EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0829
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/829 of 14 March 2019 supplementing Regulation (EU) 2016/2031 of the European Parliament and of the Council on protective measures against pests of plants, authorising Member States to provide for temporary derogations in view of official testing, scientific or educational purposes, trials, varietal selections, or breeding
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/829 tal-14 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti billi jawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu derogi temporanji għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażliet tal-varjetà jew għat-tnissil
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/829 tal-14 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti billi jawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu derogi temporanji għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażliet tal-varjetà jew għat-tnissil
C/2019/1922
ĠU L 137, 23.5.2019, p. 15–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/15 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/829
tal-14 ta' Marzu 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti billi jawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu derogi temporanji għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażliet tal-varjetà jew għat-tnissil
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 8(5) u 48(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) 2016/2031, meta ssir applikazzjoni għal dan, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw b'mod temporanju l-introduzzjoni, iż-żamma u t-tkattir fit-territorju tagħhom u l-moviment fi ħdanu ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew ta' pesti suġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażliet tal-varjetà jew għat-tnissil. Barra minn hekk, meta ssir applikazzjoni għal dan, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw b'mod temporanju wkoll l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom u l-moviment fi ħdanu ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn li jintużaw għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażla tal-varjetà jew għat-tnissil. |
(2) |
Jeħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/2031 jiġi ssupplimentat billi jiġu adottati regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu tal-pesti, tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħrajn ikkonċernati, dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-konformità u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f'każ ta' nuqqas ta' konformità. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li jiġi eliminat ir-riskju fitosanitarju marbut mal-attivitajiet speċifikati jew li dan jitnaqqas għal livell aċċettabbli, jenħtieġ li l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' xi materjal speċifikat u l-moviment tiegħu fi ħdanha jiġu awtorizzati b'ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw li tintbagħat applikazzjoni sħiħa u xierqa, li jiġu eżaminati n-natura u l-għanijiet tal-attivitajiet speċifikati, li jiġi kkonfermat li l-attivitajiet speċifikati jkunu qed jitwettqu f'postijiet ta' kwarantina jew f'faċilitajiet ta' trażżin u li l-materjal ikkontaminat jinqered u jitneħħa b'mod sikur. |
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-materjal speċifikat ikkonċernat jiġi mmonitorjat u jkun jista' jiġi ttraċċat, u sabiex kull riskju fitosanitarju marbut miegħu jkun jista' jiġi ttrattat mill-ewwel, huwa xieraq li, wara li tingħata dik l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha titwettaq l-attività speċifikata approvata toħroġ ittra ta' awtorizzazzjoni li jenħtieġ li tkun dejjem mal-materjal speċifikat ikkonċernat. |
(5) |
Jenħtieġ li l-format tal-ittra ta' awtorizzazzjoni jkun jixbah lil dak stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE (2), minħabba li dan wera li jista' jiġi implimentat b'mod effettiv u konsistenti. |
(6) |
Jenħtieġ li għal diversi introduzzjonijiet fl-Unjoni u movimenti fi ħdanha tal-materjal speċifikat suġġett għall-attivitajiet speċifikati tintuża ittra waħda ta' awtorizzazzjoni skont kundizzjonijiet speċjali sabiex ikun żgurat qafas proporzjonat u effettiv għat-tali introduzzjonijiet u għat-tali movimenti. |
(7) |
L-ittestjar uffiċjali jsir b'mod iktar frekwenti mill-attivitajiet speċifikati l-oħrajn. Għalhekk ikun iktar effiċjenti li jiġi permess qafas iktar flessibbli għall-ittestjar uffiċjali milli għall-attivitajiet speċifikati l-oħrajn. |
(8) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-azzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġi żgurat li jittieħdu azzjonijiet korrettivi malajr kemm jista' jkun. Jenħtieġ li dawk l-azzjonijiet jinkludu l-obbligi ta' min ikun responsabbli għall-attivitajiet speċifikati. |
(9) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza tad-dritt u taċ-ċarezza, jenħtieġ li titħassar id-Direttiva 2008/61/KE. |
(10) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati skont l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) b'rabta mal-oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera. |
(11) |
Sabiex l-attivitajiet awtorizzati jitħallew jintemmu bla xkiel, huwa xieraq li l-validità tal-approvazzjonijiet ta' dawk l-attivitajiet tiġi estiża għal perjodu speċifikat taż-żmien. |
