Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0877

    Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    PE/47/2019/REV/1

    ĠU L 150, 7.6.2019, p. 226–252 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/877/oj

    7.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 150/226


    REGOLAMENT (UE) 2019/877 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-20 ta' Mejju 2019

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

    Billi:

    (1)

    Fid-9 ta' Novembru 2015, il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja ippubblika d-Dokument dwar il-Kondizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC) (''l-istandard TLAC''), li ġie approvat mill-G-20 f'Novembru 2015. L-objettiv tal-istandard TLAC huwa li jiżgura li banek dinjija ta' importanza sistemika, magħrufa bħala istituzzjonijiet dinjija ta' importanza sistemika (''G-SIIs'') fil-qafas tal-Unjoni, ikollhom il-kapaċità neċessarja ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni sabiex jgħinu biex jiġi żgurat li, f'riżoluzzjoni u eżatt warajha, dawk l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jissoktaw jaqdu l-funzjonijiet kritiċi mingħajr ma jitpoġġew fir-riskju l-fondi tal-kontribwenti, jiġifieri fondi pubbliċi, jew l-istabbiltà finanzjarja. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015, “Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li sal-aħħar tal-2016 tressaq proposta leġislattiva sabiex l-istandard TLAC ikun jista' jiġi implimentat sal-iskadenza miftiehma internazzjonalment tal-2019.

    (2)

    L-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fil-liġi tal-Unjoni trid tieħu kont tar-rekwiżit minimu eżistenti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ('MREL') speċifiku għall-istituzzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (istituzzjonijiet) kollha stabbiliti fl-Unjoni, kif ukoll għal kwalunkwe entità oħra kif stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (entitajiet). Peress li l-istandard TLAC u l-MREL jsegwu l-istess objettiv li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet u entitajiet stabbiliti fl-Unjoni jkollhom kapaċità biżżejjed ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni, iż-żewġ rekwiżiti jenħtieġ li jkunu elementi kumplimentari ta' qafas komuni. Operazzjonalment, jenħtieġ li l-livell minimu armonizzat tal-istandard TLAC għall-G-SIIs (“ir-rekwiżit minimu tat-TLAC”) jiġi introdott fil-leġislazzjoni tal-Unjoni permezz ta' emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (5), filwaqt li s-supplimentazzjoni speċifika għall-istituzzjonijiet għall-G-SIIs u r-rekwiżit speċifiku għall-istituzzjonijiet għal dawk li mhumiex G-SIIs, magħruf bħala l-MREL, jenħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva 2014/59/UE u għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

    Huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, kif emendat minn dan ir-Regolament, dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet u entitajiet jiġu applikati b'mod konsistenti ma' dawk fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttivi 2013/36/UE (7) u 2014/59/UE.

    (3)

    In-nuqqas ta' regoli armonizzati fl-Istati Membri parteċipanti fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRM) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC joħloq spejjeż addizzjonali u inċertezza legali u jagħmel l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għal istituzzjonijiet u entitajiet transfruntiera aktar diffiċli. In-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni jwassal ukoll għal distorsjonijiet ta' kompetizzjoni fis-suq intern peress li l-kosti għall-istituzzjonijiet u entitajiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti eżistenti u mal-istandard TLAC jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri parteċipanti fl-SRM. Għalhekk hemm bżonn li jitneħħew dawn l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' regoli armonizzati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC. Konsegwentement, il-bażi ġuridika adatta għal dan ir-Regolament hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    (4)

    F'konformità mal-istandard TLAC, ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 jenħtieġ li jkompli jirrikonoxxi kemm l-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-Punt Uniku ta' Dħul (SPE) kif ukoll l-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-Punt ta' Dħul Multiplu (MPE). Skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni SPE, tiġi riżolta biss entità unika fi grupp, ġeneralment l-impriża omm, filwaqt li entitajiet oħra tal-grupp, ġeneralment sussidjarji operattivi, ma jitpoġġewx taħt riżoluzzjoni, iżda jgħaddu t-telf tagħhom lill-entità li ser tiġi riżolta. Taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni MPE, tista' tiġi riżolta aktar minn entità waħda fi grupp. Huwa importanti li jkun hemm identifikazzjoni ċara tal-entitajiet li ser jiġu riżolti (“entitajiet ta' riżoluzzjoni”), jiġifieri l-entitajiet li għalihom jistgħu jiġu applikati azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, flimkien ma' sussidjarji li jappartjenu lilhom (“gruppi ta' riżoluzzjoni”), sabiex l-istrateġija ta' riżoluzzjoni mixtieqa tiġi applikata b'mod effettiv. Dik l-identifikazzjoni hija rilevanti wkoll għad-determinazzjoni tal-livell ta' applikazzjoni tar-regoli dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni li għandhom japplikaw l-istituzzjonijiet u l-entitajiet. Għalhekk jeħtieġ li jiġu introdotti l-kunċetti ta' 'entità ta' riżoluzzjoni' u ta' 'grupp ta' riżoluzzjoni' u li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar l-ippjanar tar-riżoluzzjoni ta' grupp sabiex il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni ('il-Bord') jintalab espliċitament jidentifika l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni fi ħdan grupp u jqis b'mod xieraq l-implikazzjonijiet ta' kwalunkwe azzjoni ppjanata fi ħdan il-grupp sabiex tiġi żgurata riżoluzzjoni effikaċi ta' grupp.

    (5)

    Jenħtieġ li l-Bord jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ikollhom biżżejjed kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni sabiex jiġi żgurat assorbiment mingħajr xkiel u mgħaġġel tat-telf u rikapitalizzazzjoni f'każ ta' riżoluzzjoni, b'impatt minimu fuq il-kontribwenti u fuq l-istabbiltà finanzjarja. Jenħtieġ li dak jinkiseb permezz ta' konformità mill-istituzzjonijiet ma' MREL speċifiku għall-istituzzjonijiet kif previst fir-Regolament (UE) Nru 806/2014.

    (6)

    Sabiex id-denominaturi li jkejlu l-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet jiġu allinjati ma' dawk previsti fl-istandard TLAC, jenħtieġ li l-MREL jiġi espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju u tal-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni jew entità rilevanti, u l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet jenħtieġ li simultanjament jilħqu l-livelli li jirriżultaw miż-żewġ eżerċizzji ta' kejl.

    (7)

    Sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet stabbiliti fl-Unjoni, inkluż fuq livell globali, il-kriterji ta' eliġibbiltà għal obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna għall-MREL jenħtieġ li jkunu allinjati mill-qrib ma' dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-rekwiżit minimu tat-TLAC, iżda soġġetti għall-aġġustamenti kumplimentari u r-rekwiżiti introdotti f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, jenħtieġ li ċerti strumenti ta' dejn b'komponent ta' derivattiv inkorporat, bħal ċerti noti strutturati, ikunu eliġibbli, soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet, bħala li jissodisfaw l-MREL sakemm dawn ikollhom ammont kapitali fiss jew dejjem akbar li jinfeda mal-maturità li jkun magħruf minn qabel filwaqt li redditu addizzjonali biss ikun marbut ma' dak il-komponent ta' derivattiv u jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' assi ta' referenza. Fid-dawl ta' dawk il-kondizzjonijiet, dawk l-istrumenti ta' dejn huma mistennija jkollhom kapaċità kbira ta' assorbiment tat-telf u jkunu jistgħu jiġu faċilment soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna waqt riżoluzzjoni. Fejn l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikollhom il-fondi proprji li jaqbżu r-rekwiżiti tal-fondi proprji, jenħtieġ li dak il-fatt ma jaffettwax minnu nnifsu deċiżjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-MREL. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet li jissodisfaw kwalunkwe parti tal-MREL tagħhom permezz tal-fondi proprji.

    (8)

    L-ambitu ta' obbligazzjonijiet użati biex jissodisfaw l-MREL jinkludi, fil-prinċipju, l-obbligazzjonijiet kollha minn pretensjonijiet li jirriżultaw minn kredituri ordinarji mhux garantiti (obbligazzjonijiet mhux subordinati) sakemm ma jissodisfawx kriterji speċifiċi ta' eliġibbiltà pprovduti f'dan ir-Regolament. Biex titjieb ir-riżolvibbiltà ta' istituzzjonijiet u l-entitajiet permezz ta' użu effettiv tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jitlob li l-MREL jiġi sodisfatt permezz ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra, b'mod partikolari fejn jkun hemm indikazzjonijiet ċari li l-kredituri soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna x'aktarx ser iġarrbu telf waqt ir-riżoluzzjoni li jaqbeż it-telf li jġarrbu taħt proċedimenti ta' insolvenza normali. Jenħtieġ li l-Bord jivvaluta l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jintalbu jissodisfaw l-MREL b'fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra fejn l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jilħaq ċertu limitu fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-MREL. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jissodisfaw l-MREL b'fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra sa fejn neċessarju sabiex jiġi evitat telf mill-kredituri tagħhom li jkun ogħla minn dak li kieku dawk il-kredituri kienu jġarrbu taħt proċedimenti ta' insolvenza normali.

    (9)

    Huwa meħtieġ li kwalunkwe subordinazzjoni ta' strument ta' dejn rikjesta mill-Bord għall-MREL tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li r-rekwiżit minimu tat-TLAC jiġi parzjalment sodisfatt permezz ta' strumenti ta' dejn mhux subordinat skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kif permess mill-istandard TLAC. Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs, jew entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi ta' riżoluzzjoni b'assi 'l fuq minn EUR 100 biljun (banek tal-ogħla grad), u għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi ta' riżoluzzjoni anqas minn EUR 100 biljun li huma kkunsidrati mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni bħala li x'aktarx joħolqu riskju sistematiku fil-każ ta' falliment, b'kont meħud tal-prevalenza tad-depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament, aċċess limitat għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli u dipendenza fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat l-MREL, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jirrikjedi li parti mill-MREL li tkun ugwali għal-livell ta' assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 27(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 kif emendat minn dan ir-Regolament tkun issodisfata b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħra, inklużi fondi proprji użati għall-konformità mar-rekwiżit ta' riżerva kombinat imsemmi fid-Direttiva 2013/36/UE.

