This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0834
Regulation (EU) 2019/834 of the European Parliament and of the Council of 20 May 2019 amending Regulation (EU) No 648/2012 as regards the clearing obligation, the suspension of the clearing obligation, the reporting requirements, the risk-mitigation techniques for OTC derivative contracts not cleared by a central counterparty, the registration and supervision of trade repositories and the requirements for trade repositories (Text with EEA relevance.)
Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
PE/73/2019/REV/1
ĠU L 141, 28.5.2019, pp. 42–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
28.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/42 |
REGOLAMENT (UE) 2019/834 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Mejju 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) daħal fis-seħħ fis-16 ta' Awwissu 2012. Ir-rekwiżiti li jinsabu fih, jiġifieri, l-ikklerjar ċentrali ta' kuntratti tad-derivattivi barra l-Borża (OTC, over-the counter) standardizzati, rekwiżiti tal-marġini u rekwiżiti ta' mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali għal kuntratti tad-derivattivi OTC li mhumiex ikklerjati ċentralment, obbligi ta' rapportar għal kuntratti tad-derivattivi, rekwiżiti għal kontropartijiet ċentrali (CCPs) u rekwiżiti għal repożitorji tat-tranżazzjonijiet, jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskju sistemiku billi tiżdied it-trasparenza tas-suq tad-derivattivi OTC u jitnaqqas ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operazzjonali assoċjat mad-derivattivi OTC. |
|
(2) |
Is-simplifikazzjoni ta' ċerti oqsma koperti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u approċċ aktar proporzjonat għal dawk l-oqsma huma allinjati mal-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni tal-Kummissjoni li jenfasizza l-bżonn għat-tnaqqis tal-ispejjeż u s-simplifikazzjoni sabiex il-politiki tal-Unjoni jilħqu l-objettivi tagħhom bl-aktar mod effiċjenti, u jimmiraw, b'mod partikolari, li jnaqqsu l-piżijiet regolatorji u amministrattivi. Madankollu, jenħtieġ li dik is-simplifikazzjoni u approċċ aktar proporzjonat ikunu mingħajr preġudizzju għall-objettivi ewlenin tal-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u tal-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi f'konformità mad-dikjarazzjoni mill-mexxejja tal-G-20 fis-Summit tas-26 ta' Settembru 2009 f'Pittsburgh. |
|
(3) |
Sistemi ta' wara n-negozjar u swieq tal-kollateral effiċjenti u reżiljenti huma elementi essenzjali ta' unjoni tas-swieq kapitali li taħdem tajjeb l-, u huma l-bażi għall-isforzi biex jiġu appoġġati l-investimenti, it-tkabbir u l-impjiegi, f'konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni. |
|
(4) |
Fl-2015 u fl-2016, il-Kummissjoni għamlet żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll input dwar l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Minn dawk il-konsultazzjonijiet pubbliċi deher li l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu appoġġati mill-partijiet ikkonċernati u li ma kien meħtieġ l-ebda tiġdid maġġuri ta' dak ir-Regolament. Fit-23 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni adottat rapport ġenerali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalkemm mhux id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu kompletament applikabbli u għalhekk evalwazzjoni komprensiva ta' dak ir-Regolament ma kinitx possibbli, dak ir-rapport identifika oqsma li għalihom kienet meħtieġa azzjoni mmirata biex jiġi żgurat li l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu ntlaħqu b'mod aktar proporzjonat, effiċjenti u effettiv. |
|
(5) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikopri l-kontropartijiet finanzjarji kollha li jistgħu joħolqu riskju sistemiku importanti għas-sistema finanzjarja. Għaldaqstant id-definizzjoni ta' kontroparti finanzjarja jenħtieġ li tiġi emendata. |
|
(6) |
Pjanijiet ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati huma skemi, normalment stabbiliti minn impriża li permezz tagħhom persuni jistgħu direttament jew indirettament, jissottoskrivu, jixtru, jirċievu jew ikollhom fil-pussess tagħhom ishma ta' impriża jew ta' impriża oħra fl-istess grupp, dment li dak il-pjan ikun ta' benefiċċju tal-inqas għall-impjegati jew impjegati preċedenti ta' dik l-impriża jew ta' impriża oħra fl-istess grupp, jew għall-membri jew membri preċedenti tal-bord ta' dik l-impriża jew ta' impriża oħra fl-istess grupp. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ġunju 2017 dwar ir-Rieżami ta' Nofs it-Terminu tal-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Swieq Kapitali tal-Unjoni jidentifika miżuri relatati ma' pjanijiet ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati bħala miżura possibbli biex tissaħħaħ l-unjoni tas-swieq kapitali bil-ħsieb li jitrawwem l-investiment għall-konsumaturi. Għalhekk, u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) jew fond ta' investiment alternattiv (AIF) li jkun stabbilit esklussivament bil-għan li sservi pjan jew pjanijiet ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, jenħtieġ li ma jiġix kwalifikat bħala kontroparti finanzjarja. |
|
(7) |
Ċerti kontropartijiet finanzjarji għandhom volum ta' attività fis-swieq tad-derivattivi OTC li huwa baxx wisq biex joħloq riskju sistemiku importanti għas-sistema finanzjarja u huwa baxx wisq biex l-ikklerjar ċentrali jkun ekonomikament vijabbli. Dawk il-kontropartijiet, magħrufa komunement bħala kontropartijiet finanzjarji żgħar, jenħtieġ li jiġu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar, iżda jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit għall-iskambju tal-kollateral biex jiġi mitigat kwalunkwe riskju sistemiku. Madankollu, fejn il-pożizzjoni meħuda mill-kontroparti finanzjarja teċċedi l-limitu għall-ikklerjar għal mill-inqas klassi waħda ta' derivattivi OTC, ikkalkolat fil-livell tal-grupp, jenħtieġ li l-obbligu tal-ikklerjar japplika għall-klassijiet kollha ta' derivattivi OTC, fid-dawl tal-interkonnessjoni bejn il-kontropartijiet finanzjarji u tar-riskju sistemiku possibbli għas-sistema finanzjarja li jista' jirriżulta jekk dawk il-kuntratti tad-derivattivi OTC ma jiġux ikklerjati ċentralment. Jenħtieġ li l-kontroparti finanzjarja jkollha l-possibbiltà li turi, fi kwalunkwe ħin, li l-pożizzjonijiet tagħha ma għadhomx jeċċedu l-limitu tal-ikklerjar għal kwalunkwe klassi ta' derivattivi OTC, u f'dak il-każ l-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li ma jibqax japplika. |