(12) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data li fiha jibda japplika r-Regolament (UE) 2016/2031, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/2031, li permezz tagħha l-pesti speċifikati u l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħrajn, kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiddaħħlu, jinżammu, jitkattru jew jintużaw fl-Unjoni jew fiż-żoni protetti tagħha jew jiġu mċaqalqin fihom għall-finijiet tal-ittestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażla tal-varjetà jew għat-tnissil. B'mod partikulari, dan ir-Regolament jistabbilixxi derogi mid-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (UE) 2016/2031:
(a) |
mill-Artikolu 5(1) tiegħu li jittratta l-projbizzjoni tal-introduzzjoni, il-moviment, iż-żamma, it-tkattir u r-rilaxx fit-territorju tal-Unjoni ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni; |
(b) |
mill-Artikolu 30(1) tiegħu li jittratta l-miżuri tal-Unjoni adottati b'rabta ma' pesti li mhumiex elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, iżda li jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-inklużjoni f'dik il-lista; |
(c) |
mill-Artikolu 32(2) tiegħu li jittratta l-projbizzjoni tal-introduzzjoni, il-moviment, iż-żamma, it-tkattir u r-rilaxx fiż-żoni protetti tat-territorju tal-Unjoni ta' pesti ta' kwarantina f'żona protetta; |
(d) |
mill-Artikolu 40(1) tiegħu li jittratta l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn mill-pajjiżi terzi jew mit-territorji kollha jew minn uħud minnhom; |
(e) |
mill-Artikolu 41(1) tiegħu li jittratta r-rekwiżiti speċjali u ekwivalenti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u għall-moviment fi ħdanu ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn minn pajjiżi terzi; |
(f) |
mill-Artikolu 42(2) tiegħu li jittratta l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn ta' riskju għoli minn pajjiżi terzi; |
(g) |
mill-Artikolu 49(1) tiegħu li jittratta l-miżuri temporanji dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn minn pajjiżi terzi; |
(h) |
mill-Artikolu 53(1) tiegħu li jittratta l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fiż-żoni protetti tat-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew fit-territorju tal-Unjoni; |
(i) |
mill-Artikolu 54(1) tiegħu li jittratta r-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni fiż-żoni protetti tat-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn. |
B'mod partikulari, dan ir-Regolament jistabbilixxi:
(a) |
ir-regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni, iż-żamma, it-tkattir jew l-użu tal-pesti speċifikati jew tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħrajn fl-Unjoni jew fiż-żoni protetti tagħha u l-moviment tagħhom fi ħdanhom; |
(b) |
il-proċedura u l-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw b'mod temporanju t-twettiq tal-attivitajiet speċifikati; |
(c) |
ir-regoli dwar il-monitoraġġ tal-konformità u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f'każ ta' nuqqas ta' konformità. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“pesti speċifikati” tfisser waħda mill-affarijiet li ġejjin:
|
(b) |
“pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn” tfisser il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħrajn suġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) u elenkati skont l-Artikoli 40(2) u (3), 41(2) u (3), 42(2) u (3), 49(1), 53(2) u (3) u 54(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
(c) |
“materjal speċifikat” tfisser kull pest speċifikat, pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament; |
(d) |
“attivitajiet speċifikati” tfisser kull attività li xi persuna, inklużi l-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet akkademiċi u tar-riċerka u l-operaturi professjonisti, twettaq b'rabta mal-ittestjar uffiċjali, mal-finijiet xjentifiċi jew edukattivi, mal-provi u mal-għażla tal-varjetà jew mat-tnissil li tinvolvi l-introduzzjoni, iż-żamma, it-tkattir jew l-użu ta' xi materjal speċifikat fl-Unjoni u fiż-żona protetta tagħha jew il-moviment tiegħu fi ħdanhom. |
Artikolu 3
Skambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom mil-lat amministrattiv f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju tal-informazzjoni bejniethom u bejn il-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni, iż-żamma, it-tkattir u l-użu ta' xi materjal speċifikat fit-territorju tal-Unjoni jew fiż-żoni protetti tiegħu u l-moviment ta' dak il-materjal fi ħdanhom.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, qabel il-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni kollha li ġejja lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn:
(a) |
lista tat-tipi u tal-kwantitajiet tal-materjal speċifikat awtorizzat skont dan ir-Regolament u mdaħħal fl-Unjoni jew imċaqlaq fiha matul is-sena kalendarja ta' qabel; |
(b) |
rapport dwar il-preżenza ta' pesti speċifikati mhux awtorizzati skont dan ir-Regolament u ta' pesti oħrajn li l-awtorità kompetenti tqis li huma ta' riskju għall-Unjoni u li jkunu ġew innutati waqt l-attivitajiet speċifikati. |
(c) |
il-miżuri li ttieħdu f'każ ta' nuqqas ta' konformità; |
(d) |
il-lista tal-postijiet ta' kwarantina u tal-faċilitajiet ta' trażżin li ntużaw għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
3. Il-moviment u l-introduzzjoni tal-materjal speċifikat fl-Unjoni għall-finijiet tal-attivitajiet speċifikati awtorizzati skont l-Artikolu 5 għandhom jiġu rreġistrati, flimkien mal-awtorizzazzjoni rispettiva tagħhom, f'sistema kompjuterizzata ta' ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) kif imsemmi fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 4
Applikazzjoni
Għandha tintbagħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti qabel kull introduzzjoni, żamma, tkattir u użu tal-materjal speċifikat fl-Unjoni u l-moviment tiegħu fi ħdanha skont l-Artikoli 8(1) u 48(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, skont il-każ.
