This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1403
Council Implementing Regulation (EU) 2019/1403 of 12 September 2019 implementing Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1403 tat-12 ta' Settembru 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1403 tat-12 ta' Settembru 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/11221/2019/INIT
ĠU L 236, 13.9.2019, p. 1–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1403
tat-12 ta' Settembru 2019
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1), (3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
Abbażi ta' rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar 21 persuna u 19-il entità fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 tiġi emendata. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
27. |
Alexander Mihailovich NOSATOV (Александр Михайлович НОСАТОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 27.3.1963 Post tat-Twelid: Sevastopol, (Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Ukrajna) |
Ex Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. Attwalment Ammirall, Kmandant tal-flotta Russa tal-Baltiku. |
21.3.2014 |
46. |
Denys Volodymyrovych PUSHYLIN (Денис Володимирович Пушилiн) Denis Vladimirovich PUSHILIN (Денис Владимирович Пушилин) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 9.5.1981 Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk) |
Wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali f'Donetsk fl-2014. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien l-hekk imsejjaħ Viċi President tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Mill-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. L-hekk imsejjaħ “aġent Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” wara s-7 ta' Settembru 2018. L-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” wara l-hekk imsejħa elezzjonijiet tal-11 ta' Novembru 2018. |
29.4.2014 |
47. |
Sergey Gennadevich TSYPLAKOV (Сергей Геннадьевич ЦЫПЛАКОВ) Serhiy Hennadiyovych TSYPLAKOV (Сергiй Геннадiйович ЦИПЛАКОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 1.5.1983 Post tat-Twelid: Khartsyzsk, reġjun ta' Donetsk |
Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-“Milizzja Popolari ta' Donbas”. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-Istat fir-reġjun ta' Donetsk. Membru tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u tal-Kumitat tiegħu dwar il-Politika Barranija, ir-Relazzjonijiet Esterni, il-Politika tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni. |
29.4.2014 |
57. |
Oleg TSARIOV, Oleh Anatoliyovych TSAROV (Олег Анатолiйович ЦАРЬОВ), Oleg Anatolevich TSARYOV (Олег Анатольевич ЦАPËВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 2.6.1970 Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk |
Ex Membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossiya”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-Xlokk. Qabel kien “Speaker” tal-hekk imsejjaħ “Parlament tal-Unjoni tar-Repubbliki tal-Poplu” (“Parlament ta' Novorossiya”). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. |
12.5.2014 |
61. |
Igor Sergeievich SHEVCHENKO (Игорь Сергеевич ШЕВЧЕНКО) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 9.2.1979 Post tat-Twelid: Sevastopol, il-Krimea |
Ex Prosekutur ta' Sevastopol u bħala tali implimenta b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja. Prosekutur tar-Repubblika ta' Adygea. |
12.5.2014 |
70. |
Igor PLOTNITSKY Igor Venediktovich PLOTNITSKII (Игорь Венедиктович ПЛОТНИЦКИЙ) Ihor (Igor) Venedyktovych PLOTNYTSKYY (Iгор Венедиктович ПЛОТНИЦЬКИЙ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 24.6.1964 jew 25.6.1964 jew 26.6.1964 Post tat-Twelid: Luhansk (possibilment f'Kelmentsi, oblast ta' Chernivtsi) |
Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” u kien ukoll l-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, u bħala tali responsabbli għal attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ex Mibgħut Speċjali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” dwar l-implimentazzjoni ta' Minsk. |
12.7.2014 |
97. |
Vladimir Petrovich KONONOV (magħruf ukoll bħala “Tsar”) (Владимир Петровнч КОНОНОВ) Volodymyr Petrovych KONONOV (Володимир Петрович КОНОНОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 14.10.1974 Post tat-Twelid: Gorsky, Oblast ta' Luhansk |
Mill-14 ta' Awwissu 2014, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 2014 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Kononov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Imneħħi bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” f'Settembru 2018. Kap tad-Direttorat għall-Għajnuna Soċjali lil Membri tas-Servizz Irtirati, taħt l-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
12.9.2014 |
100. |
Andrey Yurevich PINCHUK (Андрей Юрьевич ПИНЧУК) Andriy Yuriyovych PINCHUK (Андрiй Юрiйович ПIНЧУК) |