|
(8) |
Il-kontropartijiet mhux finanzjarji huma anqas interkonnessi minn kontropartijiet finanzjarji. Barra dan, huma ta' spiss attivi b'mod predominanti fi klassi waħda biss ta' derivattivi OTC. Għalhekk, l-attività tagħhom toħloq inqas riskju sistemiku għas-sistema finanzjarja mill-attività ta' kontropartijiet finanzjarji. L-ambitu tal-obbligu tal-ikklerjar għal kontropartijiet mhux finanzjarji li jagħżlu li jikkalkulaw il-pożizzjonijiet tagħhom darba kull 12-il xahar skont il-limiti tal-ikklerjar jenħtieġ għalhekk li jiġi ristrett. Dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji jenħtieġ ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar biss fir-rigward tal-klassijiet ta' derivattivi OTC li jeċċedu l-limitu tal-ikklerjar. Jenħtieġ li l-kontropartijiet mhux finanzjarji xorta waħda jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit li jiskambjaw il-kollateral fejn jinqabeż xi wieħed mil-limiti tal-ikklerjar. Il-kontropartijiet mhux finanzjarji li jagħżlu li ma jikkalkulawx il-pożizzjonijiet tagħhom skont il-limiti tal-ikklerjar, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għall-klassijiet kollha ta' derivattivi OTC. Il-kontroparti mhux finanzjarja jenħtieġ li jkollha il-possibbiltà li turi, fi kwalunkwe ħin, li l-pożizzjonijiet tagħha ma għadhomx jeċċedu l-limitu tal-ikklerjar għal klassi ta' derivattivi OTC, u f'dak il-każ l-obbligu tal-ikklerjar għal dik il-klassi ta' derivattivi OTC jenħtieġ li ma jibqax japplika. |
|
(9) |
Sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe żvilupp fis-swieq finanzjarji, jenħtieġ li l-AETS tirriezamina perjodikament il-limiti tal-ikklerjar u li taġġornahom, fejn meħtieġ. Dak ir-rieżami perjodiku jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn rapport. |
|
(10) |
Ir-rekwiżit tal-ikklerjar ta' ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi qabel ma jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar joħloq inċertezza legali u kumplikazzjonijiet operazzjonali, filwaqt li jipprovdi benefiċċji limitati. B'mod partikolari, dak ir-rekwiżit joħloq spejjeż u piżijiet addizzjonali għall-kontropartijiet ta' dawk il-kuntratti, u jista' wkoll jaffettwa l-funzjonament bla xkiel tas-suq mingħajr titjib sinifikanti fl-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew fl-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-parteċipant fis-suq. Dan ir-rekwiżit għalhekk jenħtieġ li jitneħħa. |
|
(11) |
Il-kontropartijiet li għandhom volum limitat ta' attività fis-suq tad-derivattivi OTC jiffaċċjaw diffikultajiet biex ikollhom aċċess għall-ikklerjar ċentrali, kemm bħala klijent ta' membru tal-ikklerjar kif ukoll permezz ta' arranġamenti ta' ikklerjar indirett. Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tal-membri tal-ikklerjar li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, kemm b'mod dirett lil kontropartijiet oħrajn jew b'mod indirett billi jippermettu lill-klijenti tagħhom stess jipprovdu dawk is-servizzi lil kontropartijiet oħrajn, jenħtieġ li għalhekk jiġu rikjesti li jagħmlu dan skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti. Filwaqt li jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma jirriżultax f'regolamentazzjoni tal-prezzijiet jew f'obbligu li jiġu stipulati kuntratti, jenħtieġ li membri tal-ikklerjar u l-klijenti jkunu jistgħu jikkontrollaw ir-riskji relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti, bħar-riskji tal-kontroparti. |
|
(12) |
L-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjonijiet ta' CCPs tista' ma tispeċifikax il-klassijiet kollha ta' derivattivi OTC li CCP hija awtorizzata li tikklerja. Sabiex ikun żgurat li l-AETS tkun tista' twettaq il-kompiti u d-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jinnotifikaw lill-AETS mingħajr dewmien bi kwalunkwe informazzjoni li jirċievu minn CCP dwar l-intenzjoni tas-CCP li tibda tikklerja klassi ta' derivattivi OTC li hi koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti tagħha. |
|
(13) |
F'ċerti sitwazzjonijiet eċċezzjonali jenħtieġ li jkun possibbli li l-obbligu tal-ikklerjar jiġi sospiż temporanjament. Tali sospensjoni jenħtieġ li tkun possibbli fejn il-kriterji li abbażi tagħhom klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jkunu saru soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar ma għadhomx jiġu ssodisfati. Dan jista' jkun il-każ fejn klassijiet partikolari ta' derivattivi OTC isiru inadatti għall-ikklerjar ċentrali obbligatorju jew fejn kien hemm bidla materjali f'waħda minn dawk il-kriterji fir-rigward ta' klassijiet partikolari ta' derivattivi OTC. Jenħtieġ li sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tkun possibbli wkoll fejn CCP tieqaf toffri servizz tal-ikklerjar għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti u CCPs oħrajn ma jistgħux jintervjenu malajr biżżejjed biex jieħdu f'idejhom dawk is-servizzi ta' kklerjar. Is-sospensjoni tal- obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li tkun ukoll possibbli fejn din tkun ikkunsiderata neċessarja biex tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u biex jiġi evitat tfixkil tas-suq, jenħtieġ li l-AETS, filwaqt li tqis l-objettivi tal-G20, tiżgura li, fejn tkun xierqa l-abolizzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, dik l-abolizzjoni tkun instigata waqt is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u fi żmien biżżejjed biex tippermetti l-l-emenda tal-istandards tekniċi regolatorji rilevanti. |