    (10)

    Fuq talba ta' entità ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jnaqqas il-parti tal-MREL meħtieġa li tkun issodisfata b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħra sal-limitu li jirrappreżenta l-proporzjon ta' tnaqqis possibbli skont l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit minimu tat-TLAC stipulat f'dak ir-Regolament.Jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jitlob, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, li l-MREL jiġi ssodisfat b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħra sal-punt li l-livell ġenerali tas-subordinazzjoni meħtieġa fil-forma ta' elementi ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli minħabba l-obbligu tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet li jikkonformaw mar-rekwiżit minimu tat-TLAC, l-MREL u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinat skont id-Direttiva 2013/36/UE, ma jkunx ogħla mil-livell ta' assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 kif emendat minn dan ir-Regolament jew il-formula stabbilita f'dan ir-Regolament ibbażata fuq ir-rekwiżiti prudenzjali tal-Pilastru 1 u l-Pilastru 2 u r-rekwiżit ta' riżerva kombinat.

    (11)

    Għal banek speċifiċi tal-ogħla grad, jenħtieġ li l-Bord, soġġett għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati mill-Bord, jillimita l-livell tar-rekwiżit minimu tas-subordinazzjoni għal ċertu limitu massimu, b'kont meħud ukoll tar-riskju possibbli li jkun hemm impatt b'mod sproporzjonat fuq il-mudell tan-negozju ta' dawk l-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li dik il-limitazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi stabbilit rekwiżit ta' subordinazzjoni ogħla minn dan il-limitu permezz tar-rekwiżit tas-subordinazzjoni taħt il-Pilastru 2, soġġett ukoll għall-kondizzjonijiet li japplikaw għall-Pilastru 2, abbażi ta' kriterji alternattivi, jiġifieri impedimenti għar-riżolvibbiltà, jew il-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija tar-riżoluzzjoni, jew ir-riskju tal-istituzzjoni.

    (12)

    Jenħtieġ li l-MREL jippermetti li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jassorbu t-telf mistenni f'riżoluzzjoni jew fil-punt ta' nonvijabbiltà kif xieraq u li jiġu rikapitalizzati wara l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-Bord, abbażi tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula minnhom, jiġġustifika kif xieraq il-livell impost tal-MREL u jenħtieġ li jirrieżamina mingħajr dewmien bla bżonn dak il-livell biex jirrifletti kwalunkwe bidla fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE. Bħala tali, il-livell impost tal-MREL jenħtieġ li dak il-livell ma jaqbiżx is-somma tal-ammont tat-telf mistenni fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni jew entità u l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti li wara r-riżoluzzjoni jew wara l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, l-istituzzjoni jew entità tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha meħtieġa sabiex tkun awtorizzata biex tkompli bl-attivitajiet tagħha taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula. Jenħtieġ li l-Bord jaġġusta l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni 'l isfel jew 'il fuq għal kwalunkwe bidla li tirriżulta mill-azzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' riżoluzzjoni.

    (13)

    Jenħtieġ li l-Bord ikun jista' wkoll iżid l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni biex tiġi żgurata fiduċja suffiċjenti tas-suq fl-istituzzjoni jew entità wara l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-livell mitlub tar-riżerva għall-fiduċja tas-suq jippermetti lill-istituzzjoni jew entità li tkompli tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għal perijodu xieraq ta' żmien inkluż billi jippermetti lill-istituzzjoni jew entità sabiex tkopri l-ispejjeż relatati mar-ristrutturar tal-attivitajiet tagħha wara r-riżoluzzjoni, u sabiex issostni fiduċja suffiċjenti tas-suq. Ir-riżerva għall-fiduċja tas-suq jenħtieġ li tiġi stabbilita b'referenza għal parti mir-rekwiżit ta' riżerva kombinat skont id-Direttiva 2013/36/UE. Jeħtieġ li l-Bord jaġġusta 'l isfel il-livell tar-riżerva tal-fiduċja tas-suq jekk livell aktar baxx huwa biżżejjed biex tiġi żgurata biżżejjed fiduċja tas-suq jew jeħtieġ li jaġġustaw 'il fuq dak il-livell fejn livell ogħla huwa neċessarju biex ikun żgurat li, wara l-azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni, l-entità tkompli tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħha għal perijodu xieraq ta' żmien u ssostni fiduċja suffiċjenti tas-suq.

    (14)

    F'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 (8), jenħtieġ li l-Bord jeżamina l-bażi ta' investituri tal-istrumenti għall-MREL ta' istituzzjoni jew entità individwali. Jekk parti sinifikanti mill-MREL ta' istituzzjoni tkun miżmuma minn investituri individwali li jaf ma jkunux irċevew indikazzjoni ġusta u prominenti tar-riskji rilevanti, dak jista' minnu nnifsu jkun impediment għar-riżolvibbiltà. Barra minn hekk, jekk parti kbira mill-istrumenti għall-MREL ta' istituzzjoni jew entità tkun miżmuma minn istituzzjonijiet oħra, l-implikazzjonijietsistematiċi ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tista' wkoll tkun impediment għar-riżolvibbiltà. Fejn il-Bord isib impediment għar-riżolvibbiltà li jirriżulta mid-daqs u n-natura ta' ċerta bażi ta' investituri, jenħtieġ li huwa jkun jista' jirrakkomanda lil istituzzjoni jew entità biex tindirizza dak l-impediment.

    (15)

    Biex titjieb ir-riżolvibbiltà tagħhom, minbarra r-rekwiżit minimu tat-TLAC previst fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jimponi MREL speċifiku għall-istituzzjoni fuq il-G-SIIs. Jenħtieġ li dak l-MREL speċifiku għall-istituzzjoni jiġi impost jekk ir-rekwiżit minimu tat-TLAC ma jkunx biżżejjed biex jiġi assorbit it-telf u G-SII tiġi rikapitalizzata taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula.

    (16)

    Meta jiġi stabbilit il-livell ta' MREL, jenħtieġ li l-Bord jikkunsidra l-grad ta' relevanza sistemika ta' istituzzjoni u l-impatt negattiv potenzjali tal-falliment tagħha fuq l-istabbiltà finanzjarja. Jenħtieġ li l-Bord jikkunsidra l-ħtieġa ta' kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn il-G-SIIs u istituzzjonijiet jew entitajiet oħra paragunabbli li jkollhom relevanza sistemika fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-MREL ta' istituzzjonijiet jew entitajiet li ma jkunux G-SIIs iżda li r-relevanza sistemika tagħhom fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti tkun paragunabbli mar-relevanza sistemika tal-G-SIIs ma jvarjax b'mod sproporzjonat mil-livell u l-għamla tal-MREL li ġeneralment ikun stabbilit għal G-SIIs.

    (17)

    F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jew entitajiet li huma identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni jkunu soġġetti għall-MREL biss fil-livell konsolidat ta' grupp ta' riżoluzzjoni. Dak ifisser li jenħtieġ li l-entitajiet ta' riżoluzzjoni, biex jissodisfaw l-MREL, jkunu obbligati joħorġu strumenti u oġġetti eliġibbli lil kredituri esterni terzi li jkunu soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna fil-każ li l-entità ta' riżoluzzjoni tidħol f'riżoluzzjoni.

    (18)

    L-istituzzjonijiet jew entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu konformi mal-MREL fuq livell individwali. Ġeneralment il-ħtiġijiet ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet għandhom jiġu pprovduti mill-entitajiet ta' riżoluzzjoni rispettivi tagħhom permezz tal-akkwiżizzjoni diretta jew indiretta minn dawk l-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet u permezz tat-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni tagħhom fi strumenti ta' sjieda meta dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet ma jkunux għadhom vijabbli. Bħala tali, huwa meħtieġ li l-MREL applikabbli għal istituzzjonijiet jew entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jiġi applikat flimkien u b'mod konsistenti mar-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni. Dak għandu jippermetti li l-Bord jirriżolvi grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jpoġġi ċerti sussidjarji tiegħu taħt riżoluzzjoni, biex b'hekk jiġu evitati l-effetti potenzjalment ta' tfixkil fis-suq. Jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-MREL għal istituzzjonijiet jew entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni tkun konformi mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula, u b'mod partikolari, jenħtieġ li ma tbiddilx ir-relazzjoni ta' sjieda bejn l-istituzzjonijiet u l-grupp ta' riżoluzzjoni tagħhom wara li dawk l-istituzzjonijiet ikunu ġew rikapitalizzati.

    (19)

    Jekk kemm l-entità ta' riżoluzzjoni jew l-impriża omm kif ukoll is-sussidjarji tagħha jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru u jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jirrinunzja l-applikazzjoni tal-MREL applikabbli għal dawk is-sussidjarji li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jew jippermetti li huma jissodisfaw l-MREL b'garanziji kollateralizzati bejn l-impriża omm u s-sussidjarji tagħha, li jistgħu jiġu skattati meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta' twaqqit ekwivalenti għal dawk li jippermettu l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. Jenħtieġ li l-kollateral ta' appoġġ għall-garanzija jkun ferm likwidu u jenħtieġ li jkollu riskju minimu ta' kreditu jew tas-suq.

