EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1169

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1169 tat-8 ta' Lulju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

ST/9569/2019/INIT

ĠU L 183, 9.7.2019, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1169/oj

9.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1169

tat-8 ta' Lulju 2019

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Novembru 2017 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/2063.

(2)

Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal tliet persuni elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 jenħtieġ li tiġi aġġornata, u jenħtieġ li s-sess jiġi inkluż fl-informazzjoni ta' identifikazzjoni għall-persuni kollha elenkati f'dak l-Anness.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-K. PEKONEN


(1)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.


ANNESS

Fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2063, l-entrati 1 sa 18 jiġu sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Néstor Luis Reverol Torres

Data tat-Twelid: 28 ta' Ottubru 1964

Sess: raġel

Ministru għall-Intern, il-Ġustizzja u l-Paċi; eks-Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, inkluża l-projbizzjoni u r-repressjoni ta' dimostrazzjonijiet politiċi.

22.1.2018

2.

Gustavo Enrique González López

Data tat-Twelid: 2 ta' Novembru 1960

Sess: raġel

Maħtur mill-ġdid bħala Kap tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN) fit-30 ta' April 2019. Eks-Konsulent dwar is-Sigurtà u l-Intelligence għall-uffiċċju tal-President mit-8 ta' Jannar 2019 sat-30 ta' April 2019 u Kap tas-SEBIN sa Ottubru 2018. Bħala Kap tas-SEBIN, kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem (inkluż detenzjoni arbitrarja, trattament inuman u degradanti, u tortura) u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela.

22.1.2018

3.

Tibisay Lucena Ramírez

Data tat-Twelid: 26 ta' April 1959

Sess: mara

President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (Consejo Nacional Electoral – CNE). L-azzjonijiet u l-politiki tagħha dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bil-faċilitazzjoni tat-twaqqif ta' Assemblea Kostitwenti billi naqset milli tiżgura li s-CNE jibqa' istituzzjoni imparzjali u indipendenti skont il-Kostituzzjoni tal-Venezwela.

22.1.2018

4.

Antonio José Benavides Torres

Data tat-Twelid: 13 ta' Ġunju 1961

Sess: raġel

Kap tal-Gvern tad-Distrett Kapitali (Distrito Capital) sa Jannar 2018. Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sal-21 ta' Ġunju 2017. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż li l-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana tmexxi fis-sorveljanza ta' dimostrazzjonijiet ċivili u l-promozzjoni pubblika biex il-qrati militari jkollhom ġurisdizzjoni fuq il-persuni ċivili, dgħajfu l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

22.1.2018

5.

Maikel José Moreno Pérez

Data tat-Twelid: 12 ta' Diċembru 1965

Sess: raġel

President, u eks-Viċi President, tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tal-Venezuela (Tribunal Supremo de Justicia). F'dawn ir-rwoli, huwa appoġġa u ffaċilita l-azzjonijiet u l-politiki tal-Gvern li dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, u huwa responsabbli għal azzjonijiet u dikjarazzjonijiet li użurpaw l-awtorità tal-Assemblea Nazzjonali.

22.1.2018

6.

Tarek William Saab Halabi

Data tat-Twelid: 10 ta' Settembru 1963

Sess: raġel

Avukat Ġenerali tal-Venezwela maħtur mill-Assemblea Kostitwenti. F'dan ir-rwol u r-rwoli preċedenti bħala Ombudsman u President tal-Kunsill Morali Repubblikan, huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela billi pubblikament appoġġa azzjonijiet kontra avversarji tal-Gvern u l-irtirar ta' kompetenzi mill-Assemblea Nazzjonali.

22.1.2018

7.

Diosdado Cabello Randón

Data tat-Twelid: 15 ta' April 1963

Sess: raġel

President tal-Assemblea Kostitwenti u l-Ewwel Viċi President tal-Partit Soċjalista Magħqud tal-Venezwela (PSUV). Involut f'azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż bl-użu tal-media biex jiġu attakkati u mhedda pubblikament l-oppożizzjoni politika, media oħra u s-soċjetà ċivili.

22.1.2018

8.

Tareck Zaidan El-Aissami Maddah

Viċi President tal-Ekonomija u Ministru għall-Industrija u l-Produzzjoni Nazzjonali

Data tat-Twelid: 12 ta' Novembru 1974

Sess: raġel

Viċi President tal-Ekonomija u Ministru għall-Industrija u l-Produzzjoni Nazzjonali. Bħala l-eks-Viċi President tal-Venezwela b'sorveljanza tad-direzzjoni tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence Bolivarjan (SEBIN), Maddah huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-organizzazzjoni, inkluż id-detenzjoni arbitrarja, l-investigazzjonijiet motivati politikament, it-trattament inuman u degradanti, u t-tortura. Huwa wkoll responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' politiki u attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, inkluż il-projbizzjoni ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi, u t-tmexxija tal-“kmand anti-coup” tal-President Maduro immirat lejn is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

25.6.2018

9.

Sergio José Rivero Marcano

Spettur Ġeneral tal-Forzi Armati Nazzjonali Bolivarjani

Data tat-Twelid: 8 ta' Novembru 1964

Sess: raġel

Kmandant Ġenerali tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana sas-16 ta' Jannar 2018. Involut fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, u responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana taħt il-kmand tiegħu, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza, u d-detenzjoni arbitrarja u l-abbuż ta' membri tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni. L-azzjonijiet u l-politiki tiegħu bħala Kmandant Ġeneral tal-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana, inkluż l-assalt mill-Gwardja Nazzjonali Bolivarjana ta' membri tal-Assemblea Nazzjonali eletta demokratikament u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti li jirrappurtaw dwar l-elezzjonijiet frodulenti għall-Assemblea Kostitwenti li hija illeġittima, dgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

25.6.2018

10.