|
(14) |
L-obbligu stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li kontropartijiet jinnegozjaw derivattivi li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għaċ-ċentri tan-negozjar jiġi, f'konformità mal-proċedura tal-obbligu tan-negozjar speċifikata f'dak ir-Regolament, skattat meta klassi ta' derivattivi tkun dikjarata li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar. Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tista' tipprevjeni lill-kontropartijiet milli jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligu tan-negozjar. Bħala konsegwenza, fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tkun intalbet, u fejn ikun ikkunsidrat li hemm bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett, jenħtieġ li jkun possibbli li l-AETS tipproponi s-sospensjoni konkorrenti tal-obbligu tan-negozjar abbażi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 minflok ir-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
|
(15) |
Ir-rapportar ta'kuntratti storiċi wera li huwa diffiċli peress li ċerti dettalji li issa meħtieġa li jiġu rrapportati ma kinux meħtieġa li jiġu rrapportati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dan wassal għal rata għolja ta' falliment fir-rapportar u għal kwalità fqira ta' data rrapportata, filwaqt li l-piż tar-rapportar ta' dawk il-kuntratti għadu sinifikanti. Għalhekk hemm probabbiltà għolja li dik id-data storika tibqa' ma tintużax. Barra minn hekk, sakemm issir effettiva l-iskadenza għar-rapportar ta' kuntratti storiċi, għadd ta' dawk il-kuntratti ikunu diġà skadew u, magħhom, l-iskoperturi u r-riskji korrispondenti. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li r-rekwiżit li jiġu rrapportati kuntratti storiċi jitneħħa. |
|
(16) |
It-tranżazzjonijiet intragrupp li jinvolvu kontropartijiet mhux finanzjarji jirrappreżentaw frazzjoni relattivament żgħira tal-kuntratti ta' derivattivi OTC kollha u jintużaw primarjament għall-hedging intern fi ħdan gruppi. Dawk it-tranżazzjonijiet għalhekk ma jikkontribwixxux b'mod sinifikanti għar-riskju sistemiku u għall-interkonnessjoni, iżda l-obbligu li jiġu rrapportati tali tranżazzjonijiet jimponi spejjeż u piżijiet sinifikanti fuq kontropartijiet mhux finanzjarji. It-tranżazzjonijiet bejn kontropartijiet fi ħdan grupp, fejn mill-inqas waħda mill-kontropartijiet tkun kontroparti mhux finanzjarja, jenħtieġ li għalhekk jiġu eżentati mill-obbligu ta' rapportar, irrispettivament mill-post fejn tkun stabbilita l-kontroparti mhux finanzjarja. |
|
(17) |
Fl-2017, il-Kummissjoni nediet kontroll tal-idoneità dwar ir-rapportar pubbliku mill-kumpaniji. L-għan ta' dak il-kontroll huwa li tinġabar evidenza dwar il-konsistenza, il-koerenza, l-effettività u l-effiċjenza tal-qafas tar-rapportar tal-Unjoni. F'dak l-isfond, għandha tiġi analizzata aktar fil-fond il-possibbiltà li tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn tar-rapportar u l-possibbiltà ta' tnaqqis jew simplifikazzjoni tar-rapportar ta' kuntratti ta' derivattivi mhux OTC, b'kont meħud tal-ħtieġa għal rapportar f'waqtu u l-miżuri adottati bis-saħħa tar-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) Nru 600/2014. B'mod partikolari, dik l-analiżi għandha tikkunsidra d-dettalji rapportati, l-aċċessibbiltà tad-data mill-awtoritajiet rilevanti, kif ukoll il-miżuri għas-simplifikazzjoni ulterjuri tal-katini tar-rapportar għal kuntratti ta' derivattivi mhux OTC mingħajr telf żejjed ta' informazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Valutazzjoni aktar ġenerali tal-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri li ġew introdotti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jittejjeb il-funzjonament u jitnaqqas il-piż tar-rapportar ta' kuntratti ta' derivattivi OTC jenħtieġ li tiġi kkunsidrata, meta jkunu disponibbli esperjenza u data suffiċjenti dwar l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u tal-aċċessibbiltà tad-data rapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u l-aċċettazzjoni u fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' rapportar delegat. |
|
(18) |
Biex jitnaqqas il-piż tar-rapportar ta' kuntratti ta'derivattivi OTC għal kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, jenħtieġ li l-kontroparti finanzjarja, bħala regola, tkun unikament responsabbli, anki legalment, għar-rapportar kemm f'isimha kif ukoll f'isem kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar fir-rigward ta' kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn dawk il-kontropartijiet, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rapportati. Sabiex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data li għandha bżonn sabiex tissodisfa l-obbligu ta' rapportar tagħha, jenħtieġ li l-kontroparti mhux finanzjarja tipprovdi d-dettalji relatati mal-kuntratti tad-derivattivi OTC li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tkun raġonevolment mistennija li jkollha. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li kontropartijiet mhux finanzjarji jagħżlu li jirrapportaw il-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom. F'tali -każijiet, il-kontroparti mhux finanzjarja jenħtieġ li tinforma kif xieraq lill-kontroparti finanzjarja u jenħtieġ li tkun responsabbli, anki legalment, għar-rapportar ta' dik id-data u għall-iżgurar tal-korrettezza tagħha. |
|
(19) |
Jenħtieġ li tiġi determinata wkoll ir-responsabbiltà għar-rapportar ta' kuntratti ta'derivattivi OTC fejn waħda mill-kontropartijiet, jew it-tnejn li huma, ikunu UCITS jew AIF. Jenħtieġ għalhekk li jiġi speċifikat li l-kumpannija ta' ġestjoni ta' UCITS hija responsabbli, anki legalment, għar-rapportar f'isem dik l-UCITS fir-rigward tal-kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn dik l-UCITS, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rapportati. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-maniġer ta' AIF ikun responsabbli,, anki legalment, għar-rapportar f'isem dak l-AIF fir-rigward ta' kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn dak l-AIF, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza i tad-dettalji rapportati. |