    (20)

    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti ta' solvenza u likwidità għal istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali ('netwerks kooperattivi') fejn jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet speċifiċi. Sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta' tali netwerks kooperattivi, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' wkoll jirrinunzja l-applikazzjoni tal-MREL li japplika għal istituzzjonijiet ta' kreditu bħal dawn u l-korp ċentrali taħt kondizzjonijiet simili għal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali huma stabbiliti fl-istess Stat Membru. Jenħtieġ li l-Bord ikun jista' wkoll jittratta l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali bħala ħaġa waħda meta jivvaluta l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà. Jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jiżgura l-konformità mar-rekwiżit tal-MREL estern tal-grupp ta' riżoluzzjoni kollu b'modi differenti, skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà ta' kull grupp, billi jingħaddu l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet li, f'konformità mal-pjan ta' riżoluzzjoni, huma meħtieġa mill-Bord biex joħorġu strumenti eliġibbli għall-MREL barra l-grupp ta' riżoluzzjoni.

    (21)

    Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni u l-Bord jindirizzaw u jirrimedjaw kif xieraq kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu tat-TLAC u tal-MREL. Minħabba li ksur ta' dawk ir-rekwiżiti jista' jikkostitwixxi impediment għar-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni jew ta' grupp, jenħtieġ li l-proċeduri eżistenti għat-tneħħija ta' impedimenti għar-riżolvibbiltà jitqassru sabiex kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti jiġi indirizzat b'mod espedjenti. Barra minn hekk jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jitlob lill-istituzzjonijiet sabiex jimmodifikaw il-profili ta' maturità ta' strumenti u ta' oġġetti eliġibbli u biex iħejju u jimplimentaw pjanijiet biex jirristawraw il-livell ta' dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-Bord ikun jista' wkoll jipprojbixxi ċertu distribuzzjonijiet meta jqis li istituzzjoni jew entitàma tkunx qed tilħaq ir-rekwiżiti ta' riżerva kombinat taħt id-Direttiva 2013/36/UE meta kkunsidrati flimkien mal-MREL.

    (22)

    Dan ir-Regolament huwa konformi mad-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għall-propjetà u l-libertà ta' intrapriża, u għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

    (23)

    Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi regoli komuni għall-fini tal-qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta dan ir-Regolament, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

    (24)

    Sabiex jitħalla żmien xieraq għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat mit-28 ta' Diċembru 2020,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (UE) Nru 806/2014

    Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 3(1) huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (21) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(21)

    'sussidjarja' tfisser sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għall-finijiet li jiġu applikati l-Artikolu 8, l-Artikolu 10(10), l-Artikoli 12 sa 12k, 21 u 53 ta' dan ir-Regolament għal gruppi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-punt (24b) ta' dan il-paragrafu, tinkludi, fejn u kif adatt, istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-korp ċentrali nnifsu, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, b'kont meħud tal-mod kif tali gruppi ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-Artikolu 12f(3) ta' dan ir-Regolament;

    (21a)

    'sussidjarja materjali' tfisser sussidjarja materjali kif definita fil-punt (135) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

    (b)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “(24a)

    'entità ta' riżoluzzjoni' tfisser persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru parteċipanti li, skont l-Artikolu 8, tiġi identifikata mill-Bord bħala entità li fir-rigward tagħha l-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi għal azzjoni ta' riżoluzzjoni;

    (24b)

    ''grupp ta' riżoluzzjoni'' tfisser:

    (a)

    entità ta' riżoluzzjoni, flimkien mas-sussidjarji tagħha li mhumiex:

    (i)

    entitajiet ta' riżoluzzjoni minnhom infushom;

    (ii)

    sussidjarji ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn; jew

    (iii)

    entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz li mhumiex inklużi fil-grupp ta' riżoluzzjoni taħt il-pjan ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom; jew

    (b)

    istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali u l-korp ċentrali stess meta għall-inqas waħda minn dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew il-korp ċentrali jkunu entità ta' riżoluzzjoni, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom;

    (24c)

    ''istituzzjoni dinjija ta' importanza sistemika'' jew “G-SII” tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

    (c)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(45a)

    “kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

    (d)

    fil-punt (48), il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

    (e)

    il-punt (49) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(49)

    “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna” tfisser obbligazzjonijiet u strumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew bħala strumenti addizzjonali tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 u li mhumiex esklużi mill-ambitu tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(3);”;

    (f)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “(49a)

    “obbligazzjonijiet eliġibbli” tfisser obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna li jissodisfaw, kif applikabbli, il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 12c jew tal-punt (a) tal-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, u strumenti tal-Grad 2 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (49b)

    “strumenti eliġibbli subordinati” tfisser strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 72b ta' dak ir-Regolament;”;

    (g)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(55)

    “rekwiżit ta' riżerva kombinata” tfisser rekwiżit ta' riżerva kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.”;

    (2)

    fl-Artikolu 7(3), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    it-twaqqif tal-livell tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, skont l-Artikoli 12 sa 12k;”.

    (3)

    l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jistabbilixxi alternattivi għall-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u għall-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni msemmija f'dan ir-Regolament għall-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.”;

    (b)

    l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 6 ġew sostitwiti b'dan li ġej:

    “Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li l-Bord jista' jieħu meta entità msemmija fil-paragrafu 1 tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni.

    L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 9 għandha tiġi żvelata lill-entità kkonċernata.”;

    (c)

    fil-paragrafu 9, il-punti (o) u (p) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(o)

    ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12f u 12g u skadenza għall-ilħuq ta' dak il-livell, f'konformità mal-Artikolu 12k;

    (p)

    fejn il-Bord japplika l-Artikolu 12c(4), (5), jew (7), skeda ta' żmien għall-konformità mill-entità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 12k;”;

    (d)

    il-paragrafu 10 ġie sostitwit b'dan li ġej:

    “10.   Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandhom jinkludu pjan għar-riżoluzzjoni tal-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, immexxija mill-impriża omm tal-Unjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti u għandhom jidentifikaw miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta':

    (a)

    l-impriża omm tal-Unjoni;

    (b)

    is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jkunu stabbiliti fl-Unjoni;

    (c)

    l-entitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2; u

    (d)

    soġġett għall-Artikolu 33, is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jkunu stabbiliti barra mill-Unjoni.

    Skont il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jidentifika għal kull grupp l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni.”;

    (e)

    fil-paragrafu 11, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għal entitajiet ta' riżoluzzjoni fix-xenarji msemmija fil-paragrafu 6 u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entitajiet oħra tal-grupp, tal-impriża omm u tal-istituzzjonijiet sussidjarji msemmija fil-paragrafu 1;

    (aa)

    fejn grupp imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, jistabbilixxi azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet fuq dawn it-tnejn li ġejjin:

    (i)

    entitajiet oħra tal-grupp li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

    (ii)

    gruppi oħra ta' riżoluzzjoni;

    (b)

    jeżamina sa liema punt l-għodod ta' riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati, u s-setgħat ta' riżoluzzjoni eżerċitati, fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Unjoni b'mod koordinat, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp sħiħ, jew ta' linji operatorji jew attivitajiet separati ta' negozju li huma fornuti minn għadd ta' entitajiet tal-grupp, jew ta' entitajiet partikolari tal-grupp jew gruppi ta' riżoluzzjoni, u jiġi identifikat kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;”;

    (f)

    fil-paragrafu 12 jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin:

    “Ir-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jitwettaq wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 21.

    Meta jistabbilixxi l-iskadenzi msemmija fil-punti (o) u (p) tal-paragrafu 9 ta'dan l-Artikolu, fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jieħu kont tal-iskadenza għall-konformità mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE.”;

    (4)

    l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Grupp għandu jitqies bħala riżolvibbli jekk ikun fattibbli u kredibbli għall-Bord li jew iwettaq stralċ tal-entitajiet tal-grupp skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew li jirriżolvihom billi japplika għodod ta' riżoluzzjoni għal, u jeżerċita setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta', entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' dak il-grupp filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tiġi evitata kwalunkwe konsegwenza negattiva sinifikanti għas-sistemi finanzjarji tal-Istati Membri li fihom ikunu jinsabu entitajiet tal-grupp, jew ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni, inklużi instabilità finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, bil-għan li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi mwettqa minn dawk l-entitajiet tal-grupp, meta jistgħu jiġu faċilment separati f'ħin opportun jew b'mezzi oħrajn.

    Il-Bord għandu jinnotifika lill-EBA f'ħin opportun fejn il-Bord iqis li l-grupp mhuwiex riżolvibbli.

    Fejn grupp ikun magħmul minn aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu jivvaluta r-riżolvibbiltà ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni skont dan l-Artikolu.

    Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssir flimkien mal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp kollu.”;

    (b)

    fil-paragrafu 9 jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    “L-entità għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tar-riċezzjoni ta' rapport magħmul f'konformità mal-Paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, tipproponi lill-Bord miżuri possibbli u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom sabiex jiġi żgurat li l-entità jew l-impriża omm tkun konformi mal-Artikolu 12f jew 12g, u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata, fejn impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà huwa dovut għal xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    l-entità tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, meta kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) ta' dan ir-Regolament; jew

    (ii)

    l-entità ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament.

