This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0653
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/653 of 24 April 2019 amending Regulation (EC) No 847/2006 as regards the Union tariff quotas for certain prepared or preserved fish
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/653 tal-24 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 847/2006 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut ippreparat jew ippreservat
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/653 tal-24 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 847/2006 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut ippreparat jew ippreservat
C/2019/2959
ĠU L 110, 25.4.2019, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/34 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/653
tal-24 ta' April 2019
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 847/2006 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċertu ħut ippreparat jew ippreservat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/324/KE tas-27 ta' Frar 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa tal-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,
Billi:
(1) |
Mit-2 ta' Ġunju 2006, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2006 (2) introduċa żewġ kwoti tariffarji annwali għal importazzjonijiet bla dazju għal ċertu ħut ippreparat jew ippreservat. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprevedi li, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tal-konċessjonijiet u tal-impenji tal-Unjoni annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 għandhom jitqassmu bejn l-Unjoni u r-Renju Unit fuq il-bażi tas-sehem tal-EU-27 mill-użu tal-kwota li jidher fl-Anness ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
B'riżultat ta' dan, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri sabiex jiġi implimentat it-tqassim tal-kwoti tar-rata tariffarja stipulati fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/216. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-kwantitajiet ta' kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 847/2006 jiġu sostitwiti b'dawk il-kwantitajiet li jirriżultaw mit-tqassim. |
(4) |
Id-data li fiha jibda japplika l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/216 x'aktarx li tkun jum li jaqa' f'perjodu ta' kwota li beda jaħdem. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tat-tqassim tal-kwantitajiet mhux allokati f'dak il-jum għall-kwoti tariffarji li għalihom il-perjodu tal-kwota jibda qabel dik id-data u jintemm wara dik id-data. |
(5) |
Sabiex tiżgura ċ-ċertezza legali u t-trasparenza għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika l-kwantitajiet li jkunu disponibbli wara t-tqassim ta' dawk il-kwoti tariffarji fi żmien jumejn (2) tax-xogħol mill-jum li fih jibda japplika l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/216. |
(6) |
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/216 għandu japplika mill-jum ta' wara li fih ma jibqax japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (4) għar-Renju Unit u fih. Għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza u japplika mid-data li fiha japplika l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 2019/216. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 847/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Kwota tariffarja annwali ta' 754 tunnellata b'eżenzjoni mid-dazji doganali għandha tinfetaħ għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' sardin, plamtu, kavalli tal-ispeċijiet Scomber scombrus u Scomber japonicus, ħut tal-ispeċi Orcynopsis unicolor, ippreparat jew ippreżervat, għajr dak sħiħ jew f'biċċiet, li jaqa' fil-kodiċi NM 1604 20 50.”; |
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. B'deroga mill-Artikolu 1, f'każ li għal kwota tariffarja l-perjodu tal-kwota jibda qabel il-jum li fih jibda japplika l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/216 u jintemm wara dak il-jum, it-tqassim tal-kwota tariffarja kkonċernata għandu jsir bl-applikazzjoni tal-perċentwal tal-EU-27 għal bażi li tikkonsisti mill-kwantitajiet ta' dik il-kwota tariffarja disponibbli wara l-aħħar allokazzjoni.
2. Fi żmien jumejn (2) tax-xogħol mid-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/216, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz ta' pubblikazzjoni xierqa fuq l-internet, il-kwantitajiet disponibbli f'dik id-data.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-jum li fih jibda japplika l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/216.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 120, 5.5.2006, p. 17.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2006 tat-8 ta' Ġunju 2006 li jiftaħ u jipprevedi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċertu ħut ippreparat jew ippreservat (ĠU L 156, 9.6.2006, p. 8).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Jannar 2019 dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (ĠU L 38, 8.2.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1).