EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1130

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1130 tat-2 ta' Lulju 2019 dwar il-kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata ta' tipoloġiji territorjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2019/4877

ĠU L 179, 3.7.2019, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1130/oj

3.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1130

tat-2 ta' Lulju 2019

dwar il-kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata ta' tipoloġiji territorjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 4b(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jikkostitwixxi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali tal-Unjoni sabiex ikunu possibbli l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta' statistika reġjonali armonizzata.

(2)

L-Artikolu 4b tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tistabbilixxi, fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata tat-tipoloġiji territorjali msemmijin f'dak l-istess Artikolu.

(3)

Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jiddeskrivi l-metodu għall-assenjar tat-tipoloġiji lil unitajiet amministrattivi lokali (LAUs) individwali u lil reġjunijiet tal-livell 3 tan-Nomenklatura ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS).

(4)

Meta jiġu applikati l-kundizzjonijiet uniformi, huwa importanti li jitqiesu ċ-ċirkustanzi ġeografiċi, soċjoekonomiċi, storiċi, kulturali u ambjentali.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata tat-tipoloġija bbażata fuq il-grilja kif ukoll tat-tipoloġiji tal-livell tal-LAUs u tal-livell 3 tan-NUTS għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.


ANNESS

1.   

Il-kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata tat-tipoloġija bbażata fuq il-grilja għandhom ikunu kif ġej:

Element kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

Tikketti

Kundizzjonijiet

Tipoloġija bbażata fuq il-grilja

“Ċelluli ta' grilja rurali” jew “Ċelluli ta' grilja b'densità baxxa”

ċelluli ta' grilja ta' 1 km2 b'densità taħt it-300 abitant/km2 u ċelluli oħra barra mir-raggruppamenti urbani.

“Raggruppamenti urbani” jew “Raggruppamenti b'densità moderata”

 

Ċelluli ta' grilja ta' 1 km2 kontigwi (inkluż dijagonali) b'densità ta' mill-inqas 300 abitant/km2, u minimu ta' 5 000 abitant fir-raggruppament.

“Ċentri urbani” jew “Raggruppamenti b'densità għolja”

Ċelluli ta' grilja ta' 1 km2 kontigwi (mingħajr dijagonali) ġewwa r-“raggruppament urban” b'densità ta' mill-inqas 1 500 abitant/km2, u minimu ta' 50 000 abitant fir-raggruppament wara li jimtlew il-lakuni.

2.   

Il-kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata tat-tipoloġiji fil-livell tal-LAUs għandhom ikunu kif ġej:

Element kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

Tikketti

Kundizzjonijiet

Grad ta' urbanizzazzjoni (DEGURBA)

“Żoni urbani”

“Bliet” jew “Żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni”

Unitajiet territorjali fil-livell tal-LAUs fejn mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f'ċentri urbani.

“Bliet żgħar u subborgi” jew “Żoni b'densità intermedja ta' popolazzjoni”

Unitajiet territorjali fil-livell tal-LAUs fejn inqas minn 50 % tal-popolazzjoni tgħix f'ċelluli ta' grilja rurali, u inqas minn 50 % tgħix f'ċentri urbani.

“Żoni rurali” jew “Żoni b'popolazzjoni baxxa”

Unitajiet territorjali fil-livell tal-LAUs fejn mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f'ċelluli ta' grilja rurali.

Żoni urbani funzjonali

“Żoni urbani funzjonali”

“Bliet”

Unitajiet territorjali fil-livell tal-LAUs iddefiniti bħala “Bliet” jew “Żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni”

“Żona għall-ivvjaġġar”

Unitajiet territorjali fil-livell tal-LAUs li minnhom tal-anqas 15 % tal-popolazzjoni impjegata tivvjaġġa lejn il-belt, bl-inklużjoni ta' enklavi u l-esklużjoni ta' esklavi.

Żoni kostali

“Żoni kostali”

Unitajiet territorjali fil-livell tal-LAUs li jmissu mal-baħar jew li mill-inqas 50 % tas-superfiċe tagħhom tinsab inqas minn 10 km 'il bogħod mill-baħar. Jiżdiedu l-enklavi (LAUs mhux kostali mdawrin b'LAUs kostali li jmissu magħhom).

“Żoni mhux kostali”

Unitajiet territorjali fil-livell tal-LAUs li mhumiex “Żoni kostali”, jiġifieri li ma jmissux mal-baħar u li inqas minn 50 % tas-superfiċe tagħhom tinsab inqas minn 10 km 'il bogħod mill-baħar.

3.   

Il-kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata tat-tipoloġiji fil-livell 3 tan-NUTS għandhom ikunu kif ġej:

Element kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

Tikketti

Kundizzjonijiet

Tipoloġija urbana-rurali

“Reġjuni fil-biċċa l-kbira urbani”

Reġjuni tal-livell 3 tan-NTUS fejn mill-inqas 80 % tal-popolazzjoni tgħix f'raggruppamenti urbani.

“Reġjuni intermedji”

Reġjuni tal-livell 3 tan-NTUS fejn aktar minn 50 % iżda inqas minn 80 % tal-popolazzjoni tgħix f'raggruppamenti urbani.

“Reġjuni fil-biċċa l-kbira rurali”

Reġjuni tal-livell 3 tan-NTUS fejn mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f'ċelluli ta' grilja rurali.

Tipoloġija metropolitana

“Reġjuni metropolitani”

Reġjun wieħed, jew aggregazzjoni ta' reġjuni, tal-livell 3 tan-NUTS fejn mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f'żoni urbani funzjonali ta' mill-inqas 250 000 abitant.

“Reġjuni mhux metropolitani”

Reġjuni tal-livell 3 tan-NUTS li mhumiex “reġjuni metropolitani”.

Tipoloġija kostali

“Reġjuni kostali”

Reġjuni tal-livell 3 tan-NUTS li jmissu mal-baħar, jew dawk fejn mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix inqas minn 50 km mix-xatt, kif ukoll ir-reġjun tal-livell 3 tan-NUTS Hamburg (il-Ġermanja).

“Reġjuni mhux kostali”

Reġjuni tal-livell 3 tan-NUTS li mhumiex “Reġjuni kostali”.


Top