    Meta tipproponi l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu, l-entità għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv. Il-Bord, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, għandu jivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impediment sostantiv inkwistjoni.”;

    (c)

    il-paragrafu 11 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fil-punti (i) u (j), il-kliem ''Artikolu 12'' huma sostitwiti mill-kliem ''Artikoli 12f u l-Artikolu 12g'';

    (ii)

    jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(k)

    li jeħtieġu li l-entità tissottometti pjan biex tirristawra l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f u 12g ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g ta' dan ir-Regolament espressi bħala perċentwal tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (l)

    għall-iskop li tiġi żgurata konformità kontinwa mal-Artikolu 12f jew 12g, sabiex entità tintalab tibdel il-profil ta' maturità ta':

    (i)

    strumenti ta' fondi proprji, wara li tkun kisbet il-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, u

    (ii)

    obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 12c u l-punt (a) tal-Artikolu 12g(2).”;

    (5)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 10a

    Setgħa għall-projbizzjoni ta' ċerti distribuzzjonijiet

    1.   Fejn entità tkun f'sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament meta kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) ta' dan ir-Regolament, il-Bord għandu jkollu s-setgħa, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li jipprojbixxi entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (''M-MDA'') ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu permezz ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    jagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

    (b)

    joħloq obbligu li jitħallsu rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-entità tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinati;

    (c)

    jagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

    Meta entità tkun fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika immedjatament l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni u lill-Bord dwar dan.

    2.   Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE fejn applikabbli, għandu jivvaluta mingħajr dewmien bla bżonn jekk għandux jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 filwaqt li jieħu kont tal-elementi li ġejjin kollha:

    (a)

    ir-raġuni, it-tul ta' żmien u d-daqs tan-nuqqas u l-impatt tiegħu fuq ir-riżolvibbiltà;

    (b)

    l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità u l-probabbiltà li, fil-futur prevedibbli, din tissodisfa l-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1);

    (c)

    il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien raġonevoli;

    (d)

    meta l-entità ma tkunx tista' tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 12c jew l-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, jekk dik l-inkapaċità hija idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu

    (e)

    jekk l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ikunx l-aktar mezz adegwat u proporzjonat biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-entità, b'kont meħud tal-impatt potenzjali tiegħu kemm fuq il-kondizzjonijiet ta' finanzjament kif ukoll fuq ir-riżolvibbiltà tal-entità kkonċernata.

    Il-Bord għandu jirrepeti l-valutazzjoni tiegħu dwar jekk għandux jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 mill-inqas kull xahar sakemm l-entità tkompli tkun fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

    3.   Jekk il-Bord iqis li l-entità tkun għadha fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien disa' xhur wara li sitwazzjoni bħal din tkun ġiet innotifikata mill-entità, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, għandu jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ħlief fejn il-Bord iqis, wara valutazzjoni, li jiġu ssodisfati tal-anqas tnejn mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    in-nuqqas huwa dovut għal tfixkil serju għall-funzjonament tas-swieq finanzjarji, li jwassal għal stress estensiv tas-suq finanzjarju fost diversi segmenti tas-swieq finanzjarji;

    (b)

    it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) mhux biss jirriżulta f'volatilità akbar fil-prezz tal-istrumenti ta' strumenti ta' fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità jew spejjeż akbar għall-entità, iżda jwassal ukoll għal għeluq sħiħ jew parzjali tas-swieq li jżomm l-entità milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk is-swieq;

    (c)

    l-għeluq tas-suq imsemmi fil-punt (b) jiġi osservat mhux biss għall-entità kkonċernata, iżda wkoll għal diversi entitajiet oħra;

    (d)

    it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) jipprevjeni l-entità kkonċernata milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'volum suffiċjenti sabiex tirrimedja n-nuqqas;

    (e)

    eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 twassal għal effetti konsegwenzjali għal parti mis-settur bankarju, li b'hekk potenzjalment jimminaw l-istabbiltà finanzjarja.

    Meta tiġi applikata l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż lill-BĊE fejn applikabbli, bid-deċiżjoni tiegħu u jispjega l-valutazzjoni tiegħu bil-miktub.

    Kull xahar, il-Bord għandu jirrepeti l-valutazzjoni tiegħu jekk hijiex applikabbli l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

    4.   L-“M-MDA” għandu jiġi applikat billi tiġi mmultiplikata s-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-“M-MDA” għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont riżultanti minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1.

    5.   Is-somma li tkun immultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fi:

    (a)

    profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas riżultanti mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

    magħduda ma'

    (b)

    kwalunkwe profitt ta' tmiem is-sena mhux inkluż fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, nett minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas riżultanti mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

    li minnhom jitnaqqsu

    (c)

    l-ammonti li jkunu pagabbli bħala taxxa li kieku kellhom jinżammu l-entrati speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

    6.   Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    (a)

    meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fl-ewwel kwart (jiġifieri, fl-aktar wieħed baxx) tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0;

    (b)

    meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tieni kwart tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,2;

    (c)

    meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill- entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tielet kwart tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,4;

    (d)

    meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fir-raba' kwart (jiġifieri, fl-ogħla wieħed) tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,6;

    Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull kwart tar-rekwiżit ta' riżerva għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

     

    Formula

     

    Formula

    fejn “Qn” = in-numru ordinali tal-kwart ikkonċernat.”;

    (6)

    l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dawn li ġejjin:

    “Artikolu 12

    Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    1.   Il-Bord għandu, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż mal-BĊE, jiddetermina r-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikoli 12a sa 12i, soġġett għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, li huma meħtieġa li jiġu sodisfatti f'kull ħin mill-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2) u mill-entitajiet u gruppi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(4) u fl-Artikolu 7(5) meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-paragrafi.

    2.   L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi entitajiet li jagħmlu parti minn gruppi, għandhom jirraportaw l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45i(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2014/59/UE lill-awtorità ta' riżoluzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti li huma stabbiliti fih.

    L-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Bord mingħajr dewmien bla bżonn.

    3.   Meta jabbozzaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 9, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jiddeterminaw ir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikoli 12a sa 12i, soġġett għas-setgħat ta' tniżżil fil-valur u ta' konverżjoni, li huma meħtieġa li jiġu sodisfatti f'kull ħin mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(3). F'dak ir-rigward għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.

    4.   Il-Bord għandu jieħu kwalunkwe determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod parallel mal-iżvilupp u maż-żamma tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 8.

    5.   Il-Bord għandu jindirizza d-determinazzjoni tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord skont l-Artikolu 29. Il-Bord għandu jitlob li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali jivverifikaw u jiżguraw li entitajiet u gruppi jżommu r-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    6.   Il-Bord għandu jinforma lill-BĊE u lill-EBA bir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jkun iddetermina għal kull entità u grupp taħt il-paragrafu 1.

    7.   Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-Bord għandu joħroġ linji gwida u jindirizza istruzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni dwar entitajiet jew gruppi speċifiċi.

    Artikolu 12a

    L-applikazzjoni u l-kalkolu tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    1.   Il-Bord u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jiżguraw li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) jissodisfaw, f'kull ħin, ir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fejn dan ikun meħtieġ minn, u f'konformità ma', dan l-Artikolu u l-Artikolu 12b sa 12i.

    2.   Dan ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 12d(3), (4), jew (6), kif applikabbli, bħala l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli u jiġi espress bħala perċentwal ta':

    (a)

    l-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

    (b)

    il-miżura tal-iskopertura totali tar-riskju tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Artikolu 12b

    Eżenzjoni mir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    1.   Minkejja l-Artikolu 12a, il-Bord għandu jeżenta mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12a(1) lill-istituzzjonijiet ta' kreditu ipotekarju ffinanzjati minn bonds koperti li, mhumiex permessi jirċievu depożiti taħt il-liġi nazzjonali, sakemm il-kondizzjonijiet kollha segwenti jkunu sodisfatti:

    (a)

    dawk l-istituzzjonijiet ser jiġu stralċjati fi proċedimenti nazzjonali ta' insolvenza jew f'tipi oħra ta' proċedimenti stabbiliti għal dawk l-istituzzjonijiet u implimentati skont l-Artikoli 38, 40 jew 42 tad-Direttiva 2014/59/UE; u

    (b)

    il-proċedimenti msemmija fil-punt (a) jiżguraw li l-kredituri ta' dawk l-istituzzjonijiet, inklużi d-detenturi ta' bonds koperti, fejn rilevanti, iġarrbu telf b'mod li jilħaq l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

    2.   L-istituzzjonijiet li huma eżentati mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12(1) ma għandhomx ikunu parti mill-konsolidazzjoni msemmija fl-Artikolu 12f(1).

    Artikolu 12c

    Obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni

    1.   Obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ammont tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni biss meta dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli li ġejjin tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

    (a)

    l-Artikolu 72a;

    (b)

    l-Artikolu 72b, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-paragrafu 2; u

    (c)

    Artikolu 72c.

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fil-każ li dan ir-Regolament jirreferi għar-rekwiżiti fl-Artikolu 92a jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l- għall-fini ta' dawk l-Artikoli, l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu f'obbligazzjonijiet eliġibbli kif definiti fl-Artikolu 72k ta' dak ir-Regolament u jiġu ddeterminati f'konformità mal-Kapitolu 5a tat-Titolu I tal-Parti II ta' dak ir-Regolament.

    2.   Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati, bħal noti strutturati, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, ħlief għall-punt (l) tal-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-ammont prinċipali tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument tad-dejn ikun magħruf fil-mument tal-ħruġ, ikun fiss jew qed jiżdied u mhux affettwat minn karatteristika ta' derivattiv inkorporat, u l-ammont totali tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument tad-dejn, inkluż id-derivattiv inkorporat, jistgħu jiġu vvalutati fuq bażi ta' kuljum b'referenza għal suq bidirezzjonali attiv u likwidu għal strument ekwivalenti mingħajr riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 104 u 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; jew

    (b)

    l-istrument tad-dejn jinkludi terminu kuntrattwali li jispeċifika li l-valur tal-pretensjoni f'każijiet kemm ta' insolvenza tal-emittent kif ukoll tar-riżoluzzjoni tal-emittent huwa fiss jew jiżdied, u ma jeċċedix l-ammont inizjalment imħallas totalment tal-obbligazzjoni.

