Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0618

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/618 tal-15 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/3049

ĠU L 106, 17.4.2019, pp. 1–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/618/oj

17.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/618

tal-15 ta' April 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (3), ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta' dik il-lista. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali pprovdew ukoll informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi ta' dik l-informazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta' deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li tkun inkluża fil-listi fl-Annessi A u B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti fornuti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”).

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Angola, tal-Belarussja, tal-Gabon, tal-Indoneżja, tal-Moldova, tan-Nepal, tar-Repubblika Dominicana, tar-Russja u tal-Venezwela. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Guinea Ekwatorjali, fl-Iran, fil-Każakistan, fil-Libja, fit-Tajlandja, fit-Turkmenistan u fiż-Żambja.

(6)

L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(7)

Barra minn hekk, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006. L-EASA pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bil-għan li dawn ikunu megħjuna jsolvu n-nuqqasijiet ta' konformità ma' standards internazzjonali applikabbli tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta' informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b'mod partikulari permezz tal-bażi tad-data tan-Netwerk tal-Assistenza Kollaborattiva fis-Sikurezza tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha.

(8)

Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'aġġornament dwar l-istatus tal-funzjoni ta' allarm tal-SAFA u tal-Operaturi ta' Pajjiżi Terzi (“TCO”), u bi statistika attwali għall-messaġġi ta' allert għall-kumpaniji tal-ajru pprojbiti.

Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(9)

Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni u mill-ispezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u minn awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. Il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Bulgarija.

(10)

L-Istati Membri tennew li huma lesti jaġixxu kif meħtieġ f'każ li l-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Angola

(11)

Il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Angola, minbarra TAAG Angola Airlines (“TAAG”), li hija elenkata fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 619/2009 (6), attwalment huma elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1131/2008 (7), u huma soġġetti għal projbizzjoni totali.

(12)

Mill-10 sal-14 ta' Diċembru 2018, esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri għamlu żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fl-Angola fl-uffiċċji tal-awtorità kompetenti tal-Angola Instituto Nacional da Aviação Civil (“INAVIC”) u fi tliet kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Angola, jiġifieri TAAG, SonAir u Heli Malongo.

(13)

L-INAVIC isegwi approċċ għas-sikurezza tal-avjazzjoni li ma fihx tekniki moderni ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Madankollu, mill-aħħar żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni f'Ġunju 2009, huwa ċar li l-Angola għamlet progress. L-Angola aġġornat il-qafas leġiżlattiv tagħha dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni u żviluppat regolamenti tekniċi ġodda, imsejħa “Normativas Técnicas Aeronáuticas” (“NTA”). L-NTAS ikopru kważi l-Annessi kollha tal-ICAO, ħlief l-Anness 19. L-INAVIC qed jaħdem fuq reviżjoni ulterjuri tal-NTAs. L-INAVIC żviluppa u approva internament sett ta' proċeduri biex ikopru l-obbligi ta' sorveljanza tal-avjazzjoni. Madankollu, għad hemm xi nuqqasijiet fil-proċeduri interni, fil-kontroll tad-dokumenti, fir-reġistrazzjoni konsistenti tal-fajls u fit-taħriġ tal-ispetturi. Fir-rigward ta' dawk in-nuqqasijiet, il-ġestjoni attwali tal-INAVIC esprimiet b'mod ċar ir-rieda li l-INAVIC itejjeb il-kapaċità u l-effettività fix-xogħol tiegħu ta' kuljum. Jenħtieġ li l-INAVIC jimplimenta funzjoni ta' ġestjoni tal-kwalità.

(14)

Il-valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni wasslet għal 15-il osservazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet ta' sorveljanza tal-INAVIC. Ġie konkluż ukoll li filwaqt li l-INAVIC żviluppa ċerti kapaċitajiet biex jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Angola, iktar titjib huwa indispensabbli sabiex l-INAVIC ikun jista' jindirizza n-nuqqasijiet emerġenti fis-sikurezza.

(15)

TAAG hija l-kumpanija tal-ajru ewlenija tal-Angola. TAAG għandha fis-seħħ Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza li taħdem tajjeb, li hija soda u li tiġġenera data utli għall-kumpanija tal-ajru. Il-maniġment superjuri tal-kumpanija għandu fehim tajjeb ta' dawk is-sistemi u jużahom biex jidentifika r-riskji u biex jieħu l-miżuri xierqa biex itaffi l-ogħla riskji għal livelli aċċettabbli. Is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità hija robusta u funzjonali.