Il-kontenut tagħha għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet biex tingħata l-awtorizzazzjoni
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni, iż-żamma, it-tkattir u l-użu tal-materjal speċifikat fl-Unjoni u l-moviment tiegħu fi ħdanha skont l-Artikoli 8(1) u 48(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, skont il-każ, għal perjodu limitat taż-żmien u biss meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
meta jkun instab li l-applikazzjoni hija konformi mal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
meta l-awtorità kompetenti tkun eżaminat in-natura u l-għanijiet tal-attivitajiet speċifikati u tkun sabet li dawn huma konformi mad-definizzjoni tal-attivitajiet speċifikati mogħtija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
meta jkun ġie kkonfermat li l-attivitajiet speċifikati jkunu qed jitwettqu f'postijiet ta' kwarantina jew f'faċilitajiet ta' trażżin indikati fl-applikazzjoni u magħżulin mill-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
(d) |
meta jkun ġie żgurat li, wara li titlesta l-attività speċifikata li għaliha tkun inħarġet dik l-awtorizzazzjoni, il-materjal speċifikat ikun inqered u jkun tneħħa b'mod sikur jew ikun inħażen b'kundizzjonijiet xierqa għal użu ulterjuri skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
Artikolu 6
Ittra ta' awtorizzazzjoni wara li tingħata l-awtorizzazzjoni
1. Wara li tingħata l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha titwettaq l-attività speċifikata approvata għandha toħroġ ittra ta' awtorizzazzjoni. Din l-ittra ta' awtorizzazzjoni għandha tkun dejjem mal-materjal speċifikat ikkonċernat.
2. Fil-każ ta' materjal speċifikat li joriġina fl-Unjoni, l-ittra ta' awtorizzazzjoni għandha tkun fil-format stabbilit fil-Parti A tal-Anness II. Fil-każ tal-moviment tal-materjal speċifikat rispettiv b'kundizzjonijiet ta' kwarantina jew ta' trażżin, hija għandha tkun approvata b'mod uffiċjali mill-Istat Membru ta' oriġini.
3. Fil-każ ta' materjal speċifikat li joriġina f'pajjiżi terzi, l-ittra ta' awtorizzazzjoni għandha tkun fil-format stabbilit fil-Parti B tal-Anness II. Fil-każ tal-introduzzjoni tal-materjal speċifikat rispettiv b'kundizzjonijiet ta' kwarantina jew ta' trażżin, hija għandha tkun approvata b'mod uffiċjali mill-pajjiż terz ta' oriġini.