|
(20) |
Biex jiġu evitati inkonsistenzi madwar l-Unjoni fl-applikazzjoni tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, minħabba l-kumplessità tal-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju f'waqtu, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral tal-kontropartijiet li jinvolvu l-użu ta' mudelli interni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalidaw dawk il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju jew kwalunkwe bidla sinifikanti f'dawk il-proċeduri, qabel ma jiġu applikati. |
|
(21) |
Il-ħtieġa ta' konverġenza regolatorja internazzjonali u l-ħtieġa li l-kontropartijiet mhux finanzjarji u l-kontropartijiet finanzjarji żgħar inaqqsu r-riskji assoċjati mal-iskoperturi għar-riskju tal-valuta tagħhom joħolqu n-neċessità li jiġu stabbiliti proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju speċjali għal tranżazzjonijiet forward tal-kambju saldati b'mod fiżiku u swap tal-valuti skont ir-rata tal-kambju saldati b'mod fiżiku. Fid-dawl tal-profil tar-riskju speċifiku tagħhom, huwa xieraq li jiġi ristrett l-iskambju obbligatorju ta' marġini ta' varjazzjoni fuq tranżazzjonijiet forward tal-kambju saldati b'mod fiżiku għal tranżazzjonijiet bejn l-aktar kontropartijiet sistemiċi sabiex tiġi limitata l-akkumulazzjoni ta' riskju sistemiku u biex tiġi evitata diverġenza regolatorja internazzjonali. Il-konverġenza regolatorja internazzjonali jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll fir-rigward tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju għal klassijiet oħra ta' derivattivi. |
|
(22) |
Is-servizzi għat-tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar jinkludu servizzi bħall-kompressjoni tal-portafoll. Il-kompressjoni tal-portafoll hija eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' negozjar stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 600/2014. Sabiex ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi allinjat mar-Regolament (UE) Nru 600/2014, fejn meħtieġ u xieraq, filwaqt li jittieħed kont tad-differenzi bejn dawk iż-żewġ Regolamenti, il-potenzjal ta' ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u l-punt sa liema s-servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar itaffu jew inaqqsu r-riskji, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-AETS u l-BERS, tivvaluta liema tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, jekk ikun hemm, jenħtieġ li jingħataw eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar. |
|
(23) |
Biex tiżdied it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-marġni inizjali u biex is-CCPs jinżammu milli jimmodifikaw il-mudelli tal-marġni inizjali tagħhom b'modi li jistgħu jidhru proċikliċi, is-CCPs jenħtieġ li jipprovdu lill-membri tal-ikklerjar tagħhom b'għodod biex jissimulaw ir-rekwiżiti tal-marġni inizjali tagħhom u jenħtieġ li jipprovdulhom ħarsa ġenerali dettaljata tal-mudelli tal-marġni inizjali li jużaw. Dan huwa konsistenti mal-istandards internazzjonali ppubblikati mill-Kumitat dwar l-Infrastrutturi tal-Pagamenti u tas-Swieq u l-Bord tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, b'mod partikolari mal-qafas ta' divulgazzjoni ppubblikat f'Diċembru 2012 u l-istandards tad-divulgazzjoni kwantitattiva pubblika għas-CCPs fl-2015, li huma rilevanti għat-trawwim ta' fehim tajjeb tar-riskji u l-ispejjeż involuti fi kwalunkwe parteċipazzjoni f'CCP minn membri tal-ikklerjar u t-titjib tat-trasparenza ta' CCPs lejn il-parteċipanti fis-suq. |
|
(24) |
Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza ma għandhomx ifixklu lis-CCPs milli jkunu jistgħu jwettqu b'ċertezza legali suffiċjenti t-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijenti jew li jħallsu r-rikavati ta' likwidazzjoni direttament lill-klijenti f'każ ta' insolvenza ta' membru tal-ikklerjar fir-rigward ta' assi miżmuma f'kontijiet tal-klijent segregati omnibus jew individwali. Biex jingħataw inċentivi għall-ikklerjar u biex jitjieb l-aċċess għalih, jenħtieġ li l-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza ma jfixklux lil CCPs milli jsegwu l-proċeduri ta' inadempjenza f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-assi u l-pożizzjonijiet f'kontijiet tal-klijenti segregati omnibus jew individwali miżmuma għand il-membru tal-ikklerjar u għand is-CCP. Jenħtieġ li fejn ikunu stabbiliti arranġamenti ta' kklerjar indiretti, il-klijenti indiretti jkomplu xorta waħda jibbenefikaw mill-protezzjoni li tkun ekwivalenti għal dik prevista taħt ir-regoli ta' segregazzjoni u portabbiltà u l-proċeduri ta' inadempjenza stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(25) |
Il-multi imposti mill-AETS fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet taħt is-superviżjoni diretta tagħha jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi biżżejjed biex tiġi żgurata l-effettività tas-setgħat superviżorji tal-AETS u biex tiżdied it-trasparenza tal-pożizzjonijiet u l-iskopertura tad-derivattivi. L-ammonti tal-multi previsti inizjalment fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 taw prova li ma humiex dissważivi biżżejjed fid-dawl tal-fatturat tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, u dan jista' potenzjalment ikun ta' xkiel għall-effettività tas-setgħat superviżorji tal-AETS skont dak ir-Regolament, fir-rigward tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-limitu massimu tal-ammonti bażiċi tal-multi jiżdied. |
|
(26) |
L-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkollhom aċċess għad-data rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet tal-Unjoni fejn ċerti kundizzjonijiet li jiggarantixxu t-trattament ta' dik id-data jiġu ssodisfati mill-pajjiż terz u fejn dak il-pajjiż terz jipprevedi obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħti aċċess dirett lill-awtoritajiet tal-Unjoni għal data rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet f'dak il-pajjiż terz. |