(16)

TAAG żviluppat il-manwali meħtieġa, bħall-Manwal tal-Kontroll tal-Manutenzjoni, il-Manwal tal-Proċedura tal-Manutenzjoni, il-Manwal dwar l-Istandards tal-Prestazzjoni tal-Operat ta' Firxa Wiesgħa ta' Inġenji tal-Ajru b'Magna Doppja u l-Manwal ta' Operat b'Minimu ta' Separazzjoni Vertikali Mnaqqsa (iżda mhux dawn biss) li fihom il-politiki u li jispjegaw fid-dettall il-proċeduri assoċjati li huma approvati mill-INAVIC. Il-persunal li jiċċertifika huwa mħarreġ sew fuq it-tipi ta' inġenji tal-ajru operati. B'mod ġenerali, TAAG għandha ekwipaġġ u persunal professjonali b'sistemi li jiffunzjonaw biex jiġu ġestiti d-diversi operazzjonijiet. Il-maniġment jirċievi u jaġixxi fuq l-informazzjoni u l-analiżi tas-sikurezza u tal-kwalità u jippromulga dik l-informazzjoni u jieħu azzjoni permezz ta' pubblikazzjonijiet interni, f'forma elettronika jew b'xi mod ieħor. L-aħħar riżultati ppubblikati tal-Awditu tas-Sikurezza Operazzjonali tal-IATA (IOSA) juri rata ta' konformità ta' 99,3 %.

(17)

SonAir għandha Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza operattiva u Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità operattiva, iżda l-valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni identifikat nuqqasijiet serji li jeħtieġu titjib urġenti. SonAir ma twettaqx l-attivitajiet kollha skont ir-rekwiżiti tal-Manwal tal-Ġestjoni tas-Sikurezza, it-taħriġ tas-sikurezza mhuwiex implimentat b'mod sħiħ, il-ġestjoni tal-bidla saret biss b'mod superfiċjali u fl-aħħar sena ma twettaq l-ebda awditu tas-sikurezza. Fir-rigward tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità, il-kumpanija tal-ajru ma setgħetx turi li twettqu l-awditi kollha tal-programm tal-awditu annwali. Barra minn hekk, il-valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni kkonkludiet li s-sistema amministrattiva għall-kontroll tas-sejbiet ma kinitx tħaddmet kif suppost. Fil-qasam tal-operazzjonijiet bl-ajru, SonAir qed tqis ir-rekwiżiti kollha meta tiżviluppa r-rosters tal-ekwipaġġ. Madankollu, peress li kien hemm ċerti inkonsistenzi f'xi wħud mir-reġistri ta' taħriġ li ttieħdu bħala kampjun, jenħtieġ li SonAir tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li l-proċeduri jiġu definiti u segwiti b'mod konsistenti.

(18)

Heli Malongo topera Sistema sħiħa ta' Monitoraġġ tal-Konformità integrata u bbażata fuq l-IT, Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza u Monitoraġġ tad-Data tat-Titjir. L-interazzjoni bejn dawk is-sistemi hija funzjonali. Il-Manwal tal-Operazzjonijiet approvat attwalment jirrifletti l-operazzjonijiet imwettqa u jikkonforma mar-regolamenti applikabbli fl-Angola. Heli Malongo żviluppat u implimentat Sistema tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità funzjonali u robusta għall-manutenzjoni. Il-Manwal tal-Kontroll tal-Manutenzjoni u l-Manwal tal-Proċedura tal-Manutenzjoni żviluppati minn Heli Malongo ġew approvati mill-INAVIC u huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet mill-manifattur tal-inġenji tal-ajru. Il-faċilitajiet huma adegwati u organizzati tajjeb, b'żoni kkontrollati apposta għall-ħżin u b'għodod, inklużi l-għodod ikkalibrati. L-inġiniera tal-manutenzjoni huma mħarrġa sew fuq it-tipi ta' inġenji tal-ajru operati u għandhom aċċess għall-istruzzjonijiet meħtieġa għall-ajrunavigabbiltà kontinwa.

(19)

Fit-3 ta' April 2019, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru semgħu lill-INAVIC u lill-kumpaniji tal-ajru TAAG u Heli Malongo. L-INAVIC ippreżenta l-azzjonijiet li ttieħdu wara ż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni, inkluż il-bidliet li saru fil-qafas leġiżlattiv tal-Angola. F'Marzu 2019, ġiet approvata l-Liġi l-ġdida dwar l-Avjazzjoni Ċivili u, skont din il-liġi, l-INAVIC se jiġi rrikonoxxut bħala entità awtonoma amministrattivament u finanzjarjament. L-INAVIC informa lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-impenn tiegħu li jtejjeb l-Implimentazzjoni Effettiva tiegħu tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza għal livell ta' iktar minn 60 fil-mija u, għal dan l-iskop, l-INAVIC se jirċievi assistenza teknika esterna. Barra minn hekk, sa tmiem l-2019, l-INAVIC biħsiebu jiżviluppa u jimplimenta funzjoni ta' assigurazzjoni tal-kwalità u metodoloġija integrata li jippermettu l-uniformità u l-aċċess elettroniku komuni għad-dokumentazzjoni teknika kollha tiegħu.

