EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0663

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/663 tal-25 ta' April 2019 li jemenda għat-300 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2019/3289

ĠU L 112, 26.4.2019, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/663/oj

26.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/663

tal-25 ta' April 2019

li jemenda għat-300 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-17 ta' April 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda mil-lista tal-persuni, tal-gruppi u tal-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Fit-22 ta' April 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entrata waħda mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Id-data ta' identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija emendata kif ġej: it-test “Zulkarnaen (magħruf ukoll bħala (a) Zulkarnan, (b) Zulkarnain, (c) Zulkarnin, (d) Arif Sunarso, (e) Aris Sumarsono, (f) Aris Sunarso, (g) Ustad Daud Zulkarnaen, (h) Murshid). Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Ir-raħal Gebang, Masaran, Sragen, Java Ċentrali, l-Indoneżja. Ċittadinanza: Indoneżjana.” huwa sostitwit b'dan li ġej: “Aris Sumarsono (Psewdonimu affidabbli (a) Zulkarnan, (b) Zulkarnain, (c) Zulkarnin, (d) Arif Sunarso, (e) Zulkarnaen, (f) Aris Sunarso, (g) Ustad Daud Zulkarnaen; Psewdonimu inqas affidabbli (a) Murshid). Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Ir-raħal Gebang, Masaran, Sragen, Java Ċentrali, l-Indoneżja. Ċittadinanza: Indoneżjana. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.05.2005.”;

(2)

L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar: “Fethi Ben Hassen Ben Salem Al-Haddad (magħruf ukoll bħala (a) Fethi ben Assen Haddad, (b) Fathy Hassan al Haddad). Indirizz: (a) 184 Via Fulvio Testi, Cinisello Balsamo (MI), l-Italja, (b) 1 Via Porte Giove, Mortara (PV), l-Italja (domiċilju). Data tat-twelid: (a) 28.6.1963. (b) 28.3.1963. Post tat-twelid: Tataouene, it-Tuneżija. Nazzjonalità Tuneżina. Nru tal-Passaport: L183017 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-14.2.1996, li skada fit-13.2.2001). Tagħrif ieħor: Kodiċi fiskali Taljan: HDDFTH63H28Z352V. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004”.


Top