|
(27) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jippermetti li ssir proċedura simplifikata ta' reġistrazzjoni għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li huma diġà rreġistrati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u li jixtiequ jestendu dik ir-reġistrazzjoni biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli. Jenħtieġ li tiddaħħal fis-seħħ proċedura tar-reġistrazzjoni simplifikata simili għar-reġistrazzjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li huma diġà reġistrati skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 u jixtiequ jestendu dik ir-reġistrazzjoni biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward tal-kuntratt ta' derivattivi. |
|
(28) |
Il-kwalità u trasparenza insuffiċjenti tad-data li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jagħmlu disponibbli tagħmilha diffiċli għall-entitajiet li ngħataw aċċess għal dik id-data biex jużawha biex jimmonitorjaw is-swieq tad-derivattivi u tipprevjeni lir-regolaturi u lis-superviżuri milli jidentifikaw riskji ta' stabbiltà finanzjarja fi żmien debitu. Biex titjieb il-kwalità u t-trasparenza tad-data, u biex jiġu allinjati r-rekwiżiti ta' rapportar tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma' dawk tar-Regolamenti (UE) 2015/2365 u (UE) Nru 600/2014, hija meħtieġa aktar armonizzazzjoni tar-regoli u r-rekwiżiti tar-rapportar, b'mod partikolari, aktar armonizzazzjoni tal-istandards tad-data, tal-formats, tal-metodi, u l-arranġamenti għar-rapportar tad-data, kif ukoll aktar armonizzazzjoni tal-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għall-validazzjoni tad-data rrapportata fir-rigward tal-kompletezza u l-korrettezza tagħhom u tal-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data ma' repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn. Barra minn hekk, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jagħtu lill-kontropartijiet li ma jirrappurtawx aċċess għad-data kollha rrapportata f'isimhom b'termini kummerċjali raġonevoli fuq talba. |
|
(29) |
F'termini tas-servizzi pprovduti mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 stabbilixxa ambjent kompetittiv. Jenħtieġ li l-kontropartijiet għalhekk ikunu jistgħu jagħżlu r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jixtiequ jirrapportaw lilu u jenħtieġ li jkunu jistgħu jbiddlu r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jekk jagħżlu li jagħmlu dan. Biex tiġi ffaċilitata tali bidla u biex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tad-data mingħajr duplikazzjoni, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jistabbilixxu politiki xierqa biex jiżguraw it-trasferiment tad-data rrapportata lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub minn kontroparti li hija soġġetta għall-obbligu ta' rapportar. |
|
(30) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxi li l-obbligu tal-ikklerjar ma għandux japplika għal arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet sakemm tiġi żviluppata soluzzjoni teknika xierqa mis-CCPs għat-trasferiment ta' kollateral mhux fi flus bħala marġini ta' varjazzjoni. Billi sa issa għadha ma ġietx żviluppata soluzzjoni vijabbli li tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet fl-ikklerjar ċentrali, jenħtieġ li dak il-perijodu transitorju jiġi estiż biex japplika għal mill-inqas sentejn oħra. L-ikklerjar ċentrali jenħtieġ li madankollu jibqa' l-għan aħħari, meta jitqies li l-iżviluppi regolatorji u tas-suq attwali jippermettu lill-parteċipanti tas-suq biex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi xierqa f'dak il-perijodu. Bl-għajnuna tal-AETS, tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u tal-BERS, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-progress magħmul mis-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet lejn soluzzjonijiet vijabbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet fl-ikklerjar ċentrali u tħejji rapport dwar dak il-progress. Dak ir-rapport jenħtieġ li jkopri wkoll is-soluzzjonijiet u l-ispejjeż relatati għall- arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet, u b'hekk jittieħed kont tal-iżviluppi regolatorji u tas-suq bħal bidliet għat-tip ta' kontroparti finanzjarja li hija soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar. Sabiex tipprevedi għal żviluppi li ma kienux previsti fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li testendi dak il-perijodu transitorju darbtejn għal perjodu ta' sena, wara li tkun ivvalutat bir-reqqa l-ħtieġa għal estensjoni bħal din. |
|
(31) |
Il-perijodu transitorju li matulu arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet kienu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar skada fis-16 ta' Awwissu 2018. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, u biex tkun evitata kwalunkwe diskontinwità, huwa neċessarju li tiġi applikata b'mod retroattiv l-estensjoni ta' dak il-perijodu transitorju għall-kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet mis-17 ta' Awwissu 2018 sas-16 ta' Ġunju 2019. |
|
(32) |
Sabiex il-qafas regolatorju jiġi simplifikat, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-miżura sa liema jkun meħtieġ u xieraq li jiġi allinjat l-obbligu tan-negozjar taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul taħt dan ir-Regolament għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari, għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Meta jkunu disponibbli esperjenza u data suffiċjenti dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li ssir valutazzjoni aktar ġenerali tal-effetti ta' dan ir-Regolament fuq il-livell ta' kklerjar minn tipi differenti ta' kontroparti u fuq id-distribuzzjoni tal-ikklerjar f'kull tip ta' kontroparti, kif ukoll tal-aċċessibbiltà tas-servizzi tal-ikklerjar, inkluż l-effiċjenza tat-tibdil magħmul taħt dan ir-Regolament fir-rigward tal-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ikklerjar. |