(20)

L-INAVIC għamel progress fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali tas-sikurezza. Il-Kummissjoni tilqa' l-isforzi li saru u tħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Angola u lill-INAVIC biex ikomplu dawk l-isforzi. Madankollu, l-evidenza disponibbli attwalment, b'mod partikolari miż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni, ma tippermettix li jiġi konkluż li l-progress li sar huwa b'saħħtu biżżejjed biex il-kumpaniji tal-ajru kollha rreġistrati fl-Angola u ssorveljati mill-INAVIC jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Tabilħaqq, jenħtieġ li l-INAVAC jagħmel titjib ulterjuri fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tiegħu kif ukoll fit-taħriġ u fl-istandardizzazzjoni tal-metodi ta' ħidma tal-ispetturi tiegħu.

(21)

Matul is-smigħ, TAAG u Heli Malongo ppreżentaw il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva tagħhom li jindirizzaw l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni. Parti mill-azzjonijiet deskritti fil-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva diġà ġew implimentati. Matul is-smigħ, iż-żewġ kumpaniji tal-ajru sostnew li kellhom sistemi robusti u funzjonali fis-seħħ għall-ġestjoni ta' diversi operazzjonijiet.

(22)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li kemm TAAG kif ukoll Heli Malongo huma kapaċi jiżguraw it-twettiq sikur tal-operazzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li ż-żewġ kumpaniji tal-ajru huma konformi mar-regolamenti applikabbli tal-Angola u mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Fir-rigward ta' TAAG, l-EASA kkonfermat li fir-rigward tat-TCO u tal-SAFA, attwalment din il-kumpanija tal-ajru ma tagħtix lok għal tħassib speċifiku dwar is-sikurezza.

(23)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tikkonkludi li Heli Malongo jenħtieġ li titneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, u li TAAG jenħtieġ li titneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni stabbilita fl-Anness A u fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(24)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Angola mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Angola, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(25)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja

(26)

Fis-17 ta' Settembru 2018, b'segwitu għal nuqqasijiet ta' sikurezza identifikati mill-EASA fil-qafas tal-proċess ta' awtorizzazzjoni tat-TCO, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Belarussja (“AD-BLR”) skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(27)

Mill-11 sal-15 ta' Marzu 2019, esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri għamlu żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fil-Belarussja fl-uffiċċji tal-AD-BLR u fl-uffiċċji ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja, jiġifieri Belavia Belarusian Airlines (“Belavia”), Rubystar Airways u Transaviaexport Airlines.

(28)

Matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni, l-AD-BLR ipprovda evidenza dwar bidliet sinifikanti fil-funzjonament tiegħu, inkluż l-adozzjoni ta' ordnijiet ġodda, manwali interni u listi ta' kontroll ġodda, u t-twaqqif ta' spettorat apposta fil-Ministeru tat-Trasport responsabbli għas-settur tal-avjazzjoni u għar-reklutaġġ ta' spetturi ġodda. Dawk l-azzjonijiet bdew f'Ġunju 2018 b'emenda għall-Kodiċi tal-Ajru, u dawk l-isforzi intensifikaw wara t-tnedija ta' konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-AD-BLR fis-17 ta' Settembru 2018. Fl-2018, l-AD-BLR beda wkoll iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Belarussja. Meta saret iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni, l-AD-BLR diġà kien lesta ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid ta' żewġ kumpaniji tal-ajru. Dawn kienu sforzi importanti biex titjieb il-konformità mar-rekwiżiti internazzjonali tas-sikurezza.

(29)

Filwaqt li fl-2018 l-iskambju ta' informazzjoni kien diffiċli, matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni l-fluss ta' informazzjoni tjieb. Madankollu, ir-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni juru li hemm ħtieġa għad-definizzjoni u għall-implimentazzjoni ta' pjan direzzjonali komprensiv b'kontroll tal-proċess u b'monitoraġġ mill-qrib sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni korretta u l-mitigazzjoni tar-riskji għas-sikurezza. Matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni, l-AD-BLR ipprovda evidenza dwar il-programm ta' sorveljanza annwali tiegħu tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja. Meta saret iż-żjara, għalkemm l-AD-BLR kien involut fir-reklutaġġ tal-persunal ikkwalifikat meħtieġ, kien għadu ma kellux persunal biżżejjed biex iwettaq l-attivitajiet ta' sorveljanza kollha li kienu meħtieġa. Ġie osservat ukoll li l-effettività ta' dawk l-attivitajiet ta' sorveljanza tista' tittejjeb iktar jekk dawn ikunu xprunati iktar mir-riżultati ta' valutazzjoni soda tar-riskji għas-sikurezza.