    L-istrumenti tad-dejn imsemmija fl-ewwel subparagrafu, inkluż id-derivattivi inkorporati tagħhom, m'għandhomxikunu soġġetti għal xi ftehim ta' netting u l-valutazzjoni ta' tali strumenti m'għandhiex tkun soġġetta għall-Artikolu 49(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.

    L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fir-rigward tal-parti tal-obbligazzjoni li tikkorrispondi għall-ammont prinċipali msemmi fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu jew għall-ammont fiss jew li qed jiżdied imsemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu.

    3.   Fejn jinħarġu obbligazzjonijiet minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni għal xi azzjonist eżistenti li ma jkunx parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, u dik is-sussidjarja tkun parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħall-entità ta' riżoluzzjoni, dawk l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    jinħarġu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12g(2);

    (b)

    l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' dawk l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 21 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

    (c)

    dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqbżux ammont determinat mit-tnaqqis:

    (i)

    is-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12g(2) minn

    (ii)

    l-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 12g(1).

    4.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit minimu fl-Artikolu 12d(4) u fil-punt (a) tal-Artikolu 12e(1), il-Bord, fuq inizjattiva proprja tiegħu wara li jkun ikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandu jiżgura li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f daqs 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandha tiġi ssodisfata minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Bord jista' jippermetti li livell aktar baxx minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità ta' riżoluzzjoni iżda ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula (1-X1/X2) × 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jkunu ssodisfati kollha l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn, fid-dawl tat-tnaqqis li huwa possibbli skont l-Artikolu 72b(3) ta' dak ir-Regolament:

     

    X1 = 3.5 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

     

    X2 = l-ammont li jirriżulta mis-somma ta' 18 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-ammont tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

    Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4), fejn l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu twassal għal rekwiżit 'il fuq minn 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju għall-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata, il-Bord għandu jillimita l-parti tar-rekwiżit imsemmija fl-Artikolu 12f li għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal ammont daqt 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju jekk il-Bord ikun ivvaluta li:

    (a)

    l-aċċess għall-Fond mhux meqjus bħala opzjoni biex tiġi riżolta dik l-entità ta' riżoluzzjoni fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u

    (b)

    fejn il-punt (a) ma japplikax, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f jippermetti dik l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 27(7).

    Meta jagħmel il-valutazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, il-Bord għandu jqis ukoll ir-riskju ta' impatt sproporzjonat fuq il-mudell kummerċjali tal-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata.

    Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(5), it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma japplikax.

    5.   Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li la huma GSIIs u lanqas ma huma entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5), il-Bord, jew fuq inizjattiva proprja tiegħu wara li jikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, jista' jiddeċiedi li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f sal-ogħla waħda mit-8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità u l-formula msemmija fil-paragrafu 7 ta'dan l-Artikolu, għandha tiġi ssodisfata permezz tal-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    obbligazzjonijiet mhux subordinati msemmija fil-paragrafi (1) u (2) ta' dan l-Artikolu għandhom l-istess klassifikazzjoni prijoritarja fil-ġerarkija nazzjonali tal-insolvenza bħal ċerti obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu27(3) jew l-Artikolu 27(5);

    (b)

    jeżisti r-riskju li, bħala riżultat ta' applikazzjoni ppjanata ta' setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni lil obbligazzjonijiet mhux subordinati li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 27(3) jew l-Artikolu 27(5), kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet iġarrbu telf ikbar milli kieku jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza;

    (c)

    l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra ma jaqbiżx l-ammont meħtieġ biex jiġi żgurat li l-kredituri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx iġarrbu telf 'il fuq mil-livell tat-telf li altrimenti kienu jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza.

    Fejn il-Bord jiddetermina li, fi ħdan klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont tal-obbligazzjonijiet li huma esklużi jew hemm raġunijiet biex x'aktarx jiġu esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikoli 27(3) jew 27(5), jammonta għal iktar minn 10 % ta' dik il-klassi, il-Bord għandu jivvaluta r-riskju msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

    6.   Għall-finijiet tal-paragrafi 4, 5, u 7, l-obbligazzjonijiet derivattivi għandhom jiġu inklużi fl-obbligazzjonijiet totali, fuq il-bażi li jingħata rikonoxximent sħiħ lid-drittijiet ta' nettjar tal-kontroparti.

    Il-fondi proprji ta' entità ta' riżoluzzjoni użati biex tikkonforma mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom ikunu eliġibbli għal konformità mar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafi 4, 5 u 7.

    7.   B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Bord jista' jiddeċiedi li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f ta' dan ir-Regolament għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sa fejn, minħabba l-obbligu tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' riżerva kombinata msemmija fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 12d(4) u l-Artikolu 12f ta' dan ir-Regolament, is-somma ta' dawk il-fondi proprji, strumenti u obbligazzjonijiet ma taqbiżx l-ogħla minn:

    (a)

    8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità; jew

    (b)

    l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formola A × 2 + B × 2 + C, fejn A, B u C huma l-ammonti li ġejjin:

    A= l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    B= l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE;

    C= l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

    8.   Il-Bord jista' jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5), li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sa limitu ta' 30 % tan-numru totali tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li huma G-SIIs jew li huma soġġetti għall-Artikolu 12d (4) jew (5) li għalihom il-Bord jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f.

    Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord kif ġej:

    (a)

    fejn ġew identifikati impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà fil-valutazzjoni preċedenti tar-riżolvibbiltà, u jew:

    (i)

    ma ttieħdet ebda azzjoni ta' rimedju wara l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(11) fl-iskeda ta' żmien mitluba mill-Bord, jew

    (ii)

    l-impediment sostantiv identifikat ma jistax jiġi indirizzat minn kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(11), u l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jkun jikkumpensa parzjalment jew kompletament għall-impatt negattiv ta' impediment sostantiv dwar ir-riżolvibbiltà;

    (b)

    il-Bord iqis li l-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni ppreferuta tal-entità ta' riżoluzzjoni hija limitata, b'kont meħud tad-daqs tal-entità, l-interkonnettività, in-natura, l-ambitu, ir-riskju u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-istatus ġuridiku tagħha u l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha; jew

    (c)

    ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE jirrifletti l-fatt li l-entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew li hija soġġetta għall-Artikolu 12d(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament hija, f'termini ta stat ta' riskju, fost l-ogħla 20 % tal-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Bord jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) ta' dan ir-Regolament.

    Għall-finijiet tal-perċentwali msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu, il-Bord għandu jżid in-numru li jirriżulta mill-kalkolu sal-eqreb numru sħiħ.

    9.   Wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord għandu jieħu d-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 5 jew 7.

    Meta jkun qed jieħu dawk id-deċiżjonijiet, il-Bord għandu jqis ukoll:

    (a)

    il-profondità tas-suq għall-istrumenti ta' fondi proprji tal-entità ta' riżoluzzjoni u strumenti eliġibbli subordinati, l-ipprezzar ta' tali strumenti, u l-ħin meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe transazzjoni meħtieġa għall-fini ta' konformità mad-deċiżjoni;

    (b)

    l-ammont ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'maturità residwa ta' inqas minn sena mid-data tad-deċiżjoni bil-ħsieb li jsiru aġġustamenti kwantitattivi għar-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafi 5 u 7 ta' dan l-Artikolu;

    (c)

    id-disponibbiltà u l-ammont ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-punt (d) tal-Artikolu 72b(2) ta' dak ir-Regolament;

    (d)

    jekk l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 27(3) jew (5) li, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, jikklassifikaw fl-istess livell ta' jew taħt l-obbligazzjonijiet eliġibbli bl-ogħla klassifikazzjoni jkun sinifikanti meta mqabbel mal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni. Fejn l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi ma jaqbiżx 5 % tal-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont eskluż għandu jitqies bħala li mhux sinifikanti. 'Il fuq minn dak il-limitu, is-sinifikat tal-obbligazzjonijiet esklużi għandu jiġi vvalutat mill-Bord.

    (e)

    il-mudell kummerċjali, il-mudell ta' finanzjament, u l-profil ta' riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni, kif ukoll l-istabbiltà u l-ħila tagħha li tikkontribwixxi għall-ekonomija; u

    (f)

    l-impatt ta' spejjeż ta' ristrutturar possibbli fuq ir-rikapitalizzazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni.

    Artikolu 12d

    Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    1.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi ddeterminat mill-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

    (a)

    il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni jista' jiġi riżolt bl-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni inkluż, fejn ikun il-każ, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, b'mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

    (b)

    il-ħtieġa li jiġi żgurat, fejn adatt, li l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom li huma istituzzjonijiet, jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli biex jiżguraw li, jekk l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jew is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, rispettivament, kellhom jiġu applikati għalihom, it-telf ikun jista' jiġi assorbit u u li l-proporzjoni kapitali totali u, skont ma jkun applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entitajiet rilevanti jistgħu jiġu ristawrati għal livell meħtieġ biex ikunu jistgħu jkomplu jkunu konformi mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex iwettqu l-attivitajiet li għalihom ikunu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;

    (c)

    il-ħtieġa li jiġi żgurat li, jekk il-pjan ta' riżoluzzjoni jantiċipa li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(5) ta' dan ir-Regolament jew jistgħu jiġu kompletament trasferiti lil riċevitur taħt trasferiment parzjali, l-entità ta' riżoluzzjoni jkollha fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħra biex tassorbi t-telf u tirrestawra l-proporzjon kapitali totali u, skont ma jkun applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ għal livell neċessarju sabiex tkun tista' tkompli tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex tkompli bl-attivitajiet li hija awtorizzata għalihom skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;

    (d)

    id-daqs, il-mudell kummerċjali, il-mudell ta' finanzjament u l-profil ta' riskju tal-entità;

    (e)

    il-punt sa liema l-falliment tal-entità jkollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż permezz tal-kontaġju fuq istituzzjonijiet jew entitajiet oħra, minħabba l-interkonnessjoni tal-entità ma' istituzzjonijiet jew entitajiet oħra jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja.

