Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0953

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/953 tat-22 ta' Mejju 2019 li jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem “Nizza” (DOP)

C/2019/3989

ĠU L 154, 12.6.2019, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/953/oj

12.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/953

tat-22 ta' Mejju 2019

li jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem “Nizza” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja biex l-isem “Nizza” jiġi rreġistrat u ppubblikat din it-talba f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni dwar dan skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem “Nizza” jiġi protett u li dan jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta' dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Nizza” (DOP) huwa protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU C 55, 12.2.2019, p. 6.


Top