Jesús Rafael Suárez Chourio

Kmandant Ġeneral tal-Armata Bolivarjana

Data tat-Twelid: 19 ta' Lulju 1962

Sess: raġel

Kmandant Ġeneral tal-Armata Nazzjonali Bolivarjana tal-Venezwela u eks-Kmandant tar-Reġjun ta' Difiża Komprensiv tal-Venezwela taż-Żona Ċentrali (REDI Ċentrali). Responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem minn forzi taħt il-kmand tiegħu, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza u l-maltrattament tad-detenuti. Huwa attakka l-oppożizzjoni demokratika u appoġġa l-użu ta' qrati militari biex jipproċessa dimostranti ċivili.

25.6.2018

11.

Iván Hernández Dala

Kap tad-Direttorat Ġenerali ta' Kontrospjunaġġ Militari

Data tat-Twelid: 18 ta' Mejju 1966

Sess: raġel

Kap tad-Direttorat Ġenerali ta' Kontrospjunaġġ Militari (DGCIM) minn Jannar 2014 u Kap tal-Gwardja Presidenzjali minn Settembru 2015. Bħala l-Kap tad-DGCIM, Iván Hernández Dala huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mwettqa minn membri tad-DGCIM taħt il-kmand tiegħu, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza u l-maltrattament tad-detenuti.

25.6.2018

12.

Delcy Eloina Rodríguez Gómez

Viċi President tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela

Data tat-Twelid: 18 ta' Mejju 1969

Sess: mara

Viċi President tal-Venezwela, eks-President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u eks-membru tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. L-azzjonijiet tagħha rigward il-Kummissjoni Presidenzjali u mbagħad bħala President tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima mminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż l-użurpazzjoni tas-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali biex jintużaw kontra l-oppożizzjoni u biex dawn ma jitħallewx jieħdu sehem fil-proċess politiku.

25.6.2018

13.

Elías José Jaua Milano

Ministru tas-Setgħa Popolari għall-Edukazzjoni

Data tat-Twelid: 16 ta' Diċembru 1969

Sess: raġel

Ministru tas-Setgħa Popolari għall-Edukazzjoni. Eks-President tal-Kummissjoni Presidenzjali għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali illeġittima. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela permezz tar-rwol tiegħu li wassal biex tiġi stabbilita l-Assemblea Kostitwenti illeġittima.

25.6.2018

14.

Sandra Oblitas Ruzza

Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali

Data tat-Twelid: 7 ta' Ġunju 1969

Sess: mara

Viċi President tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) u President tal-Kummissjoni tar-Reġistru Elettorali u Ċivili. Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li mminaw id-demokrazija fil-Venezwela, inkluż l-iffaċilitar tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali.

25.6.2018

15.

Freddy Alirio Bernal Rosales

Data tat-Twelid: 16 ta' Ġunju 1962

Sess: raġel

Il-Kap taċ-Ċentru ta' Kontroll Nazzjonali tal-Kumitat għall-Provvista u l-Produzzjoni Lokali (CLAP) u l-Kummissarju Ġenerali ta' SEBIN. Responsabbli li dgħajjef id-demokrazija permezz tal-manipulazzjoni tad-distribuzzjonijiet tal-programm CLAP fost il-votanti. Barra minn hekk, bħala Kummissarju Ġenerali ta' SEBIN, huwa responsabbli għall-attivitajiet ta' SEBIN li jinkludu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħad-detenzjoni arbitrarja.

25.6.2018

16.

Katherine Nayarith Harrington Padrón

Data tat-Twelid: 5 ta' Diċembru 1971

Sess: mara

Viċi Prosekutur Ġenerali (tradotta wkoll bħala Viċi Avukat Ġenerali) minn Lulju 2017 sa Ottubru 2018. Maħtura Viċi Prosekutur Ġenerali mill-Qorti Suprema minflok mill-Assemblea Nazzjonali, bi ksur tal-Kostituzzjoni. Responsabbli milli dgħajfet id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, inkluż billi tat bidu għal prosekuzzjonijiet politikament motivati u naqset milli tinvestiga allegazzjonijiet ta' ksur ta' drittijiet tal-bniedem mir-reġim ta' Maduro.

25.6.2018

17.

Socorro Elizabeth Hernández Hernández

Data tat-Twelid: 11 ta' Marzu 1952

Sess: mara

Membru (Rettur) tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) u membru tal-Bord Elettorali Nazzjonali (JNE). Responsabbli għall-attivitajiet tas-CNE li mminaw id-demokrazija fil-Venezwela, inkluż l-iffaċilitar tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali b'rabta mal-elezzjoni revokatorja presidenzjali li ġiet ikkanċellata fl-2016, il-posponiment tal-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2016, u r-rilokazzjoni ta' postijiet tal-votazzjoni fi żmien qasir qabel l-elezzjonijiet tal-gvernaturi fl-2017.

25.6.2018

18.

Xavier Antonio Moreno Reyes

Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali

Sess: raġel

Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE). Responsabbli li approva d-deċiżjonijiet tas-CNE li mminaw id-demokrazija fil-Venezwela, inkluż l-iffaċilitar tal-istabbiliment tal-Assemblea Kostitwenti illeġittima u l-manipulazzjoni tal-proċess elettorali.

25.6.2018”.


Top