This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0650
Commission Regulation (EU) 2019/650 of 24 April 2019 amending Annex III to Regulation (EC) No 1925/2006 of the European Parliament and of the Council as regards Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille) (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/650 tal-24 ta' April 2019 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/650 tal-24 ta' April 2019 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/2906
ĠU L 110, 25.4.2019, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/650
tal-24 ta' April 2019
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, minħabba l-possibbiltà ta' effetti dannużi fuq is-saħħa b'rabta mal-użu tal-Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille) u tal-preparati tagħha fl-ikel, u minħabba li hemm inċertezza xjentifika li tippersisti, din is-sustanza tqiegħdet taħt l-iskrutinju tal-Unjoni u ġiet inkluża fil-Parti C tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 permezz tar-Regolament (UE) 2015/403 (2). |
(2) |
Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, fi żmien erba' snin mid-data li fiha sustanza tkun ġiet elenkata fil-Parti C tal-Anness III, għandha tittieħed deċiżjoni sabiex b'mod ġenerali jiġi permess l-użu ta' sustanza elenkata fil-Parti C tal-Anness III jew sabiex din tiġi elenkata fil-Parti A jew B tal-Anness III, skont il-każ, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar kwalunkwe fajl sottomess għall-evalwazzjoni mill-operaturi tan-negozju tal-ikel, jew minn kwalunkwe parti oħra interessata kif imsemmi fl-Artikolu 8(4). |
(3) |
Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 (3), dawk il-fajls biss li jkunu sottomessi fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni li tinkludi sustanza fil-Parti C tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, għandhom jiġu kkunsidrati mill-Awtorità bħala fajl validu għall-iskopijiet ta' deċiżjoni kif stabbilit fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
(4) |
Jekk wieħed iqis li l-partijiet interessati ma bagħtux data xjentifika lill-Awtorità biex jagħtu prova tas-sikurezza ta' Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille) fil-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 307/2012, jenħtieġ li Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille) u l-preparati tagħha jiġu inklużi fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, li jfisser li l-użu tagħhom fl-ikel se jiġi pprojbit. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti A, tiżdied l-entrata li ġejja: “Il-qoxra tas-siġra tal-Yohimbe u l-preparati magħmula minnha li joriġinaw mill-Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille)”; |
(2) |
fil-Parti C, tiżdied l-entrata li ġejja: “Il-qoxra tas-siġra tal-Yohimbe u l-preparati magħmula minnha li joriġinaw mill-Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille)”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/403 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet Ephedra u Yohimbe (Pausinystalia yohimbe (K. Schum) Pierre ex Beille) (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 4).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 tal-11 ta' April 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 102, 12.4.2012, p. 2).