4. Fil-każ ta' diversi introduzzjonijiet fl-Unjoni jew movimenti fi ħdanha ta' tip ta' materjal speċifikat speċifiku, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ ittra waħda ta' awtorizzazzjoni meta l-materjal jintbagħat għall-ewwel darba li tkun tkopri dawk l-introduzzjonijiet jew dawk il-movimenti kollha, dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
jekk l-introduzzjonijiet jew il-movimenti jseħħu diversi drabi fis-sena; |
(b) |
jekk il-materjal speċifikat ikun ippakkjat bl-istess kundizzjonijiet; |
(c) |
jekk il-materjal speċifikat ikun ġej mingħand l-istess fornitur u jkun għall-istess persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet approvati. |
L-awtorità kompetenti għandha tindika b'mod espliċitu fil-kaxxa numru 10 tal-mudell stabbilit fil-Partijiet A u B tal-Anness II li l-ittra ta' awtorizzazzjoni tkopri diversi introduzzjonijiet fl-Unjoni jew movimenti fi ħdanha ta' dak il-materjal speċifikat. Dik l-ittra ta' awtorizzazzjoni għandha tkun valida għal massimu ta' sena minn meta tinħareġ.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet speċjali għall-ittestjar uffiċjali
B'deroga mill-Artikoli 4, 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-twettiq tal-ittestjar uffiċjali min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti jew ta' operaturi professjonisti taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
jekk il-persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet approvati tkun avżat lill-awtorità kompetenti bl-ittestjar uffiċjali qabel ma dan iseħħ; |
(b) |
jekk dik in-notifika tkun tinkludi n-natura u l-għanijiet ta' dak l-ittestjar uffiċjali; |
(c) |
jekk in-notifika jkun fiha konferma li l-ittestjar uffiċjali se jsir f'postijiet ta' kwarantina jew f'faċilitajiet ta' trażżin kif imsemmi fl-Artikolu 5(c); |
(d) |
jekk l-ittestjar uffiċjali jsir b'tali mod li l-pesti speċifikati ma jinfirxux matul it-trattament u t-trasport tal-materjal speċifikat qabel, waqt u wara l-ittestjar uffiċjali. |
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-monitoraġġ tal-konformità
L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja l-attivitajiet speċifikati sabiex tiżgura li jintlaħqu r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a) |
li l-persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet tavża mill-ewwel lill-awtorità kompetenti b'kull infestazzjoni tal-materjal speċifikat b'pesti speċifikati li mhumiex awtorizzati skont dan ir-Regolament jew b'pesti oħrajn li jitqiesu li huma ta' riskju għall-Unjoni u li jkunu ġew innutati waqt l-attivitajiet speċifikati. Meta l-materjal ikun pest speċifikat huwa stess, il-monitoraġġ għandu jittratta l-infestazzjoni potenzjali tiegħu b'pesti speċifikati oħrajn mhux awtorizzati skont dan ir-Regolament jew b'pesti oħrajn li l-awtorità kompetenti tqis li huma ta' riskju għall-Unjoni u li jkunu ġew innutati waqt l-attivitajiet speċifikati; |
(b) |
li l-persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet tavża mill-ewwel lill-awtorità kompetenti b'kull avveniment li jwassal għall-ħarba tal-pesti msemmija fil-punt (a) fl-ambjent jew li jista' jwassal għal dan. |
Artikolu 9
Azzjonijiet li jridu jittieħdu f'każ li jkun hemm nuqqas ta' konformità
1. L-awtorità kompetenti tista' titlob lill-persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet timplimenta, mill-ewwel jew fi żmien perjodu speċifikat taż-żmien, azzjonijiet korrettivi biex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
2. Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-persuna li tkun responsabbli għall-attivitajiet ma tkunx tikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, dik l-awtorità għandha tieħu, mingħajr dewmien, il-miżuri meħtieġa biex tiżgura li ma jkomplix ikun hemm dak in-nuqqas ta' konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 jew is-sospensjoni temporanja tagħha.
3. Meta l-awtorità kompetenti tkun ħadet miżuri skont il-paragrafu 2, minbarra l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, u jibqa' jkun hemm nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament, dik l-awtorità għandha tirtira din l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 10
Tħassir tad-Direttiva 2008/61/KE u perjodu ta' tranżizzjoni għall-attivitajiet approvati skont dik id-Direttiva
Id-Direttiva 2008/61/KE titħassar.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness III.
L-approvazzjonijiet tal-attivitajiet li ngħataw skont l-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva għandhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2020.
Artikolu 11
Data tad-dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f'ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 41).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
ANNESS I
1.
L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin, skont il-każ:
(a) |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown tal-applikant u tal-persuna jew tal-persuni li huma responsabbli għall-attività speċifikata, jekk dawn ikunu differenti, fosthom il-kwalifiki xjentifiċi u tekniċi tagħhom għall-finijiet tal-attivitajiet speċifikati; |
(b) |
it-tip ta' materjal speċifikat, l-isem xjentifiku jew l-isem tal-materjal speċifikat u kull referenza ppubblikata, meta dan ikun rilevanti, fosthom l-informazzjoni dwar il-vetturi potenzjali; |
(c) |
il-kwantità tal-materjal speċifikat, u kemm-il darba se jintbagħat u l-kwantità tiegħu kull darba li jintbagħat jekk il-materjal ikun se jintbagħat diversi drabi, iġġustifikati skont l-għan tal-attività speċifikata kkonċernata u skont il-kapaċità tal-post ta' kwarantina jew tal-faċilità ta' trażżin; |
(d) |
il-post ta' oriġini tal-materjal speċifikat, fosthom l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown tal-ispeditur u tal-fornitur u l-provi ddokumentati x-xierqa f'każ li l-materjal speċifikat ikun se jiddaħħal minn pajjiż terz; |
(e) |
it-tul ta' żmien tal-attività speċifikata, kif ukoll taqsira tan-natura u tal-għanijiet tal-attività speċifikata, u wkoll speċifikazzjoni fil-każ tal-provi u tax-xogħlijiet xjentifiċi jew edukattivi marbutin mal-għażliet tal-varjetà; |
(f) |
il-kundizzjonijiet tal-ippakkjar li bihom il-materjal speċifikat se jiġi mċaqlaq jew se jiġi importat; |
(g) |
l-isem, l-indirizz u d-deskrizzjoni tal-post ta' kwarantina jew tal-faċilità ta' trażżin; |
(h) |
l-użu aħħari tal-materjal speċifikat meta titlesta l-attività speċifikata, pereżempju l-qerda, il-ġbir jew il-ħżin; |
(i) |
meta jkun applikabbli, il-metodu tal-qerda jew it-trattament tal-materjal speċifikat meta titlesta l-attività speċifikata. |
2.
