This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0887
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/887 of 13 March 2019 on the model financial regulation for public-private partnership bodies referred to in Article 71 of Regulation (EU, Euratom) 2018/1046 of the European Parliament and of the Council
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/887 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2019/1875
ĠU L 142, 29.5.2019, p. 16–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/16 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/887
tat-13 ta' Marzu 2019
dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 71 tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament Delegat (UE) Nru 110/2014 (2), il-Kummissjoni adottat il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(2) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 ġie mħassar u sostitwit bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi adottat mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata (public-private partnership, PPP) msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (minn hawn 'il quddiem “il-korpi PPP”). |
(3) |
Sabiex jiġu adottati regoli li jiżguraw ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni u biex il-korpi tal-PPP jkunu jistgħu jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom stess, huwa neċessarju li jiġi adottat mudell tar-regolament finanzjarju għal dawk il-korpi. Ir-regoli finanzjarji tal-korpi PPP ma jistgħux jiddevjaw minn dan ir-Regolament ħlief meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom ikunu jirrikjedu dan, u dan bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni. |
(4) |
Jenħtieġ li l-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi PPP ikun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u jenħtieġ li dan jippermetti simplifikazzjoni u kjarifika addizzjonali sabiex tiġi kkunsidrata l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom. |
(5) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni 2015/2461 (5) emenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 110/2014 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata biex jiġu allinjati r-regoli dwar il-kwittanza, ir-rapportar u l-awditjar estern applikabbli għall-korpi msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Ir-regoli dwar il-governanza, l-awditjar intern u l-obbligu ta' rendikont applikabbli għall-korpi PPP jenħtieġ li jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (6) applikabbli għall-korpi msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. |
(6) |
Minħabba li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (7) tħassar, l-obbligu li l-korpi PPP jadottaw ir-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom stess jenħtieġ li jitħassar ukoll. |
(7) |
Il-korpi PPP jenħtieġ li jistabilixxu u jimplimentaw il-baġit tagħhom f'konformità mal-prinċipji baġitarji tal-unità, l-preċiżjoni baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba, li titlob it-trasparenza u kontroll intern effettiv u effiċjenti. |
(8) |
Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjoni u sabiex tkun tista' titwettaq nefqa amministrattiva ta' rutina fit-tmiem ta' sena finanzjarja, il-korpi PPP jenħtieġ li jkunu kapaċi, skont kondizzjonijiet speċifiċi, iwettqu tali nefqa bil-quddiem mal-approprjazzjonijiet ipprovduti għas-sena finanzjarja ta' wara. |
(9) |
B'kunsiderazzjoni għall-ispeċifiċitajiet tagħhom, il-korpi PPP jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jużaw sponsorizzar korporattiv. |
(10) |
Jenħtieġ li l-kunċett tal-prestazzjoni fir-rigward tal-baġit tal-UE jiġi ċċarat. Jenħtieġ li l-prestazzjoni tkun marbuta mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Jenħtieġ li jkun definit il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Jenħtieġ li tiġi stabbilita rabta bejn, minn naħa waħda, l-objettivi stabbiliti u l-indikaturi tal-prestazzjoni u, min-naħa l-oħra, ir-riżultati u l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fl-użu tal-approprjazzjonijiet. |
(11) |
Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ġenerali tal-kompiti u l-attivitajiet ta' korp PPP, jenħtieġ li dan il-korp ikun jista' jdaħħal l-approprjazzjonijiet mhux użati għal sena partikolari fl-istima tad-dħul u n-nefqa tat-tliet snin finanzjarji ta' wara. |
(12) |
Huwa neċessarju li jiġu speċifikati s-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà u tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, b'kunsiderazzjoni għan-natura pubblika-privata tal-korpi PPP. Jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni jkunu kompletament responsabbli għall-operazzjonijiet kollha tad-dħul u n-nefqa eżegwiti permezz tal-awtorità tagħhom u jenħtieġ li jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, inkluż, jekk meħtieġ, permezz ta' proċeduri dixxiplinari. Biex jiġu evitati żbalji u irregolaritajiet, jenħtieġ li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni jistabbilixxu strateġija ta' kontroll pluriennali li jenħtieġ li tkun imsejsa fuq kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u fuq il-kosteffettività. |
(13) |
Biex ikun garantit li kull korp PPP huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu u jkunu rrispettati l-objettivi assenjati lilu meta kien stabbilit, jenħtieġ li l-korpi PPP jkunu jistgħu, jekk meħtieġ, jimpjegaw korpi esterni tas-settur privat għat-twettiq tal-kompiti fdati lilhom, jekk meħtieġ, sakemm dawk il-kompiti ma jinvolvux xi missjoni ta' servizz pubbliku jew kwalunkwe użu tas-setgħat diskrezzjonali ta' ġudizzju. |
(14) |
Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tagħhom u f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-korpi PPP ikollhom il-possibbiltà li jikkonkludu ftehimiet fil-livell ta' servizz f'konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, b'mod partikolari mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll ma' korpi oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi żgurat rapportar xieraq dwar dawn il-ftehimiet fil-livell ta' servizz. |
(15) |
Sabiex tittejjeb il-kosteffiċjenza, jenħtieġ li l-korpi PPP jkollhom il-possibbiltà li jikkondividu s-servizzi jew li jittrasferixxu dawn is-servizzi lil korp ieħor jew lill-Kummissjoni, b'mod partikolari billi l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jkun jista' jiġi fdat bil-kompiti kollha tal-uffiċjal tal-kontabbiltà ta' korp PPP, jew parti minnhom. |
(16) |
Biex jidentifikaw u jiġġestixxu b'mod korrett ir-riskju ta' kunflitt ta' interess reali jew ipperċepit, jenħtieġ li l-korpi PPP ikunu obbligati jadottaw regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitt ta' interess. Jenħtieġ li tali regoli jqisu l-gwida pprovduta mill-Kummissjoni. |
(17) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-prinċipji li għandhom jiġu segwiti f'dak li jirrigwarda l-operazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa ta' kull korp PPP. |
(18) |
F'konformità man-natura speċifika tal-korpi PPP, jenħtieġ li l-membri tagħhom iġarrbu l-ispejjeż tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-ispejjeż amministrattivi tal-korp PPP. Il-benefiċjarji li mhumiex membri tal-finanzjament ipprovdut minn korp PPP jenħtieġ li ma jikkontribwixxux direttament jew indirettament, u bl-ebda forma, għal tali spejjeż, u jenħtieġ li ma jiġux mistiedna jew mitluba li jikkontribwixxu għall-ispejjeż amministrattivi tal-korp PPP meta jieħdu sehem fi proġetti kkofinanzjati minn dak il-korp. |
(19) |
Il-korpi PPP għandhom jadottaw il-programm ta' ħidma annwali tiegħu għal sena partikolari sa tmiem is-sena preċedenti. Dan il-programm ta' ħidma annwali jenħtieġ li jkollu deskrizzjoni tal-attivitajiet li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull waħda minnhom, informazzjoni dwar l-istrateġija ġenerali għall-implimentazzjoni tal-programm fdata lill-korp PPP, kif ukoll l-istrateġija biex jinkisbu gwadanji u sinerġiji effiċjenti. Il-programm ta' ħidma annwali jenħtieġ li jinkludi wkoll strateġija għal sistemi ta' ġestjoni organizzattiva u ta' kontroll intern, inkluża strateġija kontra l-frodi u indikazzjoni tal-miżuri li jipprevjenu r-rikorrenza ta' każijiet ta' kunflitt ta' interess, irregolaritajiet u frodi, b'mod partikolari fejn id-dgħufijiet wasslu għal rakkomandazzjonijiet kritiċi. |
(20) |
Minbarra l-forom ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni diġà stabbiliti sew (ir-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli fil-fatt imġarrba, l-ispejjeż unitarji, is-somom f'daqqa u l-finanzjament b'rata fissa), huwa xieraq li l-korpi PPP jitħallew jagħtu appoġġ permezz tal-finanzjament li ma jkunx marbut mal-ispejjeż tal-operazzjonijiet rilevanti. Din il-forma addizzjonali ta' finanzjament jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-adempiment ta' ċerti kundizzjonijiet ex ante jew fuq il-kisba tar-riżultati mkejla b'referenza għal tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni. |
(21) |
Biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ir-regoli dwar sistema unika ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni mwaqqfa bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jenħtieġ li japplikaw għall-korpi PPP. |
(22) |
Biex tissaħħaħ il-governanza tal-korpi PPP, jenħtieġ li dawn il-korpi jirrapportaw mingħajr dewmien il-każijiet ta' frodi, l-irregolaritajiet finanzjarji u l-investigazzjonijiet lill-Kummissjoni. |
(23) |
