EUR-Lex Euroopan unionin oikeus ulottuvillasi

Takaisin EUR-Lexin etusivulle

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 32019R1828

Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1828 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-kuntratti pubbliċi tal-provvisti, tas-servizzi u tax-xogħlijiet, u għall-kompetizzjonijiet tad-disinn (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/7693

ĠU L 279, 31.10.2019, s. 25—26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Asiakirjan oikeudellinen asema Voimassa

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1828/oj

31.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/25


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1828

tat-30 ta’ Ottubru 2019

li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-kuntratti pubbliċi tal-provvisti, tas-servizzi u tax-xogħlijiet, u għall-kompetizzjonijiet tad-disinn

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (3) (“il-Ftehim”) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Huwa japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist pubbliku b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti stabbiliti”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/24/UE huwa li l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. F’konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/24/UE, kull sentejn il-Kummissjoni trid tivverifika li l-limiti stabbiliti għall-kuntratti pubbliċi u għall-kompetizzjonijiet tad-disinn stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, jikkorrispondu għal-limiti stabbiliti fil-Ftehim. Billi l-valur tal-limiti stabbiliti kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/24/UE huwa differenti mill-valur tal-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, jeħtieġ li dawn il-limiti stabbiliti jiġu riveduti. F’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva jridu jiġu allinjati mal-limiti stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2014/24/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2014/24/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), “EUR 5 548 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 350 000”;

(b)

fil-punt (b), “EUR 144 000” huwa sostitwit b’“EUR 139 000”;

(c)

fil-punt (c), “EUR 221 000” huwa sostitwit b’“EUR 214 000”;

(2)

l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), “EUR 5 548 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 350 000”;

(b)

fil-punt (b), “EUR 221 000” huwa sostitwit b’“EUR 214 000”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern, (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).

(3)  ĠU L 68, 7.3.2014, p. 2.


Alkuun