    2.   Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li għandha tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni jew li għandhom jiġu applikati setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward ta' strumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 21 f'konformità max-xenarju rilevanti msemmi fl-Artikolu 8(6), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jkun ugwali għal ammont suffiċjenti biex jiġi żgurat li:

    (a)

    it-telf li hija mistennija ġġarrab l-entità jiġi kompletament assorbit (''assorbiment tat-telf'');

    (b)

    l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li huma istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) jew (3) iżda mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jiġu rikapitalizzati għal livell neċessarju sabiex ikunu jistgħu jkomplu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u jwettqu l-attivitajiet li għalihom huma awtorizzati taħt id-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE jew att leġislattiv ekwivalenti għal perjodu xieraq li mhuwiex itwal minn sena (“rikapitalizzazzjoni”).

    Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li l-entità għandha tiġi stralċjata taħt proċedimenti ta' insolvenza normali jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħra, il-Bord għandu jivvaluta jekk hux ġustifikat li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal dik l-entità jiġi limitat biex ma jaqbiżx ammont suffiċjenti sabiex jiġi assorbit it-telf skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

    Il-valutazzjoni mill-Bord għandha, b'mod partikolari, tevalwa l-limitu msemmi fit-tieni subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe impatt possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ir-riskju ta' kontaġju għas-sistema finanzjarja.

    3.   Fil-każ ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun dan li ġej:

    (a)

    bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt a) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':

    (i)

    l-ammont ta' telf li jrid jiġi assorbit fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità ta' riżoluzzjoni fil-livell konsolidat ta' grupp ta' riżoluzzjoni; u

    (ii)

    ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit ta' proporzjon ta' kapital totali tiegħu msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta; u

    (b)

    bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':

    (i)

    l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità ta' riżoluzzjoni msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u

    (ii)

    ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.

    Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bl-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju.

    Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-mi'ura tal-iskopertura totali.

    Meta jkun qed jistabbilixxi r-rekwiżit individwali provdut fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jqis ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27(7).

    Meta jkun qed jistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmija fis-subparagrafi preċedenti, il-Bord għandu:

    (a)

    juża l-valuri l-aktar reċenti rrappurtati għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jew il-miżura tal-iskopertura totali rilevanti, aġġustati għall-kwalunkwe bidla li tirriżulta mill-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u

    (b)

    wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jaġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.

    Il-Bord għandu jkun jista' jżid ir-rekwiżit previst fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu b'ammont xieraq meħtieġ biex jiġi żgurat li, wara r-riżoluzzjoni, l-entità hija kapaċi żżomm fiduċja suffiċjenti tas-suq għal perijodu xieraq li ma għandux jaqbeż sena.

    Fejn japplika s-sitt subparagrafu ta' dan l-Artikolu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni, bit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

    L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx huwa suffiċjenti biex tinżamm il-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 12(1) u l-aċċess minnha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju minbarra kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun meħtieġ ammont akbar biex tinżamm fiduċja tas-suq suffiċjenti u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) u l-aċċess minnha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju minbarra kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), għal perijodu xieraq ta' żmien li ma għandux jaqbeż sena.

    4.   Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li huma parti minn grupp ta' riżoluzzjoni, li l-assi totali tiegħu jaqbżu EUR 100 biljun, il-livell tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkun tal-anqas daqs:

    (a)

    13,5 % meta kkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 12a(2); u

    (b)

    5 % meta kkalkulat skont il-punt (b) tal-Artikolu 12a(2).

    B'deroga mill-Artikolu 12c, l-entitajiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jissodisfaw livell tar-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu li huwa daqs 13,5 % meta kkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) u daqs 5 % meta kkalkulat skont il-punt (b) tal-Artikolu 12a(2) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew l-obbligazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 12c(3) ta' dan ir-Regolament.

    5.   Fuq talba tal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' entità ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu japplika r-rekwiżiti minimi stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għal entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u hija parti minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu huma inqas minn EUR 100 biljun, u li hija meqjusa mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni li raġonevolment x'aktarx tippreżenta riskju sistemiku fil-każ tal-falliment tagħha.

    Meta tkun qed tieħu deċiżjoni li tagħmel talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tqis:

    (a)

    il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;

    (b)

    il-punt sa fejn l-aċċess huwa limitat għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;

    (c)

    il-punt sa fejn l-entità ta' riżoluzzjoni tiddipendi fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f.

    In-nuqqas ta' talba mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord taħt l-Artikolu 12c(5).

    6.   Għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun li ġej:

    (a)

    bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':

    (i)

    l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità; u

    (ii)

    ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità tirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon totali tal-kapital tagħha msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u

    (b)

    għall-fini li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':

    (i)

    l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

    (ii)

    ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità tirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ tagħha msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

    Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bl-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju.

    Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-miżura tal-iskopertura totali.

    Meta jkun qed jistabbilixxi r-rekwiżit individwali provdut fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jqis ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27(7).

    Meta jkun qed jistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmija fil-paragrafi preċedenti, il-Bord għandu:

    (a)

    juża l-valuri l-aktar reċenti rrappurtati għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jew għall-miżura ta' skopertura totali rilevanti, aġġustati għal kwalunkwe tibdil li jirriżulta mill-azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u

    (b)

    wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jaġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità rilevanti wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni..

    Il-Bord għandu jkun jista' jżid ir-rekwiżit stipulat fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'ammont adegwat meħtieġ biex jiżgura li, wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti f'konformità mal-Artikolu 21, l-entità hija kapaċi iżżomm fiduċja suffiċjenti tas-suq għal perijodu xieraq li m'għandux jaqbeż sena.

    Fejn ikun applikabbli s-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun stabbilit fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21 jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, bit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

    L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx huwa suffiċjenti biex tiġi żgurata l-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr kontribuzzjonijiet mill-Fond, b'mod konsistenti mal-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21 jew ir-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li huwa meħtieġ ammont ogħla biex tinżamm il-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3) għal perijodu xieraq ta' żmien li ma għandux jaqbeż sena.

    7.   Fejn il-Bord jistenna li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli raġonevolment x'aktarx li jiġu esklużi kompletament jew parzjalment mir-rikapitalizzazzjoni interna f'konformità mal-Artikolu 27(5) jew jistgħu jiġu trasferiti kompletament lil riċevitur taħt trasferiment parzjali, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi ssodisfat b'fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħra b'mod suffiċjenti sabiex:

    (a)

    jiġi kopert l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi identifikati skont l-Artikolu 27(5);

    (b)

    jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma ssodisfati.

    8.   Kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord li jimponi rekwiżit minimu ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluża valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu, u għandha tiġi rieżaminata mill-Bord mingħajr dewmien bla bżonn biex tirrifletti kwalunkwe tibdil fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE.

    9.   Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 6 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti kapitali għandhom jiġu interpretati f'konformità mal-applikazzjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fil-Kapitoli 1, 2 u 4 tat-Titolu I tal-Għaxar Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali li jeżerċitaw l-għażliet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti minn dak ir-Regolament.

    Artikolu 12e

    Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs u sussidjarji materjali tal-Unjoni ta' G-SIIs mhux tal-UE

    1.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew parti minn G-SII għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

    (a)

    ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

    (b)

    kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli determinat mill-Bord speċifikament relattiv għal dik l-entità f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

    2.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal sussidjarja materjali tal-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

    (a)

    ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92b u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

    (b)

    kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli determinat mill-Bord speċifikament relattiv għal dik is-sussidjarja materjali f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, li għandu jiġi ssodisfat b'fondi proprji u obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 12g u l-Artikolu 92b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    3.   Il-Bord għandu jimponi rekwiżit addizzjonali għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu (1) u l-punt (b) tal-paragrafu 2 biss:

    (a)

    meta r-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew il-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jkunx biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12d; u

    (b)

    sa punt li jiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12d jiġu ssodisfati.

    4.   Kwalunkwe deċiżjoni mill-Bord li jimponi rekwiżit addizzjonali ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluża valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u għandha tiġi rieżaminata mill-Bord mingħajr dewmien bla bżonn biex tirrifletti kwalunkwe tibdil fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE applikabbli għall-grupp ta' riżoluzzjoni jew għas-sussidjarja materjali tal-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE.

    Artikolu 12f

    Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni

    1.   Entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12c sa 12e fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

    2.   Il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, jekk dik l-awtorità ma tkunx il-Bord, u s-superviżur konsolidanti, għandhom jiddeterminaw ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità ta' riżoluzzjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti fil-livell konsolidat ta' grupp ta' riżoluzzjoni abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12c sa 12e u abbażi ta' jekk is-sussidjarji ta' pajjiżi terzi tal-grupp għandhomx jiġu riżolti separatament skont il-pjan ta' riżoluzzjoni.

    3.   Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (24b) tal-Artikolu 3(1), il-Bord għandu jiddeċiedi, skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà u tal-istrateġija preferuta ta' riżoluzzjoni, liema entitajiet fil-grupp ta' riżoluzzjoni huma meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 12d(3) u (4) u l-Artikolu 12e(1), biex ikun żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni bħala ħaġa waħda jikkonforma mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u kif tali entitajiet għandhom jagħmlu dan f'konformità mal-pjan ta' riżoluzzjoni.