|
(33) |
Biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta' meta t-termini kummerċjali relatati mal-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar huma meqjusa ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti, u sabiex jingħata żmien addizzjonali biex il-parteċipanti tas-suq jiżviluppaw soluzzjonijiet tal-ikklerjar għall-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet taħt ċerti kondizzjonijiet, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom it-termini kummerċjali relatati mal-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar huma kkunsidrati ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti, u fir-rigward tal-estensjoni tal-perijodu transitorju li matulu l-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li ma japplikax għal kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
(34) |
Biex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari fir-rigward tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u tal-obbligu tan-negozjar u fir-rigward tal-aċċess dirett mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi għal informazzjoni li tkun tinsab fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti ġewwa l-Unjoni, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli biex jiġu sospiżi l-obbligu tal-ikklerjar u l-obbligu tan-negozjar għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC peress li huwa neċessarju li jkun hemm deċiżjoni rapida li tiżgura ċ-ċertezza legali dwar l-eżitu tal-proċedura ta' sospensjoni u għalhekk ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati. |
|
(35) |
Biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tar-regoli dwar it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, ir-reġistrazzjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti ta' rapportar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA jew mill-AETS fir-rigward ta' dawn li ġejjin: proċeduri superviżorji biex tiġi żgurata validazzjoni inizjali u kontinwa tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jeħtieġu l-iskambju f'waqtu, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral; id-dettalji tal-applikazzjoni ssimplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet li huwa diġà reġistrat taħt ir-Regolament (UE) 2015/2365; il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar mill-kontroparti tar-rapportar jew mill-entità li tippreżenta u biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata; it-termini u l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u d-dokumentazzjoni meħtieġa li taħthom ċerti entitajiet huma mogħtija aċċess għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010. |
|
(36) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-AETS fir-rigward tal-istandards tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata għall-klassijiet differenti tad-derivattivi u fir-rigward tal-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar u l-format tal-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jkun diġà reġistrat taħt ir-Regolament (UE) 2015/2365. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
|
(37) |
Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri, li jiġi żgurat li r-regoli huma proporzjonati, ma jwasslux għal piżijiet amministrattivi jew spejjeż ta' konformità mhux meħtieġa, ma jqiegħdux f'riskju l-istabbiltà finanzjarja, u jżidu t-trasparenza tal-pożizzjonijiet u l-iskoperturi ta' derivattivi OTC, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
|
(38) |
L-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk tiġi ddiferita biex jiġu stabbiliti l-miżuri ta' implimentazzjoni essenzjali kollha u biex il-parteċipanti fis-suq jkunu jistgħu jieħdu l-passi kollha neċessarji għal skopijiet ta' konformità. |
|
(39) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt (8) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(*1) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)." (*2) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)." (*3) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)." (*4) Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37)." (*5) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 4a Kontropartijiet finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar 1. Kull 12-il xahar, kontroparti finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti ta' derivattivi OTC tista' tikkalkula l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti skont il-paragrafu 3. Meta kontroparti finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjonijiet tagħha, jew fejn ir-riżultat ta' dak il-kalkolu jaqbeż kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(4), il-kontroparti finanzjarja għandha:
2. Kontroparti finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 fis-17 ta' Ġunju 2019 jew li ssir soġġetta għal l-obbligu tal-ikklerjar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandha tibqa' soġġetta għal dak l-obbligu u għandha tkompli l-ikklerjar sakemm dik il-kontroparti finanzjarja turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ma taqbiżx il-limitu għall-ikklerjar speċifikat skont punt (b) tal-Artikolu 10(4). Il-kontroparti finanzjarja għandha tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjoni aggregata medja fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni sistematika ta' dik il-pożizzjoni. 3. Meta tikkalkula l-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti finanzjarja għandha tinkludi il-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi minn dik il-kontroparti finanzjarja jew konklużi minn entitajiet oħrajn fil-grupp li għalih tappartjeni dik il-kontroparti finanzjarja. Minkejja l-ewwel subparagrafu, fir-rigward ta' UCITS u AIF, il-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-fond. Il-kumpaniji ta' ġestjoni ta' UCITS li jiġġestixxu aktar minn UCITS waħda u l-AIFM li jiġġestixxu aktar minn AIF wieħed għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-fond ma jwassalx għal:
