Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1689

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1689 tad-29 ta’ Mejju 2019 li jirrettifika l-verżjoni bir-Rumen tar-Regolament Delegat (UE) 2018/1229 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dixxiplina tas-saldu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2019/3921

    ĠU L 259, 10.10.2019, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1689/oj

    10.10.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 259/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1689

    tad-29 ta’ Mejju 2019

    li jirrettifika l-verżjoni bir-Rumen tar-Regolament Delegat (UE) 2018/1229 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dixxiplina tas-saldu

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(15) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjoni bir-Rumen tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229 (2) fiha żball fl-Artikolu 42 fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tal-att.

    (2)

    Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament Delegat (UE) 2018/1229 jiġi rettifikat skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn mhumiex affettwati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (ma japplikax għal-lingwa Maltija)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229 tal-25 ta’ Mejju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dixxiplina tas-saldu (ĠU L 230, 13.9.2018, p. 1).


    Top