Sess: raġel; Data possibbli tat-twelid: 27.12.1977 |
Ex “Ministru għas-sigurtà statali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. Kap tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”. |
12.9.2014 |
101. |
Oleg Vladimirovich BEREZA (Олег Владимирович Берëза) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 1.3.1977 |
Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Interni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
12.9.2014 |
126. |
Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV (Дмитрий Александрович СЕМЕНОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 1.6.1977 Post tat-Twelid: Federazzjoni Russa |
Ex “Viċi Prim Ministru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' strutturi separatisti tal-LNR. |
29.11.2014 |
130. |
Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (magħruf ukoll bħala Igor Vladimirovich KOSTENOK) (Игорь Владимирович КОСТЕНОК) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 15.3.1961 Post tat-Twelid: Vodyanske, Dobropillia Rayon, oblast ta' Donetsk Водянское, Добропольский район Донецкой области |
Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Edukazzjoni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Attwalment jaħdem għall-Akkademja ta' Donetsk ta' Ġestjoni u Servizz Pubbliku taħt l-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
29.11.2014 |
132. |
Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO magħruf ukoll bħala Vladislav Nikolayevich DEYNEGO (Владислав Миколайович ДЕЙНЕГО) (Владислав Николаевич ДЕЙНЕГО) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 12.3.1964 Post tat-Twelid: Romny, oblast ta' Sumy Ромны, Сумская область |
Ex “Viċi Kap” tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Bħalissa huwa l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Barranin” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. |
29.11.2014 |
137. |
Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович БАСУРИН) Eduard Oleksandrovych BASURIN (Едуард Олександрович БАСУРIН) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 27.6.1966 Post tat-Twelid: Donetsk |
Kelliem u Viċi Kap tal-“Milizzja tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. |
16.2.2015 |
138. |
Alexandr Vasilievich SHUBIN (Александр Васильевич ШУБИН) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972 Post tat-Twelid: Luhansk |
Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja”, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” illegali. Ex President tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Imneħħi minn President tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” f'Ġunju 2018. Għadu jappoġġa u jilleġittimizza l-politiki separatisti. |
16.2.2015 |
140. |
Sergey Yurevich IGNATOV (magħruf ukoll bħala KUZOVLEV magħruf ukoll bħala TAMBOV) (Сергей Юрьевич ИГНАТОВ magħruf ukoll bħala КУЗОВЛЕВ magħruf ukoll bħala ТAMБOB) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 7.1.1967 Post tat-Twelid: Michurinsk, oblast ta' Tambov Мичуринск, Тамбовская область |
Kien l-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja Popolari tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Ex Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi. Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu. |
16.2.2015 |
142. |
Aleksandr Yurievich TIMOFEEV (Александр Юрьевич ТИМОФЕЕВ) Oleksandr Yuriyovych TYMOFEYEV (Олександр Юрiйович ТИМОФЕЄВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 15.5.1971 Post tat-Twelid: Nevinnomyssk, Stavropol Krai Невинномысск, Ставропольский край |
Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Finanzi u t-Taxxi” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Imneħħi bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Finanzi u t-Taxxi” f'Settembru 2018. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. |
16.2.2015 |
145. |
Olga Igorevna BESEDINA (Ольга Игоревна БЕСЕДИНА) Olha Ihorivna BESEDINA (Ольга Iгорiвна БЕСЕДIНА) |
Sess: mara; Data tat-twelid: 10.12.1976 Post tat-Twelid: Luhansk |
Kienet l-hekk imsejħa “Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Ex kap tad-dipartiment tal-ekonomija barranija fl-Uffiċċju tal-kap tal-“Amministrazzjoni ta' Luhansk”. |
16.2.2015 |
160. |
Sergey Anatolevich TOPOR-GILKA (Сергей Анатольевич ТОПОР-ГИЛКА) |
Sess: raġel; Direttur Ġenerali ta' OAO “VO TPE” sal-insolvenza tagħha, Direttur Ġenerali ta' OOO “VO TPE”. Data tat-twelid: 17.2.1970 |
Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur Ġenerali ta' OAO “VO TPE”, huwa mexxa n-negozjati ma' Siemens Gas Turbine Technologies OOO dwar ix-xiri u l-konsenja tat-turbini tal-gass għal impjant tal-elettriku f'Taman, ir-reġjun ta' Krasnodar, Federazzjoni Russa. Aktar tard, bħala Direttur Ġenerali ta' OOO “VO TPE”, kien responsabbli għat-trasferiment tat-turbini tal-gass lejn il-Krimea u għall-implimentazzjoni tal-proġett ta' kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija termali Balaklava u Tavricheskaya, fejn ġew installati t-turbini. Dan jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta' appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jdgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. |