(30)

L-evalwazzjoni tat-tliet kumpaniji tal-ajru msemmija hawn fuq kellha l-għan li tivverifika l-ħila tal-AD-BLR li jiżgura li l-operazzjonijiet minn kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja jitwettqu f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni kkonkludiet li jenħtieġ li jsir titjib, b'mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet ta' sorveljanza ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja. Madankollu, ma ġie identifikat l-ebda riskju imminenti għas-sikurezza li jirrikjedi miżuri addizzjonali apparti dawk li diġà ttieħdu mill-EASA waqt il-proċess ta' awtorizzazzjoni tat-TCO.

(31)

Fit-3 ta' April 2018, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru semgħu lill-AD-BLR. Id-delegazzjoni tal-AD-BLR magħmula minn persuna waħda infurmat li ttieħdu għadd ta' miżuri sabiex is-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Belarussja tkompli titjieb, b'mod partikolari r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal, ir-rieżami tar-regolamenti u tal-proċeduri tal-avjazzjoni, u l-użu ta' teknoloġiji diġitali ġodda biex jappoġġaw l-attivitajiet ta' sorveljanza. Filwaqt li parti mill-informazzjoni pprovduta kienet utli għall-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, l-AD-BLR mhux dejjem irnexxielu jipprovdi tweġibiet preċiżi għall-mistoqsijiet imressqa mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(32)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż ir-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni minn Marzu 2019 u l-pjan ta' azzjoni korrettiva imressaq fid-29 ta' Marzu 2019, il-Kummissjoni tqis li minn Ġunju 2018 l-AD-BLR għamel progress fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Madankollu, jenħtieġ li l-AD-BLR xorta jiżgura riżorsi xierqa għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza tiegħu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li kwalunkwe rabta bejn il-kunsiderazzjonijiet politiċi u l-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza tiġi evitata.

(33)

Għalkemm l-evidenza tindika li l-miżuri meħuda mill-AD-BLR diġà jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tiegħu biex jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Belarussja, jenħtieġ li l-ħila tiegħu li jiżgura li l-operazzjonijiet minn kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja jitwettqu f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tkompli tittejjeb. F'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja.

(34)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Belarussja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(35)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana

(36)

Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Fl-20 ta' Marzu 2019, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati fil-qafas tal-proċess ta' awtorizzazzjoni tat-TCO. Ħames kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-Instituto Dominicano de Aviación Civil (“IDAC”) applikaw għal awtorizzazzjoni tat-TCO, madankollu tnejn biss, Helidosa Aviation Group, S.A. u Servicios Aéreos Profesioniales, S.A., kisbu din l-awtorizzazzjoni. Fil-15 ta' Marzu 2019, l-EASA ssospendiet l-awtorizzazzjoni ta' Servicios Aéreos Profesioniales, S.A. għal raġunijiet ta' sikurezza. Il-kumpaniji tal-ajru Dominican Wings, S.A. u Sky High Aviation Services, S.R.L. irtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom matul il-valutazzjoni inizjali mwettqa mill-EASA. Il-kumpanija tal-ajru Air Century, S.A. irtirat l-ewwel applikazzjoni tagħha fl-2017 peress li naqset milli turi konformità mal-istandards tas-sikurezza applikabbli, u reġgħet applikat fl-2018.

(37)

Ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-Programm tal-SAFA jindikaw li l-proporzjon tal-SAFA ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-IDAC huwa ogħla mill-medja dinjija. Ir-rikorrenza ta' ċerti sejbiet tal-SAFA tindika nuqqas preżunt ta' kultura xierqa ta' sikurezza. Madankollu, l-għadd totali ta' spezzjonijiet tal-SAFA huwa limitat. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ konsultazzjonijiet mal-IDAC skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(38)

F'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana.

(39)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Dominicana, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(40)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Gabon

(41)

Il-konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon, l-Agence Nationale de l'Aviation Civile (“ANAC”) komplew bil-għan li jiġi mmonitorjat il-progress tal-ANAC fl-iżgurar li s-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni tagħha tikkonforma mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F'dak il-kuntest, l-ANAC infurmat lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex issaħħaħ l-implimentazzjoni ta' elementi kritiċi, kif ukoll dwar ir-riżultati preliminari tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO (“ICVM”) li saret mid-29 ta' Jannar sas-6 ta' Frar 2019.