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti tal-kontroparti finanzjarja u tal-entitajiet l-oħra fil-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' kooperazzjoni biex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-grupp.”; |
|
(4) |
l-Artikolu 5, huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar 1. L-AETS tista' titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti, fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, qabel it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura skont l-Artikolu 22. It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fih hija ssodisfata. Fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar titqies mill-AETS li tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett imsemmija fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tinkludi wkoll talba biex jiġi sospiż l-obbligu ta' nnegozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) ta' dak ir-Regolament għall-istess klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC li huma soġġetti għat-talba li tiġi sospiża l-obbligu tal-ikklerjar. 2. Skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' membri tal-ikklerjar u l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22 jistgħu jitolbu li l-AETS tagħmel talba għal sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar lill-Kummissjoni. It-talba mill-awtorità kompetenti għandha tipprovdi r-raġunijiet u tippreżenta evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hija ssodisfata. L-AETS għandha, fi żmien 48 siegħa minn meta tasal it-talba msemmija mill-awtorità kompetenti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-awtorità kompetenti, jew titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) jew tirrifjuta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata bid-deċiżjoni tagħha. Meta l-AETS tirrifjuta t-talba mill-awtorità kompetenti, hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub. 3. It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx isiru disponibbli għall-pubbliku. 4. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara l-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-AETS, tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC jew għat-tip speċifiku ta' kontroparti msemmi fil-paragrafu 1 permezz ta' att ta' implimentazzjoni, jew inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba. Fejn il-Kummissjoni tirrifjuta s-sospensjoni mitluba, għandha tipprovdi raġunijiet għal dan bil-miktub lill-AETS. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan u tgħaddi lilhom ir-raġunijiet pprovduti lill-AETS. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3). 5. Fejn mitlub mill-AETS skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-att ta' implimentazzjoni li jissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jista' jissospendi wkoll l-obbligu ta' negozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-istess klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC li huma soġġetti għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar. 6. Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u, fejn applikabbli, l-obbligu tan-negozjar għandhom jiġu kkomunikati lill-AETS u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6. 7. Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar imsemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta' mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dik is-sospensjoni. Is-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali. 8. Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 4 għal perijodi addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet xhur, bil-perijodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix 12-il xahar. Kull estensjoni tas-sospensjoni għandha tiġi ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 6. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3). L-AETS għandha, fi żmien biżżejjed qabel tmiem il-perijodu ta' sospensjoni msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew tal-perijodu ta' estensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan is-subparagrafu, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk għadhomx japplikaw ir-raġunijiet għas-sospensjoni. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22. L-AETS għandha tibgħat kopja ta' dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika. L-att ta' implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tista' wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmi fil-paragrafu 7. L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.”; |
|
(7) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
fl-Artikolu 38, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “6. CCP għandha tipprovdi għodda ta' simulazzjoni lill-membri tal-ikklerjar tagħha li tippermettilhom jiddeterminaw l-ammont tal-marġini inizjali addizzjonali, fuq bażi grossa, li s-CCP tista' tirrikjedi mal-ikklerjar ta' tranżazzjoni ġdida. Dik l-għodda għandha tkun aċċessibbli biss fuq bażi ta' aċċess sigur, u r-riżultati tas-simulazzjoni ma għandhomx ikunu vinkolanti. 7. CCP għandha tipprovdi lill-membri tal-ikklerjar tagħha b'informazzjoni dwar il-mudelli tal-marġni inizjali li tuża. Dik l-informazzjoni għandha:
|
|
(11) |
fl-Artikolu 39, jiżdied il-paragrafu li ġej: “11. Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza ma għandhomx iwaqqfu lil CCP milli taġixxi skont l-Artikolu 48(5), (6) u (7) fir-rigward tal-assi u l-pożizzjonijiet irreġistrati fil-kontijiet kif imsemmi fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.”; |
|
(12) |
l-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
fl-Artikolu 62, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ li awtorità kompetenti nazzjonali tkun awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, l-AETS għandha wkoll tapplika għal tali awtorizzazzjoni. L-AETS tista' tapplika wkoll għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.”; |