4.8.2017 |
164. |
Aleksandr Yurevich PETUKHOV/ Aleksandr Yurievich PETUKHOV (Александр Юрьевич ПЕТУХОВ) Oleksandr Yuriyovych PIETUKHOV (Олександр Юрiйович ПЄТУХОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 17.7.1970 |
Ex President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Kap Spettur Federali tar-reġjun ta' Moska. |
14.5.2018 |
167. |
Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA (Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА) Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA (Ольга Валеріївна ПОЗДНЯКОВА) |
Sess: mara; Data tat-twelid: 30.3.1982 Post tat-Twelid: Shakhty, Oblast ta' Rostov, USSR |
Ex “President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. F'din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u b'hekk appoġġat u implimentat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Kap tad-Direttorat għall-Politika Domestika fi ħdan l-amministrazzjoni tal-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
10.12.2018 |
173. |
Vladimir Yurievich VYSOTSKIY (Владимир Юрьевич ВЫСОЦКИЙ) Volodymyr Yuriyovych VYSOTSKYI (Володимир Юрійович ВИСОЦЬКИЙ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 7.4.1985 Post tat-Twelid: Ir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea |
Ex “Segretarju” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. F'din il-kapaċità, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta' Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u b'hekk appoġġa u implimenta b'mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Aġent Kap tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
10.12.2018 |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||||||
6. |
Unjoni Internazzjonali ta' Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army” Международный Союз Общественных Объединений “Всевеликое Войско Донское” |
Informazzjoni uffiċjali: http://xn--80aaaajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/ http://xn----7sbabalgku2ad1b5b2e.xn--p1ai/ Nru tat-telefon: +7-8-908-178-65-57 Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard Indirizz: 346465 Russia, Rostov Region, October District, St Zaplavskaya, Str Shosseynaya 1 It-tieni indirizz: Voroshilovskiy Prospekt 12/85-87/13, Rostov-on-Don Dereġistrat fl-2017. |
Il-“Great Don Army” stabbilixxiet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll heddet l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Assoċjata mas-Sur Nikolay Kozitsyn, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren. |
25.7.2014 |
|||||||||
9. |
L-hekk imsejħa “Armata tax-Xlokk” “Армии Юго-Востока” |
Media soċjali: https://vk.com/sigma_orel |
Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant. Responsabbli għall-okkupazzjoni tal-bini tas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Assoċjat mas-Sur Valeriy BOLOTOV, li kien elenkat bħala wieħed mill-mexxejja tal-grupp. Assoċjat mas-Sur Vasyl NIKITIN, responsabbli għall-attivitajiet “governamentali” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. |
25.7.2014 |
|||||||||
10. |
L-hekk imsejħa “Milizzja Popolari ta' Donbass” “Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса” |
Media soċjali: http://vk.com/polkdonbassa + 38-099-445-63-78; + 38-063-688-60-01; + 38-067-145-14-99; + 38-094-912-96-60; + 38-062-213-26-60 Posta elettronika: voenkom.dnr@mail.ru vknovoros@yandex.ru mobilisation@novorossia.co polkdonbassa@mail.ru Volontarji fuq it-telefon fir-Russja: + 7 499 709-89-06 jew posta elettronika novoross24@mail.ru Indirizz: Donetsk. Prospect Zasyadko.13 |
Grupp separatista armat illegali responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u b'hekk ġew mhedda l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant idgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat mas-Sur Pavel Gubarev, li huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u li pproklama lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”. |
25.7.2014 |
|||||||||
13. |
Intrapriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, “Port tal-baħar ta' Sevastopol” ГУП ГС “Севастопольский морской порт” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” Государственное предприятие “Севастопольский морской торговьй порт” Gosudarstvenoye predpriyatiye Sevastopolski morskoy torgovy port') |
Nakhimov Square 5, 299011 Sevastopol (пл. Нахимова, 5, г. Севастополь, 299011) Kodiċi: 1149204004707 |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni għall-infrastruttura jew l-agrikoltura” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fis-6 ta' Ġunju 2014 bħala l-Impriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol “Port tal-baħar ta' Sevastopol” (Государственное унитарное предприятие города Севастополя “Севастопольский морской порт”). Fundatur: Il-Gvern ta' Sevastopol (Правительство Севастополя). |
