |
Is-snin li matulhom il-kwoti għandhom jiġu kkanċellati: |
|
9. |
Il-volum eżatt tal-kwoti li għandhom jiġu kkanċellati f’kull waħda mis-snin imsemmija fil-punt 8: |
|
ANNESS II
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-intestatura tinbidel b’dan li ġej: “Pjattaformi tal-irkant minbarra dawk maħtura skont l-Artikolu 26(1), l-Istati Membri tagħhom li jaħtruhom u kwalunkwe kundizzjoni jew obbligu applikabbli msemmija fl-Artikolu 30(7)”. |
(2) |
jitħassru l-punti 1, 2 u 3. |
(3) |
fir-raba punt, fis-sitt ringiela taħt “Obbligi”, jitħassar il-punt 5. |