|
(14) |
l-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
l-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:
|
|
(16) |
fl-Artikolu 65, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
fl-Artikolu 67, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 73(1) u dwar pagament ta' penali perjodiku skont l-Artikolu 66, l-AETS għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-AETS għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni li huma soġġetti għall-proċeduri kellhom l-opportunità li jikkummentaw. L-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 73(1) jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għas-sistema finanzjarja jew biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għall-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, inkluż għall-istabbiltà jew il-korrettezza tad-data rrapportata lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. F'każ bħal dan, l-AETS tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista' jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.”; |
|
(18) |
fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. “L-ammont ta' kwalunkwe tariffa mitluba lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli kollha mġarrba mill-AETS fir-rigward tar-reġistrazzjoni tagħha u tal-attivitajiet superviżorji tal-AETS u għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikkonċernat u t-tip ta' reġistrazzjoni u superviżjoni eżerċitati mill-AETS.”; |
|
(19) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 76a Aċċess dirett reċiproku għad-data 1. Meta meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi li fihom huwa stabbilit repożitorju tat-tranżazzjonijiet wieħed jew aktar għandu jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni f'repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, dment li l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 għal dak l-għan. 2. Mal-preżentazzjoni ta' talba mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 86(2), fejn jiġi ddeterminat jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz tal-awtorità rikjedenti jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
|
(20) |
fl-Artikolu 78, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “9. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-politiki li ġejjin:
10. Bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”; |
|
(21) |
fl-Artikolu 80, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “5a. Fuq talba, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-kontropartijiet li ma jkunux meħtieġa li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom skont l-Artikolu 9 (1a) sa (1d) u lill-kontropartijiet u lis-CCPs li jkunu ddelegaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont l-Artikolu 9(1f) l-aċċess għall-informazzjoni rrapportata f'isimhom.”; |
|
(22) |
L-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:
|
|
(23) |
fl--Artikoli 82, il-paragrafi2 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej: “2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 1(6), 4(3a), 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikoli 72(3), u 85(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 1(6), 4(3a), 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikoli 72(3) u 85(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonsulta l-AETS u għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 1(6), 4(3a), 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikoli 72(3) u 85(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw, it-tnejn li huma, lill-Kummissjoni li mhumiex ser iqajmu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; |
|
(24) |
L-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej:
|
|
(25) |
fl-Artikolu 86, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.”; |
|
(26) |
fl-Artikolu 89(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Sat-18 ta' Ġunju 2021, l-obbligu tal-ikklerjar stipulat fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji ta' investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja tal-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet, u għal entitajiet stabbiliti biex jipprovdu kumpens lill-membri ta' tali arranġamenti f'każ ta' inadempjenza. L-obbligu tal-ikklerjar stipulat fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għal kuntratti tad-derivattivi OTC kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu li jidħlu għalihom arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet mis-17 ta' Awwissu 2018 sas-16 ta' Ġunju 2019.”; |
|
(27) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ, għajr għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-dispożizzjonijiet indikati fil-punti (10) u (11) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikoli 38(6) u (7) u 39(11) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandhom japplikaw mit-18 ta' Diċembru 2019; |
|
(b) |
id-dispożizzjonijiet indikati fil-punt (7)(b) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikolu 9(1a) sa (1d) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandhom japplikaw mit-18 ta' Ġunju 2020; |
|
(c) |
id-dispożizzjonijiet indikati fil-punt (2)(b) u l-punt (20) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikoli 4(3a) u 78(9) u (10) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandhom japplikaw mit-18 ta' Ġunju 2021. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 385, 15.11.2017, p. 10.
(2) ĠU C 434, 15.12.2017, p. 63.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
(7) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(8) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
(9) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(10) Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(11) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(12) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Taqsima I, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(2) |
fit-Taqsima IV, jiżdied il-punt li ġej:
|