This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0921
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/921 of 3 June 2019 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/921 tat-3 ta' Ġunju 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/921 tat-3 ta' Ġunju 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2019/4245
ĠU L 148, 6.6.2019, pp. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/921
tat-3 ta' Ġunju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Prodott fil-forma ta' pillola li fiha 400 mg ta' S-Adenosil-L-Metijonina disulfat p-toluwensulfonat, fejn l-ingredjent attiv huwa s-S-Adenosil-L-Metijonina (“SAMe”). Il-prodott jinkludi wkoll kwantitajiet żgħar ħafna ta' ċelluloża mikrokristallina, idrossidu tal-manjeżju, aċidu steariku, stearat tal-manjeżju, silika kollojdali anidra, ossidu tal-kalċju u komponenti tal-kisi. Il-prodott huwa ppreżentat biex jintuża bħala suppliment tal-ikel li jiffaċilita l-funzjoni normali tal-fwied, jgħin fil-proċessi ta' detossifikazzjoni tal-ġisem u jappoġġa, b'mod ġenerali, is-saħħa emozzjonali tajba. Id-doża rakkomandata ta' kuljum hija pillola waħda. Il-prodott huwa ppreżentat bl-ingrossa. |
2106 90 92 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota addizzjonali 5 tal-Kapitolu 21 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 . Il-kontenut tal-ingredjent attiv “SAMe” għal kull pillola, mhuwiex adattat għall-prevenzjoni u t-trattament ta' mard jew problemi tas-saħħa. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3004 hija eskluża. Konsegwentement, il-prodott huwa preparazzjoni tal-ikel mhux speċifikata jew inkluża banda oħra (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 2106 , it-tieni paragrafu, il-punt (16)). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2106 90 92 bħala preparazzjoni tal-ikel li mhux speċifikata jew inkluża banda oħra. |