    Artikolu 12g

    Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni

    1.   Istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni jew ta' entità ta' pajjiż terz u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma nfushom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12d fuq bażi individwali.

    Il-Bord jista', wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti inkluż il-BĊE, jiddeċiedi li japplika r-rekwiżit stabbilit f'dan l-Artikolu għal entità msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2 li hija sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni u li mhijiex entità ta' riżoluzzjoni hija nnifisha.

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-impriżi omm tal-Unjoni li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma nfushom u huma sussidjarji ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12d u 12e fuq bażi konsolidata.

    Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (24b) tal-Artikolu 3(1), dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, iżda li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, korp ċentrali li mhuwiex entità ta' riżoluzzjoni, u kwalunkwe entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għal rekwiżit taħt l-Artikolu 12f(3), għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 12d(6) fuq bażi individwali.

    Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità msemmija f'dan il-paragrafu għandu jkun determinat abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12d.

    2.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ssodisfat permezz ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (a)

    obbligazzjonijiet:

    (i)

    li jinħarġu lill-entità ta' riżoluzzjoni u li jinxtraw minnha, direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni li jkun xtara l-obbligazzjonijiet mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu jew li jinħarġu lil azzjonist eżistenti li mhux parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jew li huma mixtrija minnu, dment li l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 21 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

    (ii)

    li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-punti (b), (c), (k), (l) u (m) tal-Artikolu 72b(2) u l-Artikolu 72b(3) sa (5) ta' dak ir-Regolament;

    (iii)

    li fi proċedimenti ta' insolvenza normali jikklassifikaw taħt obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjoni msemmija fil-punt (i) u li mhumiex eliġibbli għal rekwiżiti ta' fondi proprji;

    (iv)

    li huma soġġetti għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 21 b'mod li huwa konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari billi ma jiġix affettwat il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

    (v)

    li l-akkwist ta' sjieda tagħhom mhuwiex iffinanzjat direttament jew indirettament mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu;

    (vi)

    id-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet għandhom jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta' dik l-entità, u dik l-entità ma tipprovdix b'mod ieħor indikazzjoni tali;

    (vii)

    id-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jaċċellera l-pagament skedat fil-futur tal-imgħax jew tal-kapital, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-entità soġġetta għal dan l-Artikolu;

    (viii)

    il-livell ta' pagamenti ta' mgħax jew dividenti, kif applikabbli, li huma dovuti fuq l-obbligazzjonijiet ma jiġix emendat abbażi tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità soġġetta għal dan l-Artikolu jew tal-intrapriża omm tagħha;

    (b)

    fondi proprji, kif ġej:

    (i)

    kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni, u

    (ii)

    fondi proprji oħrajn li:

    huma maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet li huma inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jew

    huma maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet li mhumiex inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 21 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni.

    3.   Il-Bord jista' jippermetti li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 21a(1) jiġi ssodisfat kompletament jew parzjalment b'garanzija pprovduta mill-entità ta' riżoluzzjoni, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

    (b)

    l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f:

    (c)

    il-garanzija tingħata għal mill-inqas ammont li huwa ekwivalenti għall-ammont tar-rekwiżit li tissostitwixxi;

    (d)

    il-garanzija tiġi skattata meta s-sussidjarja ma tkunx kapaċi tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħra meta jsiru dovuti jew tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3) fir-rigward tas-sussidjarja, skont liema jiġi l-ewwel;

    (e)

    il-garanzija tkun kollateralizzata permezz ta' arranġament kollaterali finanzjarju kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għal mill-inqas 50 % tal-ammont tagħha;

    (f)

    il-kollateral li jappoġġa l-garanzija jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 197 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li, wara valwazzjonijiet negattivi adegwatament konservattivi, ikun biżżejjed biex ikopri l-ammont kollateralizzat kif imsemmi fil-punt (e);

    (g)

    il-kollateral li jappoġġa l-garanzija mhux gravat u b'mod partikolari ma jintużax bħala kollateral biex jappoġġa kwalunkwe garanzija oħra;

    (h)

    il-kollateral għandu maturità effettiva li tissodisfa l-istess kondizzjoni ta' maturità bħal dik imsemmija fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

    (i)

    ma hemm l-ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti, inkluż fejn tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni.

    Għall-finijiet tal-punt (i) tal-ewwel subparagrafu, fuq talba tal-Bord, l-entità ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi opinjoni legali indipendenti, motivata u bil-miktub jew inkella għandha turi b'mod sodisfaċenti ieħor li ma hemm ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti.

    Artikolu 12h

    Rinunzja tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli applikata għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni

    1.   Il-Bord jista' jirrinunzja l-applikazzjoni tal-Artikolu 12g fir-rigward ta' sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti fejn:

    (a)

    kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

    (b)

    l-entità ta' riżoluzzjoni tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f;

    (c)

    ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali, attwali jew antiċipat għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għall-ħlas lura tal-obbligazzjonijiet mill-entità ta' riżoluzzjoni lis-sussidjarja li fir-rigward tagħha tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3), b'mod partikolari meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni.

    2.   Il-Bord jista' jirrinunzja l-applikazzjoni tal-Artikolu 12g għal sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti fejn:

    (a)

    kemm is-sussidjarja kif ukoll l-impriża omm tagħha huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

    (b)

    l-intrapriża omm tikkonforma fuq bażi konsolidata mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) f'dak l-Istat Membru parteċipanti;

    (c)

    ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali, attwali jew antiċipat għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għall-ħlas lura tal-obbligazzjonijiet mill-impriża omm lis-sussidjarja li fir-rigward tagħha tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3), b'mod partikolari meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-impriża omm.

    Artikolu 12i

    Eżenzjoni għal korp ċentrali u istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali

    Il-Bord jista' jirrinunzja, parzjalment jew kompletament, l-applikazzjoni tal-Artikolu 12g fir-rigward ta' korp ċentrali jew ta' istituzzjoni ta' kreditu li tkun affiljata b'mod permanenti ma' korp ċentrali, fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

    (a)

    l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali huma soġġetti għal superviżjoni mill-istess awtorità kompetenti u huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

    (b)

    l-impenji tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti tagħha huma konġunti u bosta obbligazzjonijiet jew l-impenji tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti tiegħu huma garantiti totalment mill-korp ċentrali;

    (c)

    ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, u s-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti kollha huma sorveljati bħala ħaġa waħda abbażi ta' kontijiet konsolidati ta' dawk l-istituzzjonijiet;

    (d)

    fil-każ ta' rinunzja għal istituzzjoni ta' kreditu li tkun affiljata b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-maniġment tal-korp ċentrali għandu s-setgħa joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati b'mod permanenti;

    (e)

    il-grupp ta' riżoluzzjoni rilevanti jikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f(3); u,

    (f)

    ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali, attwali jew antiċipat għat-trasferiment immedjat ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet bejn il-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti f'każ ta' riżoluzzjoni.

    Artikolu 12j

    Ksur tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

    1.   Kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikoli 12f jew 12g għandu jiġi indirizzat abbażi ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a)

    setgħat biex jiġu indirizzati jew jitneħħew impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 10;

    (b)

    setgħat imsemmija fl-Artikolu 10a;

    (c)

    miżuri msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE;

    (d)

    miżuri ta' intervent bikri skont l-Artikolu 13;

    (e)

    penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikoli 110 u 111 tad-Direttiva 2014/59/UE.

    Barra minn hekk, il-Bord jew il-BĊE jistgħu jwettqu alutazzjoni ta' jekk l-istituzzjoni hux qed tfalli jew probabbilment ser tfalli f'konformità mal-Artikolu 18.,

    2.   Il-Bord, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin meta jeżerċitaw is-setgħat rispettivi tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 12k

    Arranġamenti tranżizzjonali u ta' wara riżoluzzjoni

    1.   B'deroga mill-Artikolu 12a(1), il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perijodi tranżizzjonali adatti sabiex entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f jew 12g, jew mar-rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), skont il-każ. L-iskadenza gall-entitajiet biex ikunu konformi mar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew mar-rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2024.

    Il-Bord għandu jiddetermina livelli ta' mira intermedju għar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew għal rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), skont il-każ, li magħhom l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) għandhom jikkonformaw fl-1 ta' Jannar 2022. Il-livelli tal-mira intermedja għandhom, bħala regola, jiżguraw akkumulazzjoni lineari tal-obbligazzjonijiet eliġibbli u fondi proprji lejn ir-rekwiżit.

    Il-Bord jista' jistabbilixxi perijodu tranżizzjonali li jkun itwal mill-1 ta' Jannar 2024 meta dan ikun debitament ġustifikat u adatt, abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 7 u billi jittieħed kont ta':

    (a)

    l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità;

    (b)

    il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità f'perijodu ta' żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g jew rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7); u

    (c)

    jekk l-entità tistax tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li m'għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 12c jew l-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, u jekk le, jekk dik l-inabbiltà hijiex ta' natura idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu.

    2.   L-iskadenza għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni biex ikunu konformi mal-livell minimu tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12d(4) jew (5) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2022.