25.7.2014 |
|||||||||
15. |
Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Universal-Avia” Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Универсал-Авиа” (qabel kienet magħrufa bħala State enterprise Universal -Avia Государственное предприятие “Универсал-Авиа” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Universal-Avia”) |
Aeroflotskaya Street 5, 295021, Simferopol ул. Аэрофлотская, дом 5, 295021, г. Симферополь Tel. 24-80-89, 8 (978) 719-55-30 unavia_omts@mail.ru |
Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi Ukrena. Fl-24 ta' Marzu 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia’ (‘О Государственном предприятии “Универсал-Авиа”’)” Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Universal-Avia” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Universal-Avia” (Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Универсал-Авиа”). Fundatur: Il-Ministeru għat-Trasport tar-Repubblika tal-Krimea (Министерство транспорта Республики Крым). |
25.7.2014 |
|||||||||
16. |
Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда”) |
Iċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda”, 298658, Yalta, Oreanda (298658, г.Ялта, пгт. Ореанда, Санаторий “Нижняя Ореанда”) marketing@oreanda-resort.ru + 7 (3654) 31-25-48 |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fil-21 ta' Marzu 2014 l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ “САНАТОРИЙ ‘НИЖНЯЯ ОРЕАНДА’ УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ). |
25.7.2014 |
|||||||||
18. |
Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” Государственное унитарное предприятие Республики Крым Производственно-аграрное объединение “Массандра” Gosudarstvennoye unitarnoe predpriyatiye Respubliki Krym Proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra (magħrufa qabel bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa “Производственно-аграрное объединение ‘Массандра’ Управления делами Президента Российской Федерации” Entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” Национальное производственно-аграрное объединение “Массандра” Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye Massandra) |
298650, Crimea, Yalta, Massandra, str. Vinodela Egorova 9.
Sit elettroniku: http://massandra.su |
Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-1 ta' Awwissu 2014 bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Федеральное государственное унитарное предприятие “Производственно аграрное объединение ‘Массандра’ Управления делами Президента Российской Федерации”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Управление делами Президента Российской Федерации). Irreġistrata mill-ġdid fl-1.4.2019 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” |
25.7.2014 |
|||||||||
24. |
Repubblika ta' Donetsk (Organizzazzjoni pubblika) Донецкая республика |
Informazzjoni uffiċjali: http://oddr.info/ orgotdel@oddr.info Indirizz: Donetsk, Universitetskaya 19 г. Донецк, ул. Университетская, дом 19 |
“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014 u l-11 ta' Novembru 2018. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijiet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna. Imwaqqfa minn Andriy PURGIN u kienet immexxija minn Alexander ZAKHARCHENKO. Fl-2018 innominat lil Denis PUSHYLIN biex ikun “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
29.11.2014 |
|||||||||
27. |
Unjoni Popolari (Narodny Soyuz) Народный союз |
Dereġistrata fl-2018. |
“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna. |
29.11.2014 |
|||||||||
29. |
Gwardja Nazzjonali Kosakka Казачья Национальная Гвардия |
http://казакнацгвард.рф/ https://vk.com/kazak_nac_guard |
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Nikolay KOZITSYN. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. |
16.2.2015 |
|||||||||
30. |
Battaljun Sparta Батальон “Спарта” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Imsejjaħ ukoll l-unità militari 08806, u l-battaljun “Gvardeysky”. F'Novembru 2017, l-unità ssemmiet għall-kmandant militari separatist assassinat Arsen Pavlov (magħruf ukoll bħala Motorola). |
16.2.2015 |
|||||||||
34. |
Battaljun Oplot Батальон “Оплот” |
Media soċjali: http://vk.com/oplot_info/ |
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Imsejjaħ ukoll il-Ħames Brigata Motorizzata tal-Azzarini Separata, li minn Ottubru 2018 hi msemmija għal Alexander Zakharchenko. Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
16.2.2015 |
|||||||||
35. |
Battaljun Kalmius Батальон “Кальмиус” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Imsejjaħ ukoll bħala l-Brigata tal-Artillerija Separata, parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. |
