EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1293

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1293 tad-29 ta' Lulju 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 rigward il-lista ta' territorji u pajjiżi terzi fl-Anness II u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa stabbilit fl-Anness IV (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/5490

ĠU L 204, 2.8.2019, p. 3–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1293/oj

2.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1293

tad-29 ta' Lulju 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 rigward il-lista ta' territorji u pajjiżi terzi fl-Anness II u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa stabbilit fl-Anness IV

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 13(2) u 25(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 (2) fost affarijiet oħra jipprevedi l-listi tat-territorji u tal-pajjiżi terzi msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 u jipprevedi ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li hu meħtieġ għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates, u inmsa minn territorji u pajjiżi terzi lejn Stat Membru.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 iddaħħal fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni Nru 66/2016 (3) tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, u japplika bis-sħiħ għan-Norveġja bl-istess mod li japplika għall-Istati Membri tal-UE.

(3)

In-Norveġja hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013. Id-Deċiżjoni Nru 66/2016 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tirregola l-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa min-Norveġja lejn Stat Membru. Għaldaqstant jeħtieġ li n-Norveġja titħassar mil-lista tat-territorji u pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013.

(4)

Jeħtieġ ukoll li l-isem il-ġdid ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jkun rifless fil-lista tat-territorji u pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013.

(5)

Fost affarijiet oħra, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprevedi li l-klieb, il-qtates u l-insma li jinġarru lejn Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz għal skopijiet mhux kummerċjali jridu jkunu konformi ma' kull miżura tas-saħħa preventiva għall-mard b'infezzjonijiet oħrajn barra r-rabja li tkun ġiet adottata skont l-Artikolu 19(1) tiegħu, u li jridu jkollhom magħhom dokument tal-identifikazzjoni fil-format ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Il-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

(6)

Barra minn hekk, wara r-rieżami obbligatorju tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 (4), tar-Regolament Delegat adottat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 (5) li fost affarijiet oħra jistipula r-regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew ta' partijiet minnhom, rigward l-eliġibbiltà tagħhom biex japplikaw miżuri preventivi tas-saħħa biex jikkontrollaw l-infezzjoni tal-Echinococcus multilocularis fil-klieb. Ir-Regolament (UE) 2018/772 ħassar ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 b'effett mill-1 ta' Lulju 2018.

(7)

Il-lista tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 fit-territorju kollu tagħhom jew f'partijiet minnu hija stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 (6).

(8)

Għaldaqstant jixraq li r-referenzi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 jiġu sostitwiti minn referenzi għar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/878 fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi II u IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 jiġu emendati skont dan.

(10)

Biex ikun evitat tfixkil fil-movimenti ta' klieb, qtates u inmsa, jenħtieġ li sat-28 ta' Frar 2020 jiġi awtorizzat l-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġin skont il-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 kif emendata bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/561 (7).

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 tal-Anness II hija sostitwita bit-test mogħti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II hija sostitwita bit-test mogħti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(3)

Il-Parti 1 tal-Anness IV hija sostitwita bit-test mogħti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżizzjonali sat-28 ta' Frar 2020, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul ta' klieb, qtates u inmsa minn territorju jew minn pajjiż terz għal skopijiet mhux kummerċjali li jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jkun inħareġ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2019 f'konformita mal-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/561.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar il-mudell tad-dokumenti tal-identifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2017] (ĠU L 300, 16.11.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta' Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 tal-21 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, u li jħassar ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 (ĠU L 130, 28.5.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 tat-18 ta' Ġunju 2018 li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (ĠU L 155, 19.6.2018, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/561 tal-11 ta' April 2016 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 fejn jikkonċerna l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa li jiddaħħlu fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz għal skopijiet mhux kummerċjali (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 26).


ANNESS I

“PARTI 1

Lista tat-territorji u tal-pajjiżi terzi msemmijin fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Kodiċi tal-ISO

Territorju jew pajjiż terz

AD

Andorra

CH

l-Iżvizzera

FO

il-Gżejjer Faeroe

GI

Ġibiltà

GL

Greenland

IS

l-Iżlanda

LI

il-Liechtenstein

MC

Monaco

SM

San Marino

VA

l-Istat tal-Belt tal-Vatikan”


ANNESS II

“PARTI 2

Lista tat-territorji u tal-pajjiżi terzi msemmijin fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Kodiċi tal-ISO

Territorju jew pajjiż terz

It-territorji inklużi

AC

il-Ġżira ta' Ascension

 

AE

l-Emirati Għarab Magħquda

 

AG

Antigua u Barbuda

 

AR

l-Arġentina

 

AU

l-Awstralja

 

AW

Aruba

 

BA

il-Bożnija-Ħerzegovina

 

BB

Barbados

 

BH

il-Bahrain

 

BM

Bermuda

 

BQ

Bonaire, Sint Eustatius u Saba (il-Gżejjer BES)

 

BY

il-Belarussja

 

CA

il-Kanada

 

CL

iċ-Ċilì

 

CW

Curaçao

 

FJ

Fiġi

 

FK

il-Gżejjer Falkland

 

HK

Hong Kong

 

JM

il-Ġamajka

 

JP

il-Ġappun

 

KN

Saint Kitts u Nevis

 

KY

il-Gżejjer Cayman

 

LC

Saint Lucia

 

MS

Montserrat

 

MK

il-Maċedonja ta' Fuq

 

MU

Mauritius

 

MX

il-Messiku

 

MY

il-Malasja

 

NC

New Caledonia

 

NZ

New Zealand

 

PF

il-Polineżja Franċiża

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

RU

ir-Russja

 

SG

Singapore

 

SH

Saint Helena

 

SX

Sint Maarten

 

TT

Trinidad u Tobago

 

TW

it-Tajwan

 

US

l-Istati Uniti tal-Amerka

AS — is-Samoa Amerikana

GU — Guam

MP — il-Gżejjer Mariana tat-Tramuntana

PR — Puerto Rico

VI — il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti”

VC

Saint Vincent u l-Grenadini

 

VG

il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

 

VU

Vanuatu

 

WF

Wallis u Futuna

 


ANNESS III

“PARTI 1

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa lejn Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Image 1 Test ta 'immaġni Image 2 Test ta 'immaġni Image 3 Test ta 'immaġni Image 4 Test ta 'immaġni Image 5 Test ta 'immaġni Image 6 Test ta 'immaġni Image 7 Test ta 'immaġni

Top