This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0791
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/791 of 16 May 2019 amending for the 302nd time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the ISIL (Da'esh) and Al-Qaida organisations
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/791 tas-16 ta' Mejju 2019 li jemenda għat-302 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet ta' Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/791 tas-16 ta' Mejju 2019 li jemenda għat-302 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet ta' Al-Qaida
C/2019/3845
ĠU L 129, 17.5.2019, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
17.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/791
tas-16 ta' Mejju 2019
li jemenda għat-302 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Mejju 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda u jħassar annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi għandu japplika. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”: “Stat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante — Khorasan (ISIL- K) ( magħruf ukoll bħala (a ) ISIL Khorasan (b) Provinċja ta' Khorasan tal-Istat Iżlamiku (c) ISIS Wilyat Khorasan (d) il-Fergħa tal-Asja t'Isfel tal-ISIL (e) Kapitolu tal-Asja t'Isfel tal-ISIL). Informazzjoni oħra: L-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante — Khorasan (ISIL — K) ġie ffurmat fl-10 ta' Jannar 2015 minn kmandant tat-Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP) u ġie stabbilit minn eks-kmandanti tal-fazzjoni tat-Taliban li ħa l-ġurament ta' lealtà lejn l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq). ISIL — K iddikjarat li hija responsabbli għal għadd kbir ta' attakki kemm fl-Afganistan kif ukoll fil-Pakistan. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7e(e): 14.5.2019.” |
|
(2) |
L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar: “Nessim Ben Mohamed Al-Cherif Ben Mohamed Saleh Al-Saadi ( magħruf ukoll bħala (a) Nassim Saadi, (b) Dia el Haak George, (c) Diael Haak George, (d) El Dia Haak George, (e) Abou Anis, (f) Abu Anis). Indirizz: (a) Via Monte Grappa 15, Arluno (Milan), Italy; (b) Via cefalonia 11, Milan, l-Italja (domiċilju, l-aħħar indirizz magħruf). Data tat-twelid: (a) 30.11.1974, (b) 20.11.1974. Post tat-twelid: (a) Haidra Al-Qasreen, it-Tuneżija; (b) il-Libanu; (c) L-Alġerija. Nazzjonalità: Tuneżin. Passaport Nru: M788331 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-28.9.2001, li skada fis-27.9.2006). Informazzjoni oħra: (a) Detenut fl-Italja sas-27.4.2012; (b) Isem il-missier hu Mohamed Sharif; (c) Isem l-omm hu Fatima. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 12.11.2003.” |