16.2.2015 |
|||||||||
37. |
Moviment “NOVOROSSIYA” ta' Igor Strelkov Движение “Новороссия” Игоря СТРЕЛКОВА |
http://novorossia.pro/ info@clubnb.ru |
Il-Moviment “Novorossiya”/“Russja Ġdida” ġie stabbilit f'Novembru 2014 fir-Russja u hu mmexxi mill-uffiċjal Russu Igor Strelkov/Girkin (identifikat bħala membru tal-persunal tal-Main Intelligence Directorate tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU)). Skont l-objettivi ddikjarati tiegħu, huwa għandu l-għan li jipprovdi assistenza effettiva komprensiva lin-“Novorossiya”, inkluż billi jgħin lill-milizzja li qed tiġġieled fil-Lvant tal-Ukrajna, u b'hekk jappoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Assoċjat ma' persuna elenkata li dgħajfet l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
16.2.2015 |
|||||||||
38. |
OAO “VO Technopromexport” (OAO “VO TPE”) Magħruf ukoll bħala: Open Joint Stock Company “Foreign Economic Association”“Technopromexport” Открытое акционерное общество Внешнеэкономическое объединение Технопромэкспорт |
Indirizz: 119019, Moscow, Novyi Arbat str., 15, building 2 Data tar-reġistrazzjoni: 27.7.1992 Numru ta' Reġistrazzjoni Statali: 1067746244026 Numru ta' Reġistrazzjoni tat-Taxxa: 7705713236 Għaddejjin proċedimenti ta' falliment. |
Parti kontraenti ma' Siemens Gas Turbine Technologies OOO, OAO “VO TPE”, xtrat turbini tal-gass iddikjarati bħala maħsuba għal impjant tal-elettriku f'Taman, reġjun ta' Krasnodar, Federazzjoni Russa, u bħala l-kuntrattur kienet responsabbli għat-trasferiment tat-turbini tal-gass lill-OOO “VO TPE” li min-naħa tagħha ttrasferixxiethom biex jiġu installati fil-Krimea. Dan jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta' appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jdgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. |
4.8.2017 |
|||||||||
39. |
OOO “VO Technopromexport” (OOO “VO TPE”) Magħruf ukoll bħala: Limited Liability Company “Foreign Economic Association”“Technopromexport” Общество с ограниченной ответственностью “Внешнеэкономическое объединение Технопромэкспорт” |
Indirizz: 119019, Moscow, Novyi Arbat str., 15, building 2 Data tar-reġistrazzjoni: 8.5.2014 Numru ta' Reġistrazzjoni Statali: 1147746527279 Numru ta' Reġistrazzjoni tat-Taxxa: 7704863782e |
Sid tat-turbini tal-gass li oriġinarjament ġew fornuti minn Siemens Gas Turbine Technologies OOO lil OAO “VO TPE”. OOO “VO TPE” ttrasferixxiet it-turbini tal-gass biex jiġu installati fil-Krimea. Dan jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta' appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jdgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. Responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett ta' kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija termali Balakava u Tavricheskaya, fejn ġew installati t-turbini. |
4.8.2017 |
|||||||||
41. |
“Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea ‘Crimean Sea Ports’” (“Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Крымские морские порты’”), inkluż il-fergħat:
|
(298312, Крым, гор. Керчь, ул. Кирова, дом 28) info@crimeaport.ru |
Il-“Parlament tal-Krimea” adotta r-Riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17 ta' Marzu 2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-Ministeri Ukreni għall-Infrastruttura jew l-Agrikoltura” u r-Riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 tas-26 ta' Marzu 2014“Dwar l-Intrapriża tal-Istat ‘Crimean Sea Ports’” (“О Государственном предприятии ‘Крымские морские порты’”) li jiddikjaraw l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lil diversi intrapriżi tal-Istat li ġew integrati fl-“Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea ‘Crimean Sea Ports’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. B'hekk dawk l-intrapriżi ġew effettivament konfiskati mill-“awtoritajiet” tal-Krimea u “Crimean Sea Ports” ibbenefikat mit-trasferiment illegali tas-sjieda tagħhom. |
16.9.2017 |
|||||||||
43. |
PJSC Mostotrest ПАО Мостотрест |
Indirizz:
mostro@mostro.ru |
PJSC Mostotrest ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-manutenzjoni tal-pont, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. |
31.7.2018 |
|||||||||
45. |
Stroygazmontazh Corporation (SGM Group) ООО Стройгазмонтаж (груп СГМ) |
Indirizz:
Sit web: www.ooosgm.com info@ooosgm.ru |
Stroygazmontazh Corporation (SGM Group) ipparteċipat b'mod attiv fil-kostruzzjoni tal-Pont ta' Kerch permezz tal-kuntratt statali tagħha għall-kostruzzjoni tal-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa. Barra minn hekk hija proprjetà ta' individwu (Arkady Rotenberg) li diġà huwa ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (persuna Nru 92 f'dan l-Anness). Għaldaqstant il-kumpannija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea illegalment annessa mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna. |
31.7.2018 |