Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1827

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1827 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi għall-konċessjonijiet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/7691

ĠU L 279, 31.10.2019, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1827/oj

31.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/23


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1827

tat-30 ta’ Ottubru 2019

li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi għall-konċessjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Dan japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist pubbliku b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-livelli massimi”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/23/UE huwa li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti, li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. F’konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, kull sentejn il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limitu massimu għall-konċessjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1) ta’ dik id-Direttiva jikkorrispondi għal-limitu massimu stabbilit fil-Ftehim. Billi l-valur tal-limitu kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/23/UE huwa differenti mill-valur tal-limitu stabbilit fl-Artikolu 8(1) ta’ dik id-Direttiva, jeħtieġ li dan il-limitu massimu jiġi rivedut.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/23/UE tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, “EUR 5 548 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 350 000”,

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).

(3)  ĠU L 68, 7.3.2014, p. 2.


Top