    3.   Il-livelli minimi tar-rekwiżiti imsemmija fl-Artikolu 12d(4) u (5) ma għandhomx japplikaw fi żmien sentejn wara d-data:

    (a)

    li fiha l-Bord jew l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ikunu applikaw l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna;

    (b)

    li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun stabbilixxiet miżura alternattiva għas-settur privat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertiti fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew li fiha ġew eżerċitati setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, skont l-Artikolu 21, fir-rigward ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni, sabiex l-entità ta' riżoluzzjoni tkun rikapitilizzata mingħajr l-applikazzjoni ta' għodod ta' riżoluzzjoni.

    4.   Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12c(4) u (7) kif ukoll fl-Artikolu 12d(4) u (5), kif applikabbli, ma għandhomx japplikaw fil-perjodu tat-tliet snin wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni jew il-grupp li l-entità ta' riżoluzzjoni hija parti minnu jkunu ġew identifikati bħala GSII, jew l-entità ta' riżoluzzjoni tibda tkun fil-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 12d(4) jew (5).

    5.   B'deroga mill-Artikolu 12a(1), il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perijodu tranżizzjonali xieraq għal konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f jew 12g, jew rekwiżit derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), kif xieraq, għal entitajiet li għalihom ġew applikati għodod ta' riżoluzzjoni jew is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 21.

    6.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 5, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jikkomunikaw lill-entità rekwiżit minimu ippjanat għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal kull perijodu ta' tnax-il xahar matul il-perijodu tranżizzjonali bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata akkumulazzjoni gradwali tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tagħha. Fi tmiem il-perijodu tranżizzjonali, ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jkun daqs l-ammont determinat skont l-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), l-Artikolu 12d(4) jew (5), l-Artikolu 12f jew l-Artikolu 12g, kif applikabbli.

    7.   Meta jiddetermina l-perijodi tranżizzjonali, il-Bord għandu jqis:

    (a)

    il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;

    (b)

    l-aċċess għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;

    (c)

    sa fejn tkun id-dipendenza tal-entità ta' riżoluzzjoni fuq il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni 1 biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f.

    8.   Soġġett għall-paragrafu 1, il-Bord ma għandux jiġi mwaqqaf milli sussegwentement jirrevedi jew il-perijodu tranżizzjonali jew kwalunkwe rekwiżit minimu ippjanat għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ikkomunikat skont il-paragrafu 6.

    (*1)  Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti ta' kollateral finanzjarju (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).”;"

    (7)

    l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Il-Bord għandu jieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' impriża omm imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2, fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ikunu ssodisfati.”;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Minkejja l-fatt li impriża omm ma tkunx tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1), il-Bord jista' jiddeċiedi dwar azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dik l-impriża omm meta din tkun entità ta' riżoluzzjoni u meta sussidjarja waħda jew aktar mis-sussidjarji tagħha li jkunu istituzzjonijiet u mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom jkunu tali li l-falliment tagħhom jhedded istituzzjoni jew lill-grupp kollu fl-intier tiegħu u azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dik l-impriża omm tkun neċessarja jew għar-riżoluzzjoni ta' dawk is-sussidjarji li huma istituzzjonijiet jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni rilevanti fl-intier tiegħu.”;

    (8)

    l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    b'kont meħud taż-żmien u ta' ċirkostanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li xi miżura alternattiva tas-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, jew azzjoni ta' superviżjoni, inklużi miżuri ta' intervent bikri jew valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21, meħuda fir-rigward tal-entità, jistgħu jimpedixxu l-falliment tagħha f'limitu ta' żmien raġonevoli;”

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   Il-Bord jista' jadotta skema ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 fir-rigward ta' korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li huma affiljati b'mod permanenti magħha li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni meta dak il-grupp ta' riżoluzzjoni jikkonforma bħala ħaġa waħda mal-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

    (9)

    l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-kliem ''strumenti kapitali'' huma sostitwiti bil-kliem ''strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21'';

    (b)

    il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fil-punt (a), il-kliem ''strumenti kapitali'' huma sostitwiti bil-kliem ''strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21'';

    (ii)

    il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(c)

    meta tiġi applikata s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21(7), biex tkun infurmata d-deċiżjoni dwar il-punt sa liema għandhom jiġu kkanċellati jew dilwiti l-istrumenti ta' sjieda, u l-punt sa liema għandhom jiġu vvalutati negattivament jew kkonvertiti l-istrumenti kapitali rilevanti u l-obbligazzjonijiet eliġibbli;

    (d)

    meta tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, biex tkun infurmata d-deċiżjoni dwar il-punt sa liema għandhom jiġu valwati negattivament jew jiġu kkonvertiti l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna;”;

    (iii)

    fil-punt (g), il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21”;

    (c)

    fil-paragrafi 6, 13 u 15, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21”;

    (10)

    l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Valutazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli”;

    (b)

    fil-parti introduttorju u fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a”;

    (c)

    fil-punt (b) tal-paragrafu 3, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 7a”;

    (d)

    il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “7.   Jekk tiġi ssodisfata kondizzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1, il-Bord, filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, għandu jiddetermina jekk is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhomx jiġu eżerċitati indipendentement jew flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-proċedura taħt l-Artikolu 18,.

    Fejn strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu nxtraw mill-entità ta' riżoluzzjoni b'mod indirett permezz ta' entitajiet oħrajn fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' dawk l-istrumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tiġi eżerċitata flimkien mal-eżerċizzju tal-istess setgħa fil-livell tal-intrapriża omm tal-entità kkonċernata jew fil-livell ta' intrapriżi omm oħrajn li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex it-telf jiġi effettivament mgħoddi lill-entità ta' riżoluzzjoni, u l-entità kkonċernata tiġi rikapitalizzata mill-entità ta' riżoluzzjoni.

    Wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq il-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(16) u għandu japplika l-punt (e) tal-Artikolu 76(1).”;

    (e)

    jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “7a.   Is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tiġi eżerċitata biss fir-rigward ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, minbarra l-kondizzjoni relatata mal-maturità pendenti ta' obbligazzjonijiet kif stabbilita fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Meta dik is-setgħa tkun eżerċitata, il-valutazzjoni negattiva jew il-konverżjoni għandhom isiru f'konformità mal-prinċipju msemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 15(1).

    7b.   Meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità ta' riżoluzzjoni jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'devjazzjoni mill-pjan ta' riżoluzzjoni, fir-rigward ta' entità li ma tkunx entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont li jitnaqqas, jiġi valwat b'mod negattiv jew jiġi konvertit f'konformità mal-Artikolu 21(10) fil-livell ta' tali entità għandu jgħodd lejn il-livelli limiti stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 27(7) applikabbli għall-entità kkonċernata.”;

    (f)

    fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 8, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a”;

    (g)

    fil-paragrafu 10, jiżdied il-punt li ġej:

    “(d)

    l-ammont prinċipali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmi fil-paragrafu 7a jiġi valutat b'mod negattiv jew konvertit fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 jew sal-punt tal-kapaċità tal-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx.”;

    (11)

    l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti bil-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    obbligazzjonijiet b'maturità pendenti ta' inqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħsuba skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

    (*2)  Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).”;"

    (ii)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “h)

    obbligazzjonijiet lil entitajiet imsemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma nfushom entitajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament mill-maturitajiet tagħhom, ħlief meta dawn l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw 'l isfel minn obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti skont il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru parteċipanti li tirregola l-proċedimenti normali ta' insolvenza applikabbli fit-28 ta' Diċembru 2020; fil-każijiet fejn tkun tapplika dik l-eċċezzjoni, il-Bord għandu jivvaluta jekk l-ammont ta' punti li jikkonformaw mal-Artikolu 12g(2) ikunx suffiċjenti biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.”;

    (c)

    fil-paragrafu 4, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli għal għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna” huma sostitwiti bil-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

    (d)

    fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Il-Bord għandu jivvaluta b'attenzjoni jekk l-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni u li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni taħt il-punt (h) tal-paragrafu 3 għandhomx jiġu esklużi jew esklużi parzjalment taħt il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni.

    Fejn tiġi eskluża, għal kollox jew parzjalment, obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna, taħt dan il- paragrafu, il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħra b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jista' jiżdied sabiex jittieħed kont ta' tali l-esklużjonijiet, sakemm il-livell ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħra b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jkun jikkonforma mal-prinċipju stipulat fil-punt (g) tal-artikolu 15(1).”;

    (e)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   Fejn obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jiġu esklużi għal kollox jew parzjalment, skont il-paragrafu 5, u t-telf li kien jiġġarrab minn dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunx għadda kollu fuq kredituri oħrajn, tista' ssir kontribuzzjoni mill-Fond lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex tagħmel waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:

    (a)

    tkopri kwalunkwe telf li ma jkunx ġie assorbit minn obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna u jiġi restawrat għal żero l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 13;

    (b)

    jinxtraw strumenti ta' sjieda jew strumenti kapitali fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex l-istituzzjoni tiġi rikapitalizzata f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 13.”;

    (f)

    fil-punt (a) tal-paragrafu 7, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti bil-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

    (g)

    fil-paragrafu 13, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti bil-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

    (12)

    fl-Artikolu 31(2), il-kliem “l-Artikolu 45(9) sa (13)” huma sostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 45h”;

    (13)

    fl-Artikolu 32(1), il-kelma “12” hija sostitwita bil-kliem “12 sa 12k”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mit-28 ta' Diċembru 2020.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    A. TAJANI

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. CIAMBA


    (1)  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 17.

    (2)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.

    (3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.

    (4)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

    (5)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

    (6)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

    (7)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

    (8)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 tat-23 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta' rkupru u l-pjanijiet ta' rkupru tal-grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-grupp, ir-rekwiżiti għall-valutaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni u l-avviż tas-sospensjoni u l- funzjonament operattivi tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni (ĠU L 184, 8.7.2016, p. 1).


    Top