Minħabba n-natura pubblika-privata tal-korpi PPP u b'mod partikolari l-kontribuzzjoni tas-settur privat għall-baġit ta' korp PPP, il-proċeduri flessibbli għall-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jenħtieġ li jkunu previsti. Jenħtieġ li dawn il-proċeduri jirrispettaw il-prinċipji ta' trasparenza, ta' proporzjonalità, ta' trattament indaqs u ta' nondiskriminazzjoni u jistgħu parzjalment jitbiegħdu mid-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Il-kooperazzjoni msaħħa fost il-membri tal-korpi PPP hija mistennija li tikkontribwixxi għal provvista aħjar u orħos ta' oġġetti u servizzi, kif ukoll għall-evitar ta' spejjeż eċċessivi fil-ġestjoni ta' proċeduri ta' akkwist. Għall-provvista ta' prodotti, il-provvista ta' servizzi jew għat-twettiq ta' xogħol li dawk il-membri jipprovdu direttament u mingħajr rikors għal terzi persuni, il-korpi PPP għalhekk jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti mingħajr rikors għal proċedura ta' akkwist mal-membri tagħhom ħlief l-Unjoni. |
(24) |
Il-korpi PPP jenħtieġ li jkunu kapaċi jużaw esperti esterni għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet, proġetti u offerti u biex jiġu pprovduti opinjonijiet u pariri f'każijiet speċifiċi. Dawn l-esperti jenħtieġ li jintgħażlu f'konformità mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni, ta' trattament indaqs u ta' assenza ta' kunflitt ta' interess. |
(25) |
Fir-rigward tal-għoti ta' għotjiet u premjijiet, biex tkun żgurata implimentazzjoni koerenti mal-azzjonijiet li huma ġestiti direttament mill-Kummissjoni, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, soġġetti għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-att kostitwenti tal-korp PPP jew tal-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP. |
(26) |
F'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), il-korpi PPP għandhom jibagħtu mingħajr dewmien kull informazzjoni relatata ma' każijiet possibbli ta' frodi, ta' korruzzjoni jew ta' kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi. F'konformità mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (9), il-korpi PPP għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jirrapportaw lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew kull imġiba kriminali li fir-rigward tagħha jkun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità ma' dak ir-regolament. Biex tissaħħaħ il-governanza tal-korpi PPP, jenħtieġ li jiġu rrappurtati wkoll każijiet ta' frodi, irregolaritajiet finanzjarji, kif ukoll investigazzjonijiet, lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-korpi PPP jistabbilixxu proċeduri li jipproteġu kif dovut id-data personali u li jiżguraw ir-rispett tal-prinċipju ta' ħtieġa ta' tagħrif f'kull trażmissjoni ta' informazzjoni relatata ma' frodi preżunta u irregolaritajiet oħrajn u investigazzjonijiet li għaddejjin jew li tlestew. |
(27) |
Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 110/2014 jenħtieġ li jitħassar. Jenħtieġ li r-referenza għar-regolament imħassar titqies bħala referenza għal dan ir-Regolament. |
(28) |
Biex tkun tista' ssir l-adozzjoni f'waqtha tar-regolamenti finanzjarji riveduti mill-korpi PPP mill-1 ta' Settembru 2019 u biex il-korpi PPP ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni u l-allinjament mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'mod urġenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (“il-korpi PPP”) għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom stess. Ir-regoli finanzjarji tal-korp PPP ma għandhomx jiddevjaw minn dan ir-Regolament ħlief meta l-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni f'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046. Il-korp PPP għandu jippubblika r-regoli finanzjarji tiegħu fuq il-website tiegħu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“bord ta' tmexxija” tfisser il-korp intern ewlieni tal-korp PPP li għandu r-responsabbiltà li jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji, irrispettivament mill-isem li ngħatalu fl-att kostitwenti tal-korp PPP, |
(2) |
“direttur” tfisser il-persuna li għandha r-responsabbiltà li timplimenta d-deċiżjonijiet tal-bord ta' tmexxija u l-baġit tal-korp PPP bħala uffiċċjal tal-awtorizzazzjoni, irrispettivament mit-titolu mogħti lilu fl-att kostitwenti tal-korp PPP, |
(3) |
“membru” tfisser membru tal-korp PPP f'konformità mal-att kostitwenti tiegħu, |
(4) |
“att kostitwenti” tfisser l-att tad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-aspetti ewlenin tat-twaqqif u t-tħaddim tal-korp PPP, |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 3
Ambitu tal-baġit
Għal kull sena finanzjarja, il-baġit tal-korp PPP għandu jipprevedi u jawtorizza d-dħul u n-nefqa kollha meqjusin neċessarji għall-korp PPP. Dan għandu jikkonsisti minn:
(a) |
id-dħul tal-korp PPP, li jinkludi:
|
(b) |
in-nefqa tal-korp PPP, inkluża n-nefqa amministrattiva. |
KAPITOLU 2
PRINĊIPJI BAĠITARJI
Artikolu 4
Rispett għall-prinċipji baġitarji
Il-baġit tal-korp PPP għandu jkun stabbilit u implimentat f'konformità mal-prinċipji tal-unità, il-preċiżjoni baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba u t-trasparenza kif stipulat f'dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Prinċipji tal-unità u tal-preċiżjoni baġitarja
1. Id-dħul u n-nefqa kollha għandhom jiġu rreġistrati f'linja baġitarja fil-baġit tal-korp PPP.
2. L-ebda nefqa ma tista' tkun impenjata jew awtorizzata meta taqbeż l-approprjazzjonijiet awtorizzati mill-baġit tal-korp PPP.
3. Approprjazzjoni tista' tiddaħħal fil-baġit tal-korp PPP biss jekk din tkun għal element ta' nefqa meqjus bħala meħtieġ.
4. L-imgħaxijiet iġġenerati mill-pagamenti ta' prefinanzjament magħmulin mill-baġit tal-korp PPP ma għandhomx ikunu dovuti lill-korp PPP.
Artikolu 6
Prinċipju tal-annwalità
1. L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-korp PPP għandhom ikunu awtorizzati għal sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.
2. L-approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom ikopru l-ispejjeż totali tal-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja.
3. L-approprjazzjonijiet ta' pagament għandhom ikopru l-pagamenti mwettqa biex jiġu rispettati l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew fis-snin finanzjarji preċedenti.
4. Għall-approprjazzjonijiet amministrattivi, in-nefqa ma għandhiex teċċedi d-dħul mistenni għas-sena kif imsemmi fl-Artikolu 3(a)(i).
5. Minħabba l-ħtiġijiet tal-korp PPP, l-approprjazzjonijiet mhux użati jistgħu jiddaħħlu fl-istimi tad-dħul u n-nefqa sat-tliet snin finanzjarji ta' wara. Dawn l-approprjazzjonijiet iridu jintużaw l-ewwel.
6. Il-paragrafi minn 1 sa 5 ma għandhomx jimpedixxu lill-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja milli dawn jitqassmu f'pagamenti annwali fuq diversi snin meta l-att kostitwenti jipprevedi dan jew meta jkunu għan-nefqa amministrattiva.
Artikolu 7
Impenjar tal-approprjazzjonijiet
1. L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit jistgħu jiġu impenjati mill-1 ta' Jannar, ladarba l-baġit tal-korp PPP jiġi adottat b'mod definittiv.
2. Mill-15 ta' Ottubru tas-sena finanzjarja, in-nefqa amministrattiva ta' rutina tista' tiġi impenjata bil-quddiem mal-approprjazzjonijiet ipprovduti għas-sena finanzjarja ta' wara, dment li tali nefqa tkun ġiet approvata fl-aħħar baġit tal-korp PPP adottat kif xieraq, u sa massimu ta' kwart wieħed biss tal-approprjazzjonijiet korrispondenti totali deċiżi mill-bord ta' tmexxija għas-sena finanzjarja kurrenti.
Artikolu 8
Prinċipju tal-ekwilibriju
1. Id-dħul u l-approprjazzjonijiet ta' pagament għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.
2. L-approprjazzjonijiet għall-impenji ma għandhomx jaqbżu l-kontribuzzjoni annwali rilevanti tal-Unjoni kif stabbilit fil-ftehim tat-trasferiment annwali tal-fondi mal-Kummissjoni, flimkien ma' kontribuzzjonijiet annwali minn Membri oħra għajr l-Unjoni, kull dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 3 u l-ammont ta' approprjazzjonijiet mhux użati msemmija fl-Artikolu 6(5).
3. Il-korp PPP ma għandux jidħol għal dejn fil-qafas tal-baġit tal-korp PPP.
4. Jekk ir-riżultat tal-baġit huwa wieħed pożittiv, dan għandu jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta' wara bħala dħul.
Jekk ir-riżultat tal-baġit huwa wieħed negattiv, dan għandu jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta' wara bħala approprjazzjonijiet ta' pagament.
Artikolu 9
Prinċipju tal-unità tal-kontijiet
Il-baġit tal-korp PPP għandu jitħejja u jiġi implementat f'euro u l-kontijiet għandhom ikunu ppreżentati f'euro. Madankollu, għall-finijiet ta' flussi tal-flus, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun awtorizzat iwettaq operazzjonijiet f'muniti oħrajn kif stabbilit fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP.
Artikolu 10
Prinċipju tal-universalità
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, id-dħul totali għandu jkopri l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali. Id-dħul u n-nefqa kollha għandhom jiddaħħlu b'mod sħiħ u mingħajr l-ebda aġġustament kontra xulxin, soġġett għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP relatata ma' każijiet fejn ċertu tnaqqis jista' jsir minn talbiet għal pagament, li mbagħad jingħaddew għall-pagament tal-ammont nett.
2. Id-dħul allokat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonijiet, minn sussidji, minn rigali u minn legati, għandu jintuża biex jiffinanzja elementi speċifiċi tan-nefqa.
3. Id-direttur jista' jilqa' kull donazzjoni li ssir lill-korp PPP, bħalma huwa d-dħul minn fondazzjonijiet, minn sussidji, minn rigali u minn legati.
L-aċċettazzjoni ta' donazzjonijiet li jistgħu jinvolvu miżata finanzjarja sinifikanti għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-bord ta' tmexxija, li jrid jieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn mid-data li tingħatalu t-talba. Jekk il-bord ta' tmexxija ma jiħux deċiżjoni f'dak iż-żmien, id-donazzjoni għandha titqies milqugħa.
