This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1209
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/1209 of 9 July 2019 approving non-minor amendments to the specification for a name entered in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (‘Antequera’ (PDO))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1209 tad-9 ta' Lulju 2019 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Antequera” (DOP))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1209 tad-9 ta' Lulju 2019 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Antequera” (DOP))
C/2019/5319
ĠU L 191, 17.7.2019, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
17.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1209
tad-9 ta' Lulju 2019
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Antequera” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Antequera”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2006 (2), kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 295/2014 (3). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Antequera” (DOP), hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2006 tal-10 ta' Marzu 2006 li jikkompleta l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 rigward ir-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru ta' denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Pimiento Asado del Bierzo — [IGP], Fico bianco del Cilento — [AOP], Melannurca Campana — [IGP], Montes de Granada — [AOP], Huile d'olive de Nice — [AOP], Aceite de la Rioja — [AOP], Antequera — [AOP]) (ĠU L 72, 11.3.2006, p. 8).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 295/2014 tal- 20 ta' Marzu 2014 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Antequera (DPO)] (ĠU L 89, 25.3.2014, p. 30).