Fuq talba tal-awtorità kompetenti għandhom jingħataw ukoll informazzjoni u kjarifiki oħrajn.
ANNESS II
A. Mudell tal-ittra ta' awtorizzazzjoni għall-moviment fi ħdan l-Unjoni ta' pesti, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażla tal-varjetà jew għat-tnissil, imsemmi fl-Artikolu 6(2)
Titlu: Ittra ta' awtorizzazzjoni |
|
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— |
||||||||
|
— |
||||||||
|
Speċifika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||
|
Dan il-materjal speċifikat qed jiċċaqlaq fit-territorju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) …/… [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza ta' dan ir-Regolament] |
||||||||
|
Jekk iva: Id-data tal-ħruġ: In-numru ta' referenza ta' meta ntbagħat il-materjal: Kemm-il darba se jintbagħat il-materjal speċifikat u l-kwantità tiegħu kull darba li jintbagħat: |
||||||||
|
Il-qerda/il-ġbir jew il-ħżin* |
||||||||
|
|
||||||||
Post tal-approvazzjoni: |
|
||||||||
Data: |
Post tal-ħruġ: |
||||||||
Isem l-uffiċjal awtorizzat u l-firma tiegħu: |
Id-data tal-ħruġ: Id-data tal-iskadenza: |
||||||||
Isem l-uffiċjal awtorizzat u l-firma tiegħu: |
|||||||||
|
|
* |
Ħassar dak li ma japplikax. |
B. Mudell tal-ittra ta' awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' pesti, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għall-finijiet ta' provi, għall-għażla tal-varjetà jew għat-tnissil, imsemmi fl-Artikolu 6(3)
Titlu: Ittra ta' awtorizzazzjoni |
|
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— — |
||||||||
|
— |
||||||||
|
— |
||||||||
|
Speċifika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||
|
Dan il-materjal speċifikat qed jiġi importat fit-territorju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) …/… [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza ta' dan ir-Regolament] |
||||||||
|
Jekk iva: Id-data tal-ħruġ: In-numru ta' referenza ta' meta ntbagħat il-materjal: Kemm-il darba se jintbagħat il-materjal speċifikat u l-kwantità tiegħu kull darba li jintbagħat: |
||||||||
|
Il-qerda/il-ġbir jew il-ħżin* |
||||||||
|
|
||||||||
Post tal-approvazzjoni: |
|
||||||||
Data: |
Post tal-ħruġ: |
||||||||
Isem l-uffiċjal awtorizzat u l-firma tiegħu: |
Id-data tal-ħruġ: Id-data tal-iskadenza: |
||||||||
Isem l-uffiċjal awtorizzat u l-firma tiegħu: |
|||||||||
|
|
* |
Ħassar dak li ma japplikax. |
ANNESS III
Tabella ta' korrelazzjoni
Id-Direttiva 2008/61/KE |
Dan ir-Regolament |
L-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 1(2) |
L-Artikolu 4 u l-Anness I |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 5 |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 9(2) |
L-Artikolu 2(2) |
L-Artikolu 6 u l-Anness II |
L-Artikolu 2(3) |
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 2(4) |
__ |
L-Artikolu 3 |
__ |
L-Artikolu 4 |
__ |
L-Artikolu 5 |
__ |
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 7 |
__ |
Il-punt 1 tal-Anness I |
L-Artikolu 5 |
Il-punt 2 tal-Anness I |
__ |
L-Anness II |
L-Anness II |
L-Anness III |
__ |
L-Anness IV |
__ |
L-Anness V |
L-Anness III |