L-ammont meta l-miżata finanzjarja kkonċernata ogħla minnu hija kkunsidrata bħala waħda sinifikanti għandu jiġi stabbilit permezz ta'deċiżjoni tal-bord ta' tmexxija.
Artikolu 11
Sponsorizzar korporattiv
L-Artikolu 26 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 ma għandux japplika għall-korpi PPP.
Artikolu 12
Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni
1. L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu allokati għal skopijiet speċifiċi tal-anqas skont it-titolu u l-kapitolu.
2. Id-direttur jista' jittrasferixxi approprjazzjonijiet:
(a) |
minn titolu għal ieħor sa massimu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment; |
(b) |
minn kapitolu għal ieħor u f'kull kapitolu mingħajr limitu. |
3. Lil hinn mil-limiti msemmija fil-paragrafu 2, id-direttur jista' jipproponi trasferimenti ta' approprazzjonijiet minn titolu għal ieħor lill-bord ta' tmexxija. Il-bord ta' tmexxija għandu jkollu żmien ta' tliet ġimgħat biex jopponi t-trasferimenti proposti. Wara dan il-limitu ta' żmien, it-trasferimenti proposti għandhom jitqiesu bħala adottati.
4. Id-direttur għandu jinforma lill-bord ta' tmexxija kemm jista' jkun malajr dwar it-trasferimenti kollha mwettqa skont il-paragrafu 2.
Artikolu 13
Prinċipju ta' ġestjoni u prestazzjoni finanzjarja tajba
1. L-approprjazzjonijiet għandhom jintużaw f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u b'hekk għandhom jiġu implimentati bl-osservanza tal-prinċipji li ġejjin:
(a) |
il-prinċipju tal-ekonomija, li jirrikjedi li r-riżorsi użati mill-korp PPP fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu disponibbli fi żmien debitu, fi kwantità u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz; |
(b) |
il-prinċipju tal-effiċjenza li jikkonċerna l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi; |
(c) |
il-prinċipju tal-effettività li jikkonċerna kemm intlaħqu l-objettivi fil-mira permezz tal-attivitajiet imwettqa. |
2. B'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-użu tal-approprjazzjonijiet għandu jiffoka fuq il-prestazzjoni u għal dan il-għan:
(a) |
l-objettivi għall-attivitajiet għandhom jiġu stabbiliti ex ante; |
(b) |
il-progress fil-kisba tal-objettivi għandu jiġi mmonitorjat bl-indikaturi tal-prestazzjoni; |
(c) |
il-progress fil-kisba ta' dawk l-objettivi u l-problemi dwarhom għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 16(2) u mal-Artikolu 23(2). |
3. L-objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, rilevanti u marbuta bil-ħin imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu stabbiliti għas-setturi kollha tal-attività koperta mill-baġit tal-korp PPP u, fejn rilevanti, għandhom jiġu definiti indikaturi rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli u robusti. Informazzjoni dwar l-indikaturi għandha tingħata kull sena mid-direttur lill-bord ta' tmexxija, mhux iżjed tard minn meta jkunu ppreżentati d-dokumenti li jakkumpanjaw l-abbozz tal-baġit tal-korp PPP.
4. Sakemm l-att kostitwenti ma jipprevedix evalwazzjonijiet li jridu jsiru mill-Kummissjoni, il-korp PPP, biex itejjeb il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, għandu jwettaq evalwazzjonijiet, inklużi evalwazzjonijiet retrospettivi, li għandhom ikunu proporzjonati għall-objettivi u n-nefqa. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintbagħtu lill-bord ta' tmexxija.
5. L-evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tal-attività, inklużi aspetti bħall-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE. L-evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni ġġenerata mill-arranġamenti u l-indikaturi ta' monitoraġġ stabbiliti għall-azzjoni kkonċernata. Dawn għandhom isiru tal-anqas darba għal kull qafas finanzjarju pluriennali u fejn possibbli f'biżżejjed żmien sabiex is-sejbiet ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjonijiet ex ante jew il-valutazzjonijiet tal-impatt li jappoġġjaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet relatati.
Artikolu 14
Kontroll intern tal-implimentazzjoni baġitarja
1. Skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit tal-korp PPP għandu jiġi implimentat f'konformità mal-kontroll intern effettiv u effiċjenti.
2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-korp PPP, il-kontroll intern għandu jiġi applikat fil-livelli kollha tal-ġestjoni u għandu jitfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-kisba tal-objettivi li ġejjin:
(a) |
l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet; |
(b) |
il-kredibbiltà tar-rapportar; |
(c) |
is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni; |
(d) |
il-prevenzjoni, l-individwazzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu tal-frodi u tal-irregolaritajiet; |
(e) |
ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, b'kunsiderazzjoni għan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati. |
3. Il-kontroll intern effettiv u effiċjenti għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u fuq il-Qafas ta' Kontroll Intern stabbilit mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha stess, u għandu jinkludi, b'mod partikolari, l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 36(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046.
Artikolu 15
Prinċipju tat-trasparenza
1. Il-baġit tal-korp PPP għandu jkun stabbilit u implimentat u l-kontijiet ippreżentati f'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.
2. Il-baġit tal-korp PPP, inkluż il-pjan ta' stabbiliment u kwalunkwe baġits emendatorji, kif adottati, inkluż kwalunkwe adattament kif previst fl-Artikolu 17(1), għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tal-korp PPP fi żmien erba' ġimgħat mill-adozzjoni tagħhom u għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
3. Il-korp PPP, fuq il-website tiegħu u sa mhux iżjed tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja li fiha ġew impenjati legalment il-fondi, għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-fondi ffinanzjati mill-baġit tal-korp PPP, inklużi l-esperti kkuntrattati skont l-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u wara preżentazzjoni standard, soġġetta għal kwalunkwe proċedura speċifika stabbilita fl-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP.
L-informazzjoni ppubblikata għandha tkun aċċessibbli faċilment, trasparenti, u komprensiva. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli filwaqt li jkunu debitament osservati r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).
KAPITOLU 3
PJANIFIKAZZJONI FINANZJARJA
Artikolu 16
Stima ta' dħul u nefqa
1. Il-korp PPP għandu jibgħat stima tad-dħul u n-nefqa tiegħu u l-linji gwida ġenerali bħala bażi għal din l-istima, flimkien ma' abbozz tal-programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 33(4), lill-Kummissjoni u lill-membri l-oħra mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar tas-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat il-baġit tal-korp PPP. Din għandha tiġi adottata mill-Bord ta' Tmexxija f'konformità mal-proċedura prevista fl-att kostitwenti tal-korp PPP.
2. L-istima tad-dħul u n-nefqa tal-korp PPP għandha tinkludi:
(a) |
stima tan-numru ta' karigi permanenti u temporanji, skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad, kif ukoll tal-persunal bil-kuntratt u tal-esperti nazzjonali ssekondati espressi f'ekwivalenti full-time, fil-limiti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit; |
(b) |
f'każ ta' varjazzjoni fl-għadd ta' persunal, dikjarazzjoni li tiġġustifika t-talba għal karigi ġodda; |
(c) |
stima ta' kull tliet xhur tal-pagamenti bi flus u riċevuti; |
(d) |
informazzjoni dwar il-progress fil-kisba tal-objettivi kollha li qed jiġu segwiti; |
(e) |
il-miri stabbiliti għas-sena finanzjarja li magħha hija marbuta l-istima, fejn jiġi indikat kull bżonn baġitarju speċifiku maħsub biex jinkisbu dawn il-miri; |
(f) |
l-ispejjeż amministrattivi u l-baġit implimentat tal-korp PPP fis-sena finanzjarja preċedenti; |
(g) |
l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru fis-sena N-1 mill-membri u l-valur tal-kontribuzzjonijiet in natura li saru mill-membri, minbarra l-Unjoni; |
(h) |
informazzjoni dwar l-approprjazzjonijiet mhux użati li jiddaħħlu fl-istima tad-dħul u n-nefqa għal kull sena f'konformità mal-Artikolu 6(5). |
Artikolu 17
Stabbiliment tal-baġit
1. Il-baġit tal-korp PPP u l-pjan ta' stabbiliment tal-persunal, inkluż l-għadd ta' karigi permanenti u temporanji skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad u kkomplementat bl-għadd ta' persunal bil-kuntratt u ta' esperti nazzjonali ssekondati espressi f'ekwivalenti full-time, għandhom jiġu adottati mill-bord ta' tmexxija f'konformità mal-att kostitwenti tal-korp PPP. Jistgħu jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP. Kull emenda għall-baġit tal-korp PPP, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, għandha tkun is-suġġett ta' baġit emendatorju tal-korp PPP adottat permezz tal-istess proċedura tal-baġit inizjali tal-korp PPP. Il-baġit tal-korp PPP u, fejn xieraq, il-baġits emendatorji tal-korp PPP għandhom jiġu adattati sabiex jitqies l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fil-baġit tal-Unjoni. Il-baġit annwali għal sena partikolari għandu jkun adottat sa tmiem is-sena preċedenti.
2. Il-baġit tal-korp PPP għandu jikkonsisti minn dikjarazzjoni tad-dħul u dikjarazzjoni tan-nefqa.
3. Il-baġit tal-korp PPP għandu juri:
(a) |
fid-dikjarazzjoni tad-dħul:
|
(b) |
fid-dikjarazzjoni tan-nefqa:
|
4. Il-pjan ta' stabbiliment għandu juri, ħdejn l-għadd ta' karigi awtorizzati għas-sena finanzjarja, l-għadd ta' karigi awtorizzati għas-sena finanzjarja preċedenti u l-għadd ta' karigi li tassew imtlew. L-istess informazzjoni għandha tintwera għal karigi temporanji, kif ukoll għall-persunal bil-kuntratt u l-esperti nazzjonali ssekondati.