(42)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni ma tistax tiddetermina għalkollox li l-ANAC kapaċi tiżgura li l-operazzjonijiet minn trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Gabon jitwettqu f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Bħala konsegwenza, se tintalab informazzjoni addizzjonali u jenħtieġ li tiġi organizzata laqgħa teknika biex tiġi diskussa s-sitwazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Gabon.

(43)

Fit-2 ta' April 2019, l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon ipprovdew evidenza lill-Kummissjoni li l-kumpaniji tal-ajru Afric Aviation, Allegiance Air Tourist, Sky Gabon u Nouvelle Air Affaires Gabon ma għandhomx Ċertifikat validu ta' Operatur tal-Ajru (“AOC”) iktar. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-kumpaniji tal-ajru jitneħħew mil-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(44)

F'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni tiġi emendata biex il-kumpaniji tal-ajru Afric Aviation, Allegiance Air Tourist u Sky Gabon jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex il-kumpanija tal-ajru Nouvelle Air Affaires Gabon titneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja

(45)

F'Ġunju 2018, il-kumpaniji tal-ajru kollha mill-Indoneżja tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 (8). Bil-għan li jsir iktar monitoraġġ tas-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fl-Indoneżja, il-Kummissjoni u d-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indoneżja (“DGCA Indonesia”) baqgħu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. F'dak il-kuntest, b'ittra tat-28 ta' Frar 2019, DGCA Indonesia pprovda informazzjoni addizzjonali u aġġornament dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza għall-perjodu minn Settembru 2018 sa Frar 2019. Dik l-informazzjoni kienet tinkludi lista ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, inġenji tal-ajru rreġistrati, attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza, miżuri ta' infurzar meħuda minn DGCA Indonesia u status aġġornat tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Korrettiva (“CAPs”) tiegħu bħala riżultat taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni f'Marzu 2018. DGCA Indonesia pprovda wkoll l-aġġornamenti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għan-Navigazzjoni Bbażata fuq il-Prestazzjoni (“PBN”) u dwar l-assistenza teknika pprovduta lil DGCA Indonesia.

(46)

Permezz ta' email tas-16 ta' Jannar, DGCA Indonesia informa dwar il-proċess ta' riorganizzazzjoni fi ħdan DGCA Indonesia bil-għan li jallinja l-proċessi tiegħu mal-istandards u mal-prattiki rakkomandati tal-ICAO. DGCA Indonesia żamm lill-Kummissjoni infurmata wkoll dwar l-inċidenti serji li kienu jinvolvu l-kumpaniji tal-ajru Indoneżjani.

(47)

Fir-rigward tal-lista tal-kumpaniji tal-ajru, tal-inġenji tal-ajru u tal-attivitajiet ta' sorveljanza, DGCA Indonesia ħareġ AOC tal-Parti-121 ġdida u AOC tal-Parti-135 ġdida. Fir-rigward tal-miżuri meħuda ta' infurzar, DGCA Indonesia ssospenda waħda mill-AOC tal-Parti-121, irrevoka ċertifikat ta' validazzjoni, issospenda liċenzja ta' bdot, u impona tliet sanzjonijiet amministrattivi fuq detenturi ta' AOC tal-Parti-135. DGCA Indonesia saħħaħ is-sorveljanza tal-parti medika tal-għoti tal-liċenzji, bi tweġiba għall-punti ta' tħassib li ġew identifikati matul il-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni f'Marzu 2018, u ssospenda seba' detenturi ta' liċenzja ta' eżaminatur mediku akkreditat.

(48)

Wara r-rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-PBN, huwa mistenni li sa tmiem l-2019 l-Indoneżja timplimenta proċeduri tal-PBN fi 19 mis-27 ajruport internazzjonali tagħha. Qed isir progress fl-implimentazzjoni tal-PBN fl-ajruporti domestiċi u remoti, għalkemm mhux bl-istess ritmu.

(49)

DGCA Indonesia informa lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-istatus tal-azzjonijiet korrettivi wara l-Missjoni ta' Valutazzjoni Kkoordinata tal-ICAO, li saret fl-2017. Fil-25 ta' Lulju 2018, l-ICAO rrieżaminat is-CAP fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà. L-azzjonijiet korrettivi kollha ġew aċċettati għalkollox jew parzjalment mill-ICAO.

(50)

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni, u b'ittra tas-6 ta' Marzu 2019 talbet għal informazzjoni addizzjonali, b'mod partikolari dwar l-għadd ta' proċeduri interni ta' DGCA Indonesia li għad iridu jiġu ffinalizzati, dwar l-iskadenzi li ma ġewx irrispettati minn waħda mill-kumpaniji tal-ajru, u dwar il-fużjoni reċenti ta' Garuda Indonesia u Sriwijaya. Fl-20 ta' Marzu 2019, DGCA Indonesia bagħat l-informazzjoni mitluba. Wara eżaminazzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni tqis li l-biċċa l-kbira tal-ispjegazzjonijiet mogħtija dwar is-CAP, l-inċidenti serji u l-miżuri ta' infurzar huma adegwati. B'riżultat ta' dan, il-biċċa l-kbira tas-sejbiet tas-CAP ingħalqu u d-dati l-ġodda proposti għall-għeluq ġew aċċettati.

(51)

Wara l-aċċident fatali tat-titjira JT610 ta' Lion Air fid-29 ta' Ottubru 2018, DGCA Indonesia qed ikompli jipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda. Fid-dawl tal-aċċident tat-titjira ET302 ta' Ethiopian Airlines fl-10 ta' Marzu 2019, DGCA Indonesia informa lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu li bħala miżura ta' prekawzjoni jipprojbixxi li l-flotta tal-inġenji tal-ajru Boeing 737 MAX operata minn Lion Air u minn Garuda Indonesia tittajjar.

(52)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(53)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Indoneżja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(54)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Moldova

(55)

F'Settembru 2018, il-Kummissjoni infurmat lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Moldova (“CAAM”) dwar ċertu tħassib tas-sikurezza fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mis-CAAM. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għarrfet lis-CAAM dwar il-bidu ta' konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(56)

Mill-11 sal-15 ta' Frar 2019, esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri għamlu żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fil-Moldova fl-uffiċċji tas-CAAM u fl-uffiċċji ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Moldova, jiġifieri Air Moldova, Fly Pro u Terra Avia.

(57)

Skont ir-rapport mill-esperti, is-CAAM issegwi approċċ għas-sikurezza tal-avjazzjoni li ma fihx tekniki moderni ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Il-qafas leġiżlattiv jenħtieġ li jiġi aġġornat, peress li mhux l-emendi kollha tal-Annessi tal-ICAO ġew integrati fir-regolamenti tal-Moldova. Attwalment, is-CAAM qed taħdem fuq l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-Unjoni f'konformità mal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni ffirmat bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova fl-2012.

(58)

Is-CAAM ma implimentatx mekkaniżmi u proċeduri interni sodi biex l-attivitajiet ta' rutina tal-organizzazzjoni jkunu skont il-qafas legali u tekniku eżistenti. Għalhekk, jenħtieġ li s-CAAM ittejjeb il-funzjoni tal-ġestjoni tal-kwalità tagħha. Id-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet tat-Titjir tas-CAAM stabbiliet proċessi u proċeduri interni, madankollu dawk ma jiġux irrispettati. Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni identifikat oqsma fejn irid isir titjib, b'mod partikolari l-ħtieġa li żżomm b'mod rigoruż mal-proċess taċ-ċertifikazzjoni, il-ħtieġa li jkun hemm traċċabbiltà aħjar tar-rieżami u tal-approvazzjoni tal-manwali, u l-ħtieġa li jissaħħu l-obbligi ta' sorveljanza tad-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet tat-Titjir. Fil-qasam tal-attivitajiet tal-għoti tal-liċenzji, is-CAAM ma stabbiliet l-ebda sistema għas-sorveljanza tal-għarfien teoriku delegat u tal-eżamijiet prattiċi. Barra minn hekk, iż-żamma ta' rekords jenħtieġ li tittejjeb, b'mod partikolari biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-attivitajiet ta' sorveljanza.

(59)

Il-programmi tat-taħriġ żviluppati mid-Diviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà tas-CAAM ma jikkonformawx mal-proċeduri assoċjati stabbiliti u mhumiex biżżejjed biex jinżamm il-livell meħtieġ ta' għarfien, ta' ħiliet, ta' kompetenza u ta' kwalifiki tal-persunal tal-ajrunavigabbiltà. L-awditi jew l-ispezzjonijiet imwettqa mid-Diviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà tas-CAAM jenħtieġ li jissaħħu, peress li l-valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni żvelat problemi fil-kumpaniji tal-ajru tal-Moldova li kellhom jiġu identifikati mill-awditi ta' sorveljanza tas-CAAM stess.

(60)

Air Moldova, l-ikbar kumpanija tal-ajru tal-Moldova, għandha fis-seħħ Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza li taħdem tajjeb, li hija soda u li tiġġenera data utli għall-kumpanija tal-ajru. Is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità hija soda u funzjonali u teħtieġ titjib żgħir biss. Il-maniġment superjuri tal-kumpanija għandu fehim tajjeb ta' dawk is-sistemi u jużahom biex jidentifika r-riskji u biex jieħu l-miżuri xierqa biex itaffi l-ogħla riskji. L-operazzjonijiet tal-kumpanija tal-ajru huma appoġġati minn tekniċi kkwalifikati u minn stazzjonijiet tal-qasam b'kapaċità ta' manutenzjoni. L-organizzazzjoni wriet li għandha sistema soda u strutturata biex tikkontrolla l-aspetti differenti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa. Air Moldova żviluppat il-manwali meħtieġa li fihom il-politiki u li jagħtu dettalji dwar il-proċeduri assoċjati, u li huma approvati mis-CAAM. Il-persunal iċċertifikat huwa mħarreġ sew fuq it-tipi ta' inġenji tal-ajru li jitħaddmu. Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni ma identifikat l-ebda nuqqas kbir.

(61)

Fly Pro hija kumpanija tal-ajru li tittrasporta l-merkanzija b'Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza u b'Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità fis-seħħ. Il-valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fir-rigward ta' dawk is-sistemi identifikat xi nuqqasijiet li jeħtieġu titjib. Il-Manwal dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza ta' Fly Pro jenħtieġ li jiġi aġġornat f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Moldova u mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Fir-rigward tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità, il-kumpanija tal-ajru ma setgħetx turi li twettqu l-awditi kollha tal-programm tal-awditu annwali. Barra minn hekk, is-sistema amministrattiva għall-kontroll tas-sejbiet ma kinitx qed tiffunzjona kif suppost. Fly Pro żviluppat Manwal tal-Operazzjonijiet, iżda l-verżjoni attwali ta' dan il-manwal ma tirriflettix l-operazzjonijiet u l-approvazzjonijiet approvati. Il-Programm ta' Manutenzjoni mhuwiex aġġornat, minħabba li l-ispezzjonijiet ġodda kollha introdotti mill-aħħar Rapport tal-Bord ta' Rieżami tal-Manutenzjoni maħruġ mill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tip ġew introdotti b'intervall żbaljat. L-evalwazzjoni ta' Fly Pro wriet problemi funzjonali fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontroll operazzjonali, tat-taħriġ u taż-żamma tar-rekords, peress li s-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità ma kinitx kapaċi tidentifika n-nuqqasijiet.

(62)

Terra Avia hija kumpanija tal-ajru privata mill-Moldova, li għandha l-bażi operazzjonali tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta' Sharjah, l-Emirati Għarab Magħquda. Il-Manwal dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza ta' Terra Avia jenħtieġ li jiġi aġġornat f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Moldova u mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Barra minn hekk, Terra Avia ma twettaqx l-attivitajiet kollha skont ir-rekwiżiti tal-Manwal dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza (il-ġestjoni tar-riskju titwettaq b'mod superfiċjali, il-promozzjoni tas-sikurezza ma tiġix implimentata għalkollox, u ma jitwettaq l-ebda awditu tas-sikurezza). Terra Avia ma stabbilietx kontroll operazzjonali effettiv fuq il-bidu, il-kontinwazzjoni, id-devjazzjoni jew it-tmiem ta' titjira. Barra minn hekk, il-Programm ta' Manutenzjoni ippreżentat mill-kumpanija tal-ajru mhuwiex aġġornat. Għalkemm huwa ċar li l-inġenji tal-ajru operati minn Terra Avia huma taħt iċ-ċifri dwar l-użu identifikati għall-validità tar-Rapport tal-Bord ta' Rieżami tal-Manutenzjoni u tad-Data dwar l-Ippjanar tal-Manutenzjoni, il-kumpanija tal-ajru ma kkunsidratx l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' Programm ta' Manutenzjoni f'każ ta' Użu Baxx. Terra Avia ma setgħetx turi kif qed taqdi r-responsabbiltajiet tagħha f'termini tal-ajrunavigabbiltà kontinwa. Barra minn hekk, il-kumpanija tal-ajru ma setgħetx turi l-istatus ta' konformità mal-Programm ta' Manutenzjoni. Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni identifikat li l-informazzjoni dwar il-partijiet b'ċiklu tal-ħajja limitat ma kinitx kompluta. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-programm ta' taħriġ u ta' kontroll għall-ekwipaġġ tat-titjiriet tagħha, Terra Avia ma setgħetx turi li l-elementi kollha meħtieġa kienu koperti fil-kors ta' konverżjoni u fit-taħriġ rikorrenti. Terra Avia żviluppat sistema għall-kontroll tal-ħinijiet tat-titjir, tax-xogħol u tal-mistrieħ tal-ekwipaġġi tat-titjiriet u tal-kabina, iżda s-sistema ma kienet tinkludi l-ebda sistema ta' notifika li tinforma li jkun sar xi ksur.

(63)

Wara ż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fl-2019, is-CAAM wettqet Analiżi tas-Sikurezza u fasslet CAP, li jindirizza l-osservazzjonijiet li tqajmu matul iż-żjara. Il-Kummissjoni tqis li l-analiżi hija komprensiva u tistabbilixxi skadenzi speċifiċi għall-azzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li jsiru sforzi sinifikanti biex jiġu koperti l-kompiti kollha inklużi fl-Analiżi tas-Sikurezza. Barra minn hekk, sakemm issir l-implimentazzjoni effettiva ta' din l-Analiżi tas-Sikurezza, ir-riskji għas-sikurezza identifikati matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fl-2019 baqgħu ma ġewx mitigati.

(64)

Fit-2 ta' April 2019, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru semgħu lis-CAAM u lill-kumpaniji tal-ajru Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo. Is-CAAM ippreżentat l-istruttura organizzattiva attwali tagħha, inklużi dettalji dwar il-forza tax-xogħol assenjata lid-Diviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà u lid-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet tat-Titjir tagħha. Is-CAAM ipprovdiet dettalji dwar il-miżuri meħuda mill-aħħar laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru ta' Novembru 2018, inkluż l-informazzjoni dwar it-taħriġ għall-ispetturi operazzjonali, dwar il-proċess ta' reklutaġġ ta' spetturi ġodda, u dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru rreġistrati fil-Moldova. Barra minn hekk, is-CAAM ipprovdiet informazzjoni dwar l-istatus u l-ippjanar tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Moldova mal-qafas regolatorju tal-Unjoni u r-rieżami tal-proċeduri interni u tal-manwali. Is-CAAM ippreżentat sommarju tal-azzjonijiet korrettivi meħuda fir-rigward tal-osservazzjonijiet li saru mill-esperti waqt iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fl-2019. Barra minn hekk, is-CAAM infurmat lill-Kummissjoni li l-AOCs ta' Fly Pro u Terra Avia ġew sospiżi.

(65)

Is-CAAM għarrfet ukoll li mill-bidu tal-2019 ġiet ristrutturata f'istituzzjoni pubblika, iffinanzjata mill-baġit tal-istat. Il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li kwalunkwe rabta bejn il-kunsiderazzjonijiet politiċi u l-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza tiġi evitata. F'dan ir-rigward, is-CAAM se jkollha turi l-indipendenza sħiħa tagħha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha minkejja dan il-qafas istituzzjonali ġdid.

(66)

F'konformità mal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż ir-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni u l-informazzjoni pprovduta waqt is-smigħ, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru jikkunsidraw li s-CAAM għandha biss kapaċitajiet limitati ħafna biex tissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Moldova u għalhekk jeħtieġ li jsir iktar titjib sinifikanti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fis-sikurezza.

(67)

Air Moldova ppreżentat is-CAP tagħha li jindirizza l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni. Dan il-pjan jinkludi azzjonijiet korrettivi u preventivi bbażati fuq analiżi soda tal-kawżi ewlenin. F'dan il-kuntest, l-EASA kkonfermat li mill-perspettiva tat-TCO u tal-SAFA, attwalment din il-kumpanija tal-ajru ma tagħtix lok għal tħassib speċifiku dwar is-sikurezza.

(68)

Fly One tat stampa ġenerali tal-kumpanija, inkluż il-flotta attwali tagħha u r-riżorsi u l-faċilitajiet disponibbli. Iddeskriviet is-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza u s-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità tagħha bħala sistemi sodi u żviluppati sew. Il-kumpanija tal-ajru tuża sett ta' għodod tas-softwer sabiex tintegra d-data dwar il-ġestjoni tas-sikurezza, tal-kwalità u tar-riskji, u sabiex ikollha kontroll effettiv tal-operazzjonijiet tagħha. F'dan il-kuntest, l-EASA kkonfermat li mill-perspettiva tat-TCO u tal-SAFA, attwalment din il-kumpanija tal-ajru ma tagħtix lok għal tħassib speċifiku dwar is-sikurezza.

(69)

Aerotranscargo ppreżentat l-istruttura u l-funzjonament tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità u s-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza tagħha. Informat ukoll dwar l-impenn tagħha li ttejjeb il-prestazzjoni u l-kultura tas-sikurezza tagħha. F'dan il-kuntest, l-EASA kkonfermat li mill-perspettiva tat-TCO u tal-SAFA, attwalment din il-kumpanija tal-ajru ma tagħtix lok għal tħassib speċifiku dwar is-sikurezza.

(70)

Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli attwalment, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Moldova ma hemm l-ebda raġuni biex tinkludihom kollha, ħlief Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo, fil-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(71)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Moldova mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Moldova, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(72)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru min