This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1338
Commission Regulation (EU) 2019/1338 of 8 August 2019 amending Regulation (EU) No 10/2011 on plastic materials and articles intended to come into contact with food (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1338 tat-8 ta' Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1338 tat-8 ta' Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/5844
ĠU L 209, 9.8.2019, p. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1338
tat-8 ta' Awwissu 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-punti (a), (d), (e), u (i) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(3) u (6) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' sustanzi awtorizzati li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel. |
(2) |
Mill-aħħar emenda tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 'l hawn, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat opinjoni xjentifika dwar l-użi permessi ta' sustanza diġà awtorizzata li tista' tintuża f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel (“FCM”). Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament (UE) Nru 10/2011 jirrifletti s-sejbiet l-iktar reċenti tal-Awtorità, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi emendat. |
(3) |
Is-sustanza poli((R)-3-idrossibutirat-ko-(R)-3-idrossieżanoat) (is-sustanza FCM Nru 1059, Nru CAS 147398-31-0) ġiet awtorizzata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/37 (3) biex tintuża waħedha jew imħallta ma' polimeri oħrajn f'kuntatt ma' tipi ta' ikel xott jew solidu li għalihom ġie assenjat is-simulant tal-ikel E fit-Tabella 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 abbażi ta' żewġ opinjonijiet xjentifiċi (4) (5) ippubblikati mill-Awtorità. L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli ġdida (6) li testendi l-użu ta' din is-sustanza waħedha jew imħallta ma' polimeri oħrajn fil-manifattura tal-plastiks maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' kull tip ta' ikel. F'din l-opinjoni tal-aħħar, l-Awtorità kkonkludiet li din is-sustanza mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk tintuża waħedha jew inkella titħallat ma' polimeri oħrajn f'kuntatt ma' kull tip ta' ikel f'kundizzjonijiet ta' kuntatt ta' sitt xhur jew aktar f'temperatura ambjentali jew inqas, inklużi fażijiet ta' mili sħun jew ta' tisħin qasir, bil-kundizzjoni li l-migrazzjoni tal-oligomeri kollha b'piż molekulari taħt l-1 000 Da ma taqbiżx il-5,0 mg/kg ta'ikel jew simulant tal-ikel. Il-konklużjoni tal-Awtorità hija bbażata fuq l-agħar kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-migrazzjoni stabbiliti fil-punt 2.1.4 tal-Kapitolu 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għal kundizzjonijiet ta' kuntatt fit-tul (sitt xhur jew aktar) mal-ikel f'temperatura ambjentali jew inqas. Skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.1.5 tal-Kapitolu 2 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, dawn l-agħar kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-migrazzjoni jindirizzaw ukoll kundizzjonijiet ta' kuntatt ta' inqas minn sitt xhur f'temperatura ambjentali jew inqas. Għalhekk, l-użu ta' din is-sustanza waħidha jew imħallta ma' polimeri oħrajn fil-manifattura tal-plastiks maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' kull tip ta' ikel f'kundizzjonijiet ta' kuntatt ta' inqas minn sitt xhur f'temperatura ambjentali jew inqas, inkluż fażijiet ta' mili sħun jew ta' tisħin qasir, ukoll mhux se jkun ta' tħassib għas-sikurezza, sakemm il-migrazzjoni tal-oligomeri kollha b'piż molekulari taħt l-1 000 Da ma taqbiżx il-5,0 mg/kg ta' ikel jew simulant tal-ikel. Barra minn hekk, f'din l-opinjoni, l-Awtorità kkonfermat ukoll li l-limitu ta' migrazzjoni speċifika ta' 0,05 mg/kg ta' ikel stabbilit għall-prodott tad-degradazzjoni, l-aċidu krotoniku, fl-awtorizzazzjoni preċedenti tas-sustanza FCM Nru 1059, jenħtieġ li japplika wkoll f'dan l-użu estiż. Għalhekk, l-entrata għal din is-sustanza fit-Tabella 1 tal-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 jenħtieġ li tinkludi l-użi ta' din is-sustanza mat-tipi kollha tal-ikel u fil-kundizzjonijiet kollha, fil-kolonna 10 ta' dik it-Tabella. |
(4) |
L-awtorizzazzjoni tas-sustanza FCM Nru 1059 prevista f'dan ir-Regolament, tirrikjedi li l-migrazzjoni totali tal-oligomeri kollha b'piż molekulari taħt l-1 000 Da ma taqbiżx il-5,0 mg/kg ta' ikel jew simulant tal-ikel. Peress li l-metodi analitiċi biex tiġi ddeterminata l-migrazzjoni ta' dawn l-oligomeri huma kumplessi, deskrizzjoni ta' dawk il-metodi mhijiex neċessarjament disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Mingħajr dik id-deskrizzjoni, mhuwiex possibbli li l-awtorità kompetenti tivverifika li l-migrazzjoni tal-oligomeri mill-materjal jew mill-oġġett tikkonforma mal-limitu tal-migrazzjoni għal dawn l-oligomeri. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi kummerċjali li jintroduċu fis-suq l-oġġett jew il-materjal finali li jkun fih dik is-sustanza jkunu rikjesti li fid-dokumentazzjoni ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, jinkludu deskrizzjoni tal-metodu u kampjun ta' kalibrazzjoni jekk dan ikun meħtieġ mill-metodu. |
(5) |
Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik intiżi li jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 10/2011, kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu introdotti fis-suq sad-29 ta' Awwissu 2020 u jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/37 tal-10 ta' Jannar 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 88).
(4) EFSA Journal 2016;14(5):4464.
(5) EFSA Journal 2018;16(7):5326.
(6) EFSA Journal 2019;17(1):5551.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 l-entrata tat-Tabella 1 li tikkonċerna s-sustanza FCM Nru 1059 tinbidel b'dan li ġej:
“1059 |
|
147398-31-0 |
Poli((R)-3-idrossibutirat-ko-(R)-3-idrossieżanoat) |
le |
iva |
le |
|
(35) |
Għandha tintuża biss waħedha jew inkella mħallta ma' polimeri oħrajn f'kuntatt mat-tipi kollha tal-ikel f'kundizzjonijiet ta' kuntatt ta' massimu ta' sitt xhur u/jew sitt xhur u aktar, f'temperatura ambjentali jew inqas, inkluża fażi ta' mili sħun jew fażi qasira ta' tisħin. Il-migrazzjoni tal-oligomeri kollha b'piż molekulari taħt l-1 000 Da ma għandhiex taqbeż il-5,0 mg/kg ikel. |
(23)” |