KAPITOLU 4
ATTURI FINANZJARJI
Artikolu 18
Segregazzjoni tad-dmirijiet
1. Id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandhom ikunu segregati u esklussivi b'mod reċiproku.
2. Kull korp PPP għandu jipprovdi lil kull attur finanzjarju bir-riżorsi meħtieġa biex ikun jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu u bi statut li jiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu.
Artikolu 19
Implimentazzjoni baġitarja f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba
1. Id-direttur għandu jaqdi d-dmirijiet ta' uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Id-direttur għandu jimplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit tal-korp PPP f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-korp PPP u l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż billi jiżgura r-rapportar dwar il-prestazzjoni, taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati. Id-direttur għandu jkun responsabbli li jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' legalità, regolarità u trattament ugwali tar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.
Mingħajr preġudizzju lejn ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u l-individwazzjoni ta' frodi u irregolaritajiet, il-korp PPP għandu jipparteċipa f'attivitajiet ta' prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF).
2. Id-direttur jista' jiddelega s-setgħat ta' implimentazzjoni baġitarja lill-persunal tal-korp PPP kopert mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (11) (“ir-Regolamenti tal-Persunal”), li japplikaw għall-persunal tal-korp PPP, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli finanzjarji tal-korp PPP. Dawk li jingħataw din is-setgħa jistgħu jaġixxu biss fil-limiti tas-setgħat li jkunu ngħataw lilhom espressament.
Artikolu 20
Setgħat u dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni
1. Il-baġit tal-korp PPP għandu jiġi implimentat mid-direttur fid-dipartimenti taħt l-awtorità tiegħu.
2. Biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tagħhom, il-korpi PPP jistgħu jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta' servizz kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
3. Il-kompiti li jinvolvu għarfien espert tekniku u l-kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari, li la jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika u lanqas l-użu ta' setgħat ta' ġudizzju diskrezzjonali, jistgħu jingħataw b'kuntratt lil entitajiet esterni tas-settur privat, fejn dan ikun indispensabbli.
4. Id-direttur għandu jqiegħed fis-seħħ l-istruttura organizzattiva u s-sistemi ta' kontroll intern xierqa għat-twettiq tad-dmirijiet tad-direttur, f'konformità mal-istandards minimi jew il-prinċipji adottati mill-bord ta' tmexxija, fuq il-bażi tal-Qafas ta' Kontroll Intern stipulat mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha stess u billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji assoċjati mal-ambjent tal-ġestjoni u n-natura tal-azzjonijiet iffinanzjati. L-istabbiliment ta' tali struttura u sistemi għandu jkun appoġġat minn analiżi tar-riskju li tqis il-kosteffettività tagħhom u l-kunsiderazzjonijiet ta' prestazzjoni.
Fid-dipartiment tiegħu d-direttur jista' jistabbilixxi funzjoni ta' għarfien espert u pariri maħsuba biex tgħinu jikkontrolla r-riskji involuti fl-attivitajiet tiegħu.
5. Id-direttur għandu jistabbilixxi sistemi stampati jew elettroniċi għaż-żamma tad-dokumenti ta' sostenn oriġinali relatati mal-implimentazzjoni baġitarja. Tali dokumenti għandhom jinżammu għal tal-anqas ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li biha l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena finanzjarja marbuta mad-dokumenti. Id-data personali inkluża fid-dokumenti ta' sostenn għandha, fejn possibbli, titħassar meta din id-data ma tkunx neċessarja għall-finijiet ta' kontroll u ta' awditjar. L-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika għaż-żamma tad-data.
Artikolu 21
Kontrolliex ante
1. Biex jiġu evitati żbalji u irregolaritajiet qabel l-awtorizzazzjoni ta' operazzjonijiet u biex jiġu mitigati r-riskji li ma jintlaħqux l-objettivi, kull operazzjoni għandha tkun soġġetta tal-anqas għal kontroll ex ante relatat mal-aspetti operazzjonali u finanzjarji tal-operazzjoni, fuq il-bażi ta' strateġija ta' kontroll pluriennali li tqis ir-riskju.
Il-firxa f'termini tal-frekwenza u tal-intensità tal-kontrolli ex ante għandha tiġi ddeterminata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u l-kosteffettività, fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju tiegħu stess. F'każ ta' dubju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-validazzjoni tal-operazzjonijiet rilevanti għandu, bħala parti mill-kontroll ex ante, jitlob informazzjoni komplimentari jew jagħmel kontroll fil-post sabiex jikseb assigurazzjoni raġonevoli.
Għal operazzjoni speċifika, il-verifika għandha ssir minn persunal li mhux dak li ta bidu għall-operazzjoni. Il-persunal li jwettaq il-verifiki ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal li nedew l-operazzjoni.
2. Il-kontrolli ex ante għandhom jinkludu l-inizjazzjoni u l-verifika ta' operazzjoni.
L-inizjazzjoni u l-verifika ta' operazzjoni għandhom ikunu funzjonijiet separati.
3. L-inizjazzjoni ta' operazzjoni għandha tinftiehem bħala l-operazzjonijiet kollha li huma preparatorji għall-adozzjoni tal-atti li jimplimentaw il-baġit tal-korp PPP mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.
4. Il-kontrolli ex ante għandhom jivverifikaw il-koerenza fost id-dokumenti ta' sostenn mitluba u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli.
L-għan tal-kontrolli ex ante għandu jkun li jaċċertaw li:
(a) |
in-nefqa saret kif suppost u tikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli; |
(b) |
il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba stabbilit fl-Artikolu 13 ikun ġie applikat. |
Għall-iskop tal-kontrolli, jistgħu jiġu kkunsidrati serje ta' tranżazzjonijiet individwali simili relatati man-nefqa ta' rutina fuq is-salarji, il-pensjonijiet, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-ispejjeż mediċi mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli biex imexxi operazzjoni waħda.
Artikolu 22
Kontrolliex post
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jimplimenta kontrolli ex post biex jiġu identifikati u kkoreġuti żbalji u irregolaritajiet ta' operazzjonijiet wara li jkunu ġew awtorizzati. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta' kampjun skont ir-riskju u għandhom iqisu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet dwar il-kosteffettività u l-prestazzjoni.
Il-kontrolli ex post jistgħu jitwettqu fuq il-bażi ta' dokumenti u, fejn ikun xieraq, fil-post.
2. Il-kontrolli ex post għandhom jitwettqu mill-persunal għajr dak responsabbli għall-kontrolli ex ante. Il-persunal responsabbli għall-kontrolli ex post ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal responsabbli mill-kontrolli ex ante.
L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli u l-persunal responsabbli għall-implimentazzjoni baġitarja għandu jkollhom il-ħiliet professjonali meħtieġa.
Artikolu 23
Rapport tal-Attività Annwali Kkonsolidat
1. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jagħti rendikont kull sena lill-bord ta' tmexxija dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu għas-sena N-1 fil-forma ta' rapport tal-attività annwali kkonsolidat li jkun fih:
(a) |
informazzjoni dwar:
|
(b) |
dikjarazzjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li tiddikjara jekk huwa għandux assigurazzjoni raġonevoli li, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva marbuta ma' oqsma definiti ta' dħul u nefqa:
|
2. Ir-rapport ta' attività annwali kkonsolidat għandu jindika r-riżultati tal-operazzjonijiet b'referenza għall-objettivi stabbiliti u l-kunsiderazzjonijiet ta' prestazzjoni, ir-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern, inkluża valutazzjoni ġenerali tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli.
Ir-rapport annwali kkonsolidat għandu jiġi ppreżentat lill-bord ta' tmexxija għal valutazzjoni.
3. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena, il-bord ta' tmexxija għandu jibgħat ir-rapport tal-attività annwali kkonsolidat flimkien mal-valutazzjoni tiegħu dwaru lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali jistgħu jiġu stabbiliti fl-att kostitwenti f'każijiet ġustifikati kif xieraq, b'mod partikolari meta dan ikun meħtieġ min-natura tal-qasam li fih jopera l-korp PPP.
5. Ladarba jkun ivvalutat mill-bord ta' tmexxija, ir-rapport tal-attività annwali għandu jiġi ppubblikat fuq il-website tal-korp PPP.
Artikolu 24
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Jekk membru tal-persunal involut fil-ġestjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa obbligat josserva, għandu jinforma lid-direttur, li jekk l-informazzjoni tkun ingħatatlu bil-mitkub, id-direttur għandu jirrispondi bil-miktub. Jekk id-direttur jonqos milli jieħu azzjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar, jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali tiegħu u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwixxix tweġiba raġonevoli għat-tħassib tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-bord rilevanti msemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u lill-bord ta' tmexxija bil-miktub.
2. F'każ ta' xi attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni, tal-korp PPP jew tal-membri tiegħu, il-membru tal-persunal jew uffiċjal ieħor, inklużi l-esperti nazzjonali ssekondati mill-korp PPP, għandu jinforma lis-superjur immedjat tiegħu, lid-direttur jew lill-bord ta' tmexxija tal-korp PPP jew, sa fejn huma involuti l-interessi tal-Unjoni jew tal-korp PPP, lill-OLAF jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (European Public Prosecutor's Office, EPPO) direttament. Il-kuntratti mal-awdituri esterni li jwettqu awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tal-korp PPP għandhom jipprevedu obbligu tal-awditur estern biex jinforma lid-direttur jew, jekk jagħti l-każ li dan ikun involut, lill-bord ta' tmexxija dwar kwalunkwe suspett ta' attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni, tal-korp PPP jew tal-membri tiegħu.
Artikolu 25
Uffiċjal tal-kontabbiltà
1. Il-bord ta' tmexxija għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, fejn dawn japplikaw għall-persunal tal-korp PPP, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu. Ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà fil-korp PPP huma:
(a) |
l-implimentazzjoni adegwata tal-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli; |
(b) |
iż-żamma, il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet f'konformità mal-Kapitolu 8 ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
l-implimentazzjoni, f'konformità mal-Kapitolu 8 ta' dan ir-Regolament, tar-regoli tal-kontabbiltà u tat-tabella tal-kontijiet; |
(d) |
l-istabbiliment u l-validazzjoni tas-sistemi tal-kontijiet u, fejn xieraq, is-sistemi tal-validazzjoni stabbiliti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni biex iforni jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontijiet; |
(e) |
l-immaniġġar ta' flus. |
Fir-rigward tal-kompiti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jingħata s-setgħa biex jivverifika fi kwalunkwe ħin il-konformità mal-kriterji ta' validazzjoni.
2. Żewġ korpi PPP jew aktar jistgħu jaħtru l-istess uffiċjal tal-kontabbiltà.
Il-korpi PPP jistgħu wkoll jaqblu mal-Kummissjoni li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP.
Huma jistgħu wkoll jinkarigaw lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni b'parti mill-kompiti tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP filwaqt li wieħed iqis il-kunsiderazzjonijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċi.
Fil-każijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, dawn għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess.
3. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta' kontijiet li jagħtu stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-implimentazzjoni baġitarja tal-korp PPP. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jiggarantixxi l-kredibbiltà ta'tali informazzjoni.
4. Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mid-direttur, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jiffirmahom u b'hekk jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-korp PPP.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jivverifika li l-kontijiet tħejjew f'konformità mar-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 47 u li d-dħul u n-nefqa kollha jkunu ddaħħlu fil-kontijiet.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jingħata s-setgħa li jivverifika l-informazzjoni li jirċievi kif ukoll li jwettaq kwalunkwe kontroll ieħor li jqis neċessarju biex jiffirma l-kontijiet.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel riżervi, jekk ikunu meħtieġa, li jispjegaw eżattament in-natura u l-ambitu ta' tali riżervi.
Soġġett għall-paragrafu 5, l-uffiċjal tal-kontabbiltà biss għandu jkollu s-setgħa li jamministra l-flus kontanti u l-ekwivalenti għall-flus kontanti. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli għall-kustodja tagħhom.
5. L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista', fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil membri tal-persunal f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, fejn dawn japplikaw għall-persunal tal-korp PPP, fejn dan ikun indispensabbli għat-twettiq ta' dmirijietu f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-korp PPP.
6. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni dixxiplinari, il-bord ta' tmexxija jista', f'kull mument, jissospendi lill-uffiċjal tal-kontabbiltà milli jaqdi dmirijietu temporanjament jew b'mod definittiv. F'każ bħal dan, il-bord ta' tmexxija għandu jaħtar uffiċjal temporanju tal-kontabbiltà.
Artikolu 26
Ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji
1. L-Artikoli minn 18 sa 27 huma bla ħsara għal kwalunkwe responsabbiltà skont il-liġi kriminali, li l-atturi finanzjarji jistgħu jeħlu kif previst fil-liġi nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Unjoni jew uffiċjali tal-Istati Membri.
2. Kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u pagament ta' kumpens kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal. Fil-każ ta' attività illegali, ta' frodi jew ta' korruzzjoni li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interessi tal-korp PPP jew tal-membri tiegħu, il-kwistjoni għandha tkun ippreżentata quddiem l-awtoritajiet u l-korpi nnominati bil-leġiżlazzjoni applikabbli, b'mod partikolari quddiem l-OLAF.
3. Kwalunkwe membru tal-persunal jista' jintalab jagħmel tajjeb għad-dannu kollu, jew parti minnu, li jkun sofra l-korp PPP minħabba mġiba serjament ħażina min-naħa tiegħu waqt il-qadi ta' dmirijietu jew b'rabta magħhom. L-awtorità tal-ħatra għandha tieħu deċiżjoni motivata wara li twettaq il-formalitajiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli rigward kwistjonijiet dixxiplinari.
Artikolu 27
Kunflitt ta' interess
1. L-atturi finanzjarji fis-sens ta' dan il-Kapitolu u persuni oħra, inklużi l-membri tal-bord ta' tmexxija, involuti fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji tiegħu, l-awditu jew il-kontroll, ma għandhom jieħdu l-ebda azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-korp PPP. Għandhom jieħdu wkoll miżuri xierqa biex jevitaw li jqum kunflitt ta' interess fil-funzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tagħhom u biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu pperċepiti b'mod oġġettiv bħala kunflitt ta' interess, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-korp PPP kif stabbilita fl-att kostitwenti.
Jekk ikun hemm riskju ta' kunflitt ta' interess, il-persuna inkwistjoni għandha tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma bil-miktub jekk instabx li hemm kunflitt ta' interess. F'dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-persuna kkonċernata twaqqaf l-attivitajiet kollha fil-kwistjoni. L-awtorità kompetenti għandha tieħu kwalunkwe azzjoni ulterjuri xierqa.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kunflitt ta' interess jkun jeżisti fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta' attur finanzjarju jew ta' persuna oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor.
3. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun id-direttur. Jekk il-membru tal-persunal ikun id-direttur, l-awtorità kompetenti għandha tkun il-bord ta' tmexxija. F'każ ta' kunflitt ta' interess li jinvolvi membru tal-bord ta' tmexxija, l-awtorità kompetenti għandha tkun il-bord ta' tmexxija, bl-esklużjoni tal-membru kkonċernat.
4. Il-korp PPP għandu jadotta regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi, u kull sena għandu jippubblika fil-website tiegħu d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-membri tal-bord ta' tmexxija.
KAPITOLU 5
AWDITJAR INTERN
Artikolu 28
Ħatra, setgħat u dmirijiet tal-awditur intern
1. Il-korp PPP għandu jkollu funzjoni ta' awditjar intern li għandha titħaddem f'konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti.
2. Il-funzjoni ta' awditjar intern għandha titħaddem mill-awditur intern tal-Kummissjoni. L-awditur intern la jista' jkun uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lanqas uffiċjal tal-kontabbiltà.
3. L-awditur intern għandu jagħti pariri lill-korp PPP dwar it-trattar tar-riskji, billi jippreżenta opinjonijiet indipendenti rigward il-kwalità tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll u billi jippreżenta rakkomandazzjonijiet għat-titjib fil-kondizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u l-promozzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
Ir-responsabbiltajiet tal-awditur intern għandhom ikunu b'mod partikolari:
(a) |
il-valutazzjoni tal-adattabbiltà u l-effettività tas-sistemi interni tal-ġestjoni u tal-prestazzjoni tad-dipartimenti fl-implimentazzjoni tal-programmi u tal-azzjonijiet b'referenza għar-riskji assoċjati magħhom; |
(b) |
il-valutazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi interni ta' kontroll u ta' awditjar applikabbli għal kull operazzjoni ta' implimentazzjoni baġitarja. |
4. L-awditur intern għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-korp PPP. L-awditur intern għandu jgawdi aċċess sħiħ u mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, jekk meħtieġ aċċess fil-post, inkluż fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi.
5. L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport tal-attività annwali kkonsolidat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 23 u ta' kwalunkwe informazzjoni oħra identifikata.
6. L-awditur intern għandu jirraporta lill-bord ta' tmexxija u lid-direttur dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Il-korp PPP għandu jiżgura li tittieħed azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditi.
7. L-awditur intern għandu jirrapporta wkoll fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta ma jkunux ġew indirizzati r-riskji u r-rakkomandazzjonijiet kritiċi, |
(b) |
meta jkun hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fis-snin preċedenti. |
Il-bord ta' tmexxija u d-direttur għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar. Il-bord ta' tmexxija għandu jeżamina l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 u jekk ir-rakkomandazzjonijiet ġewx implimentati kollha kemm huma u fil-ħin.
Kull korp PPP għandu jikkunsidra jekk ir-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fir-rapporti tal-awditur intern tiegħu humiex adegwati għal skambju tal-aħjar prattiki ma' korpi PPP oħra.
8. Il-korp PPP għandu jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tal-awditur intern għal kull persuna fiżika jew ġuridika involuta f'operazzjonijiet ta' nefqa, għall-finijiet ta' kuntatt kunfidenzjali mal-awditur intern.
9. Ir-rapporti u s-sejbiet tal-awditur intern għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku biss wara li l-awditur intern jivvalida l-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 29
Indipendenza tal-awditur intern
1. L-awditur intern għandu jgawdi minn indipendenza totali fit-twettiq tal-awditi tiegħu. Ir-regoli speċjali applikabbli għall-awditur intern għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni u għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li l-awditur intern ikun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, u jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-awditur intern.
2. L-awditur intern ma jistax jingħata struzzjonijiet u ma jistax ikun ristrett b'xi mod fir-rigward tal-qadi tal-funzjonijiet li, minħabba l-ħatra tiegħu, huma mogħtija lilu skont dan ir-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 30
Stabbiliment ta' kapaċità ta' awditjar intern
1. Il-bord ta' tmexxija jista' jistabbilixxi, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kosteffettività u għall-valur miżjud, kapaċità ta' awditjar intern, li twettaq id-dmirijiet tagħha f'konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti.
L-għan, l-awtorità u r-responsabbiltà tal-kapaċità ta' awditjar intern għandhom ikunu previsti fl-istatut tal-awditjar intern u għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-bord ta' tmexxija.
Il-pjan annwali tal-awditjar ta' kapaċità ta' awditjar intern għandu jiġi mfassal mill-Kap tal-kapaċità tal-awditjar intern filwaqt li jqis, fost oħrajn, il-valutazzjoni tar-riskju tad-direttur fil-korp PPP.
Il-pjan annwali tal-awditjar għandu jiġi rrivedut u approvat mill-bord ta' tmexxija.
Il-kapaċità ta' awditjar intern għandha tirraporta lill-bord ta' tmexxija u lid-direttur dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha.
Jekk il-kapaċità ta' awditjar intern ta' korp PPP wieħed ma tkunx kosteffettiva jew ma tkunx tista' tissodisfa l-istandards internazzjonali, il-korp PPP jista' jiddeċiedi li jikkondividi kapaċità ta' awditjar intern ma' korpi PPP oħra li jaħdmu fl-istess qasam ta' politika.
F'dawn il-każijiet il-bord ta' tmexxija tal-korpi PPP kkonċernati għandhom jaqblu dwar il-modalitajiet prattiċi tal-kapaċitajiet kondiviżi ta' awditjar intern.
L-atturi ta' awditjar intern għandhom jikkooperaw b'mod effiċjenti billi jiskambjaw l-informazzjoni u r-rapporti tal-awditjar u, fejn xieraq, jistabbilixxu valutazzjonijiet tar-riskju konġunti, u jwettqu awditi konġunti.
2. Il-bord ta' tmexxija u d-direttur għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal kapaċità ta' awditjar intern.
KAPITOLU 6
OPERAZZJONIJIET TA' DĦUL U NEFQA
Artikolu 31
Implimentazzjoni tad-dħul
1. L-implimentazzjoni tad-dħul għandha tinkludi t-tfassil tal-istimi tal-ammonti riċevibbli, l-istabbiliment tal-intitolamenti li għandhom jiġu rkuprati u l-irkupru ta' ammonti mhux dovuti. Għandha tinkludi wkoll il-possibbiltà li jiġu rrinunzjati intitolament stabbiliti, fejn xieraq.
2. L-ammonti mħallsa indebitament għandhom jiġu rkuprati.
Jekk l-irkupru effettiv ma jseħħx sal-iskadenza prevista fin-nota tad-debitu, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jgħarraf lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u jniedi minnufih il-proċedura tal-irkupru bi kwalunkwe mezz previst mil-liġi, inkluż, fejn xieraq, permezz ta' tpaċija, u jekk dan ma jkunx possibbli, permezz ta' rkupru nfurzat.
Jekk l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jkun qiegħed jippjana li jirrinunzja bis-sħiħ jew parzjalment għall-irkupru ta' ammont riċevibbli stabbilit, għandu jiżgura li r-rinunzja ssir sewwa u f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u ta' proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha tiġi sostanzjata. Id-deċiżjoni ta' rinunzja għandha tiddikjara li ttieħdet azzjoni biex isir l-irkupru u l-elementi ta' dritt u ta' fatt li fuqhom tkun ibbażata.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jżomm lista tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. L-intitolamenti tal-korp PPP għandhom jinġabru flimkien fil-lista f'konformità mad-data tal-ħruġ tal-ordni ta' rkupru. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jindika wkoll id-deċiżjonijiet li jirrinunzja għall-irkupru bis-sħiħ jew parzjalment tal-ammonti stabbiliti. Il-lista għandha tinhemeż mar-rapport tal-korp PPP dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja msemmi fl-Artikolu 53.
3. Kull debitu mhux imħallas lura sad-data stipulata fin-nota ta' debitu għandu jwassal għal imgħax f'konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
4. L-intitolamenti tal-korp PPP fir-rigward ta' terzi persuni u l-intitolamenti ta' terzi persuni fir-rigward tal-korp PPP għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni ta' ħames snin.
Artikolu 32
Kontribuzzjoni tal-membri
1. Il-korp PPP għandu jippreżenta lill-membri tiegħu talbiet għall-pagament tal-kontribuzzjoni kollha tagħhom jew parti minnha skont it-termini u fl-intervalli stabbiliti fl-att kostitwenti jew miftiehma magħhom.
2. Il-fondi mħallsa lill-korp PPP mill-Membri tiegħu permezz ta' kontribuzzjoni għandhom iwasslu għal imgħax għall-benefiċċju tal-baġit tal-korp PPP.
3. Il-membri għandhom iġarrbu l-ispejjeż tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-ispejjeż amministrattivi tal-korp PPP. Il-benefiċjarji tal-finanzjament ipprovdut mill-korp PPP, li mhumiex membru jew entità kostitwenti tal-membri tal-korp PPP, ma għandhomx jikkontribwixxu għal tali spejjeż direttament jew indirettament u fl-ebda forma. B'mod partikolari, tali benefiċjarji ma għandhomx ikunu mistiedna jew mitluba jikkontribwixxu għall-ispejjeż amministrattivi tal-korp PPP meta jipparteċipaw fi proġetti kkofinanzjati mill-korp PPP.
Artikolu 33
Implimentazzjoni tan-nefqa
1. Biex tiġi implimentata n-nefqa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jieħu impenji baġitarji u impenji legali, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-pagamenti u jieħu f'idejh il-passi preliminari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.
2. Kull partita tan-nefqa għandha tiġi impenjata, ivvalidata, awtorizzata u mħallsa.
Il-validazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jikkonferma operazzjoni finanzjarja.
L-awtorizzazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, wara li jkun ivverifika li l-approprjazzjonijiet huma disponibbli, jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sabiex iħallas in-nefqa vvalidata.
3. Fir-rigward ta' xi miżura li tista' twassal għal nefqa debitabbli lill-baġit tal-korp PPP, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jieħu impenn tal-baġit qabel ma jidħol għal impenn legali ma' terzi persuni.
4. Il-programm ta' ħidma annwali tal-korp tal-PPP għandu jipprovdi l-awtorizzazzjoni mill-bord ta' tmexxija għan-nefqa operazzjonali tal-korp PPP dwar l-attivitajiet li jkopri, sakemm l-elementi stabbiliti f'dan il-paragrafu huma identifikati b'mod ċar.
Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jkun fih dan li ġej:
(a) |
deskrizzjonijiet tal-attivitajiet li jridu jiġu ffinanzjati; |
(b) |
indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull attività; |
(c) |
informazzjoni dwar l-istrateġija ġenerali għall-implimentazzjoni tal-programm fdat lill-korp PPP; |
(d) |
strateġija biex jinkisbu l-gwadanji u s-sinerġiji fl-effiċjenza; |
(e) |
strateġija għas-sistemi ta' ġestjoni organizzattiva u ta' kontroll intern inkluża l-istrateġija tagħhom kontra l-frodi kif l-aħħar aġġornata, u indikazzjoni ta' miżuri biex tiġi evitata r-rikorrenza ta' każijiet ta' kunflitt ta' interess, ta' irregolaritajiet u ta' frodi, b'mod partikolari fejn id-dgħufijiet wasslu għar-rakkomandazzjonijiet kritiċi rrapportati fl-Artikolu 23 jew 28(6). |
Il-korp PPP għandu jadotta l-programm ta' ħidma annwali tiegħu għal sena partikolari sa tmiem is-sena preċedenti. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun ippubblikat fuq il-wesbite tal-korp PPP.
Kull emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħall-programm ta' ħidma inizjali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att kostitwenti.
Il-bord ta' tmexxija jista' jiddelega s-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-korp PPP.
Artikolu 34
Limiti taż-żmien
Il-ħlas tan-nefqa għandu jsir fil-limiti ta' żmien speċifikati fl-Artikolu 116 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u f'konformità miegħu.
KAPITOLU 7
IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-KORP PPP
Artikolu 35
Forom tal-kontribuzzjonijiet tal-korp PPP
1. Il-kontribuzzjonijiet tal-korpi tal-Unjoni għandhom jgħinu fil-kisba ta' objettiv ta' politika tal-Unjoni u tar-riżultati speċifikati, u jista' jkollhom waħda mill-forom li ġejjin:
(a) |
finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi ta':
|
(b) |
ir-rimborż ta' spejjeż eliġibbli effettivament imġarrba; |
(c) |
spejjeż unitarji li jkopru kull kategorija speċifika tal-ispejjeż eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b'mod ċar minn qabel b'referenza għal ammont għal kull unità; |
(d) |
somom f'daqqa li f'termini globali jkopru l-kategoriji speċifiċi kollha tal-ispejjeż eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b'mod ċar minn qabel; |
(e) |
finanzjament b'rata fissa, li jkopri kategoriji speċifiċi ta' spejjeż eliġibbli, li huma identifikati b'mod ċar minn qabel, billi jiġi applikat perċentwal; |
(f) |
taħlita tal-forom imsemmijin fil-punti minn (a) sa (e). |
Il-kontribuzzjonijiet tal-korpi PPP fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 181 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ma' regoli speċifiċi għas-settur, jew ma' deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-kontribuzzjonijiet tal-korp PPP fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 181 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew ma' regoli speċifiċi għas-settur.
2. Jekk tkun qed tiġi ddeterminata l-forma xierqa ta' kontribuzzjoni, l-interessi tar-riċevituri potenzjali u l-metodi ta' kontabbiltà għandhom jitqiesu kemm jista' jkun.
3. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta dwar finanzjament mhux marbut ma' spejjeż skont il-punt (a) u (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fir-rapport annwali tal-attività kkonsolidat imsemmi fl-Artikolu 23.
Artikolu 36
Dipendenza reċiproka fuq il-valutazzjonijiet
L-Artikolu 126 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 37
Dipendenza reċiproka fuq l-awditi
Għandu japplika l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 38
Użu ta' informazzjoni diġà disponibbli
Għandu japplika l-Artikolu 128 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 39
Kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
L-Artikolu 129 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 40
Informazzjoni lill-Kummissjoni dwar każijiet ta' frodi jew ta' irregolaritajiet finanzjarji oħrajn
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, il-korp PPP għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta' frodi u ta' irregolaritajiet finanzjarji oħrajn preżunti.
Barra minn hekk, għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe investigazzjoni li tkun lesta jew li tkun għaddejja mill-UPPE, l-OLAF, u dwar kwalunkwe awditu jew kontrolli mill-Qorti tal-Awdituri jew is-Servizz Intern tal-Awditjar (Internal Audit Service, IAS), mingħajr ma tiġi pperikolata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet.
2. F'każijiet fejn tista tiġi affettwata r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li timplimenta l-baġit tal-Unjoni, jew f'każijiet li jinvolvu riskju potenzjalment serju għar-reputazzjoni tal-Unjoni, l-UPPE u/jew l-OLAF għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe investigazzjoni li tkun għaddejja jew li tlestiet, mingħajr ma jipperikolaw il-kunfidenzjalità jew l-effettività tagħha.
Artikolu 41
Sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni
Għandhom japplikaw l-Artikolu 93 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 42
Regoli dwar il-proċeduri, il-ġestjoni u l-gvern elettroniku
Għandhom japplikaw it-Taqsimiet 1 u 3 tal-Kapitolu 2 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu V tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 mutatis mutandis.
Artikolu 43
Akkwist
1. Fir-rigward tal-akkwisti, it-Titolu VII tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika soġġett għall-paragrafi minn 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-att kostitwenti jew l-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP.
2. Għal kuntratti b'valur ta' bejn EUR 60 000 u l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 175 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, jistgħu jintużaw il-proċeduri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għal kuntratti b'valur li ma jaqbiżx is-EUR 60 000.
3. Il-korp PPP jista' jkun assoċjat, fuq talba tiegħu, bħala awtorità kontraenti, fl-għoti ta' kuntratti tal-Kummissjoni jew kuntratti interistituzzjonali u mal-għoti ta' kuntratti ta' korpi tal-Unjoni jew PPP oħrajn.
4. Il-korp PPP jista' jikkonkludi ftehimiet dwar il-livell ta' servizz kif imsemmi fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 20 mingħajr ma jkun hemm rikors għal proċedura ta' akkwist pubbliku.
Għalhekk il-korpi PPP jistgħu jikkonkludu kuntratt, mingħajr ma jkun hemm rikors għal proċedura ta' akkwist, mal-membri tagħhom minbarra l-Unjoni għall-provvista ta' oġġetti, il-provvista ta' servizzi jew għat-twettiq ta' xogħol li dawk il-membri jipprovdu direttament mingħajr rikors għal terzi persuni.
L-oġġetti, is-servizzi jew ix-xogħol ipprovduti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx jitqiesu bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-membri għall-baġit tal-korp PPP.
5. Il-korp PPP jista' juża proċeduri konġunti ta' akkwist pubbliku mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istat Membru ospitanti sabiex ikopri l-ħtiġijiet amministrattivi tiegħu jew ma' awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri, l-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles jew pajjiżi kandidati tal-Unjoni li jipparteċipaw fih bħala membri. F'każijiet bħal dawn, l-Artikolu 165 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.
Il-korp PPP jista' juża proċeduri konġunti ta' akkwist mal-membri privati tiegħu jew ma' awtoritajiet kontraenti ta' pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni li jipparteċipaw fih bħala membri. F'każijiet bħal dawn, l-Artikolu 165 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 44
Esperti
1. L-Artikolu 237 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis. għall-għażla ta' esperti soġġetti għal kwalunkwe proċedura speċifika stabbilita fl-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP.
Il-korp PPP jista' juża l-listi mħejjija mill-Kummissjoni jew minn korpi oħra tal-Unjoni jew PPP.
Il-korp PPP jista', jekk jitqies xieraq u f'każijiet debitament iġġustifikati, jagħżel kwalunkwe individwu bil-ħiliet xierqa li ma jkunx fil-listi.
2. L-Artikolu 238 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis għal esperti mhux rimunerati.
Artikolu 45
Għotjiet
1. Fir-rigward tal-għotjiet, it-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika soġġett għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-att kostitwenti jew tal-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP.
2. Il-korp PPP għandu juża s-somom f'daqqa, l-ispejjeż unitarji jew il-finanzjament b'rata fissa rilevanti awtorizzati skont l-Artikolu 181(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 b'deċiżjoni ta' uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli mill-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP. Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni, il-korp PPP jista' jippreżenta proposta għal adozzjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli, akkumpanjata b'ġustifikazzjoni ddettaljata li ssostni l-proposta tiegħu. Id-deċiżjoni proposta għandha tikkonforma mal-Artikolu 181(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli għandu jgħarraf lill-korp PPP dwar id-deċiżjoni tiegħu li jadotta jew jirrifjuta l-proposta tiegħu u r-raġunijiet għal dan. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni responsabbli jista' jadotta d-deċiżjoni proposta b'emendi biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 181(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 46
Premjijiet
1. Fir-rigward tal-premjijiet, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IX tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw soġġetti għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-att kostitwenti jew tal-att bażiku tal-programm li l-implimentazzjoni tiegħu hija fdata lill-korp PPP.
2. Il-kompetizzjonijiet għal premjijiet b'valur unitarju ta' EUR 1 000 000 jew aktar jistgħu jiġu ppubblikati biss jekk ikunu msemmija fil-programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 33(4) u wara li tkun ġiet ippreżentata l-informazzjoni dwar tali premjijiet lill-Kummissjoni, li għandha tipproċedi biex tinforma lill-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 206(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
KAPITOLU 8
QAFAS KONTABILISTIKU
Artikolu 47
Regoli tal-kontabbiltà
Il-korp PPP għandu jistabbilixxi sistema ta' kontabbiltà li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli f'waqtha.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP għandu japplika r-regoli adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni abbażi tal-istandards tal-kontabbiltà aċċettati internazzjonalment għas-settur pubbliku.
Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli minn 80 sa 84 u 87 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-Artikoli 85 u 86 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 48
Struttura tal-kontijiet
Il-kontijiet annwali tal-korp PPP għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. Dawn il-kontijiet għandhom jinkludu:
(a) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-korp PPP; |
(b) |
ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni baġitarja għall-baġit tal-korp PPP. |
Artikolu 49
Dokumenti ta' sostenn
Kull entrata fil-kontijiet għandha tkun ibbażata fuq dokumenti ta' sostenn xierqa f'konformità mal-Artikolu 20(5) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 50
Dikjarazzjonijiet finanzjarji
1. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu ppreżentati f'euro u f'konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament u għandhom jinkludu:
(a) |
il-karta tal-bilanċ li tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u s-sitwazzjoni finanzjarja prevalenti fil-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja preċedenti; |
(b) |
id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja, li tippreżenta r-riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja preċedenti; |
(c) |
id-dikjarazzjoni tal-flussi tal-flus li turi l-ammonti miġbura u żborżati matul is-sena finanzjarja u l-pożizzjoni finali tal-likwidità; |
(d) |
id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-assi netti li tippreżenta ħarsa ġenerali lejn iċ-ċaqliq matul is-sena fir-riżervi u fir-riżultati akkumulati. |
2. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jippreżentaw l-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni dwar il-politiki tal-kontabbiltà, b'mod li jiġi żgurat li tkun rilevanti, kredibbli, komparabbli u li tista' tinftiehem.
3. In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jissupplimentaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom ifornu l-informazzjoni addizzjonali kollha preskritta mir-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament u mill-prattika tal-kontabbiltà aċċettata internazzjonalment meta tali informazzjoni tkun rilevanti għall-attivitajiet tal-korp PPP. In-noti għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
prinċipji, regoli u metodi tal-kontabbiltà; |
(b) |
noti ta' spjegazzjoni li jipprovdu informazzjoni addizzjonali mhux inkluża fit-test tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, li tkun meħtieġa biex tingħata preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet. |
4. Wara li tagħlaq is-sena finanzjarja u sad-data tat-trażmissjoni tal-kontijiet ġenerali, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel kwalunkwe aġġustament li, mingħajr ma jkunu involuti żborż jew ġbir fir-rigward ta' dik is-sena, ikun meħtieġ għal ħarsa vera u ġusta ta' dawk il-kontijiet.
Artikolu 51
Rapporti tal-implimentazzjoni baġitarja
1. Ir-rapporti tal-implimentazzjoni baġitarja għandhom jiġu ppreżentati f'euro u għandhom ikunu komparabbli sena b'sena. Dawn għandhom jinkludu:
(a) |
rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha għas-sena f'termini ta' dħul u ta' nefqa; |
(b) |
noti ta' spjegazzjoni, li għandhom jissupplimentaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti. |
2. L-istruttura tar-rapporti tal-implimentazzjoni baġitarja għandha tkun l-istess bħal dik tal-baġit tal-korp PPP innifsu.
3. Ir-rapporti tal-implimentazzjoni baġitarja għandu jkun fihom:
(a) |
informazzjoni dwar id-dħul, b'mod partikolari bidliet fl-istimi tad-dħul, l-eżitu tad-dħul u l-intitolamenti stabbiliti; |
(b) |
informazzjoni li turi bidliet fl-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta' impenn u ta' pagamenti; |
(c) |
informazzjoni li turi l-użu li sar mill-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta' impenn u ta' pagamenti; |
(d) |
informazzjoni li turi l-impenji pendenti, dawk riportati mis-sena finanzjarja preċedenti u dawk li saru matul is-sena finanzjarja. |
Artikolu 52
Kontijiet proviżorji u kontijiet finali
1. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP għandu jibgħat ukoll, sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta' konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti minn din tal-aħħar.
2. F'konformità mal-Artikolu 246(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Qorti tal-Awdituri, sal-1 ta' Ġunju, għandha tagħmel l-kummenti tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-korp PPP.
3. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP, sal-15 ta' Ġunju, għandu jibgħat l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti mill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jitfasslu l-kontijiet konsolidati finali.
Malli jirċievi l-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-korp PPP, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jfassal il-kontijiet finali tal-korp PPP. Id-direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-bord ta' tmexxija li għandu joħroġ opinjoni dwar dawn il-kontijiet.
Id-direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-bord ta' tmexxija, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-korp PPP għandu jibgħat ukoll ittra tar-rappreżentanza li tkopri dawk il-kontijiet finali lill-Qorti tal-Awdituri, b'kopja ta' din l-ittra li għandha tintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. L-ittra tar-rappreżentazzjonijiet għandha tkun stabbilita fl-istess data li fiha jkunu tfasslu l-kontijiet finali tal-korp PPP.
Il-kontijiet finali għandhom ikunu akkumpanjati minn nota maħruġa mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni fejn dan tal-aħħar jiddikjara li l-kontijiet finali kienu mħejjija f'konformità ma' dan il-kapitolu u f'konformità mal-prinċipji, mar-regoli u mal-metodi tal-kontabbiltà applikabbli.
Għandha tiġi ppublikata ħolqa għall-paġni tal-website fejn huma żvelati l-kontijiet finali tal-korp PPP f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.
Id-direttur tal-korp PPP għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-kummenti li tkun għamlet fir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena finanzjarja ta' wara. It-tweġibiet tad-direttur għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess waqt.
Artikolu 53
Rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. Il-korp PPP għandu jħejji rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja. Ir-rapport għandu jagħti rendikont, kemm f'termini assoluti u espressi bħala perċentwal, tal-anqas, tar-rata implimentattiva tal-approprjazzjonijiet flimkien ma' sommarju tal-informazzjoni dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet bejn id-diversi elementi tal-baġit.
2. Id-direttur għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara.
KAPITOLU 9
L-AWDITJAR ESTERN, IL-KWITTANZA U L-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI
Artikolu 54
Awditjar estern
1. Awditur estern indipendenti għandu jivverifika li l-kontijiet annwali tal-korp PPP jippreżentaw b'mod xieraq id-dħul, in-nefqa u l-qagħda finanzjarja tal-korp PPP qabel il-konsolidazzjoni possibbli fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att kostitwenti, il-Qorti tal-Awdituri għandha tħejji rapport annwali speċifiku dwar il-korp PPP skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 287(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Waqt it-tħejjija ta' dan ir-rapport, il-Qorti tal-Awdituri għandha tqis ix-xogħol tal-awditjar li jkun għamel l-awditur estern indipendenti msemmi fl-ewwel subparagrafu u l-azzjoni li tkun ittieħdet b'rispons għas-sejbiet tal-awditur estern.
2. Il-korp PPP għandu jibgħat il-baġit tal-korp PPP lill-Qorti tal-Awdituri, kif adottat definittivament. Għandu jgħarraf lill-Qorti tal-Awdituri, mill-aktar fis possibbli, dwar kull deċiżjoni u dwar kull att adottati skont l-Artikoli 6, 8 u 12.
3. L-iskrutinju mwettaq mill-Qorti tal-Awdituri għandu jkun irregolat permezz tal-Artikoli minn 254 sa 259 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 55
Skeda għall-proċedura ta' kwittanza
1. Il-Parlament Ewropew, b'rakkomandazzjoni mill-Kunsill, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N+2 ħlief fejn previst mod ieħor fl-att kostitwenti, għandu jagħti kwittanza lid-direttur fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N. Id-Direttur għandu jinforma lill-bord ta' tmexxija dwar il-kummenti tal-Parlament Ewropew li jinsabu fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza.
2. Jekk l-iskadenza prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tiġi osservata, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jgħarraf lid-direttur dwar ir-raġuni għall-posponiment.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li tagħti kwittanza, id-direttur, f'kooperazjoni mal-bord ta' tmexxija, għandu jagħmel kull sforz biex, mill-aktar fis possibbli, jieħu miżuri sabiex ineħħi jew jiffaċilita t-tneħħija tal-ostakli għal dik id-deċiżjoni.
Artikolu 56
Il-proċedura ta' kwittanza
1. Id-deċiżjoni ta' kwittanza għandha tkopri l-kontijiet tad-dħul u n-nefqa kollha tal-korp PPP, ir-riżultat tal-baġit u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-korp PPP murija fid-dikjarazzjoni finanzjarja.
2. Bil-għan li jagħti l-kwittanza, il-Parlament Ewropew għandu jeżamina l-kontijiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-korp PPP, wara li jkun għamel dan il-Kunsill. Għandu jeżamina wkoll ir-rapport annwali mfassal mill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tad-direttur tal-korp PPP, kull rapport speċjali rilevanti tal-Qorti tal-Awdituri li għandu x'jaqsam mas-sena finanzjarja kkonċernata u mad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awditrui rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.
3. Id-direttur, b'talba tal-Parlament Ewropew u bħalma jipprevedi l-Artikolu 261(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, għandu jippreżenta kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata.
Artikolu 57
Miżuri ta' segwitu
1. Id-direttur għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jaġixxi fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewropew u fuq il-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjoni għall-kwittanza adottata mill-Kunsill.
2. Bit-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, id-direttur għandu jirrapporta dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-kummenti u tal-kummenti msemmija fil-paragrafu 1. Id-direttur għandu jibgħat kopja tar-rapport lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 58
Kontrolli fil-post mill-Kummissjoni, mill-Qorti tal-Awdituri u mill-OLAF
1. Il-korp PPP għandu jagħti aċċess lill-persunal tal-Kummissjoni u lil persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri għas-siti u għall-binjiet tiegħu u għall-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni f'forma elettronika li hija meħtieġa biex jagħmlu l-awditi tagħhom.
2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (12) bil-għan li jkun stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
KAPITOLU 10
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻITORJI
Artikolu 59
Talbiet għall-informazzjoni
Il-Kummissjoni u l-membri tal-korp PPP minbarra l-Unjoni jistgħu jitlobu kull informazzjoni jew spjegazzjoni neċessarja mill-korp PPP rigward kwistjonijiet baġitarji fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom.
Artikolu 60
Adozzjoni tar-regoli finanzjarji tal-korp PPP
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kull korp PPP imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu jadotta regoli finanzjarji ġodda fi żmien disa' xhur mid-data li fiha l-korp PPP jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament.
2. Kull korp PPP imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 li diġà adotta r-regoli finanzjarju tiegħu f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 966/2012 għandu jirrevedihom biex jiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament. Ir-regoli finanzjarji riveduti għandhom jidħlu fis-seħħ sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Settembru 2019.
Artikolu 61
Tħassir
1. Ir-Regolament ta' Delega (UE, Euratom) Nru 110/2014 jitħassar b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, l-Artikoli 20 u 31(4) ta' dak ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2019.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 62
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn din id-data. Madankollu, l-Artikoli 23 u 33(4) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020, ħlief l-Artikolu 33(4)c), li għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2-15).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 286, 30.10.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2461 tat-30 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 110/2014 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 342, 29.12.2015, p. 1-6).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, pp. 1-71).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
ANNESS
Tabella ta' korrelazzjoni
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 19 |
Artikolu 17 |
Artikolu 20 |
Artikolu 18 |
Artikolu 21 |
Artikolu 19 |
Artikolu 22 |
Artikolu 20 |
Artikolu 23 |
Artikolu 21 |
Artikolu 24 |
Artikolu 22 |
Artikolu 25 |
Artikolu 23 |
Artikolu 26 |
Artikolu 24 |
Artikolu 27 |
Artikolu 25 |
Artikolu 18 |
Artikolu 26 |
Artikolu 28 |
Artikolu 27 |
Artikolu 29 |
Artikolu 28 |
Artikolu 30 |
Artikolu 29 |
Artikolu 31 |
Artikolu 30 |
Artikolu 32 |
Artikolu 31 |
Artikolu 33 |
Artikolu 32 |
Artikolu 34 |
Artikolu 33 |
Artikolu 43 |
Artikolu 34 |
Artikolu 44 |
Artikolu 35 |
Artikolu 45 |
Artikolu 36 |
Artikolu 46 |
Artikolu 37 |
Artikolu 42 |
Artikolu 38 |
Artikolu 47 |
Artikolu 39 |
Artikoli 48 u 53 |
Artikolu 40 |
Artikoli 47 u 50 |
Artikolu 41 |
Artikolu 50 |
Artikolu 42 |
Artikolu 51 |
Artikolu 43 |
Artikolu 52 |
Artikolu 44 |
Artikolu 47 |
Artikolu 45 |
Artikolu 47 |
Artikolu 46 |
Artikolu 54 |
Artikolu 47 |
Artikolu 55 |
Artikolu 47a |
Artikolu 56 |
Artikolu 47b |
Artikolu 57 |
Artikolu 48 |
Artikolu 58 |
Artikolu 49 |
Artikolu 59 |
Artikolu 50 |
Artikolu 60 |
Artikolu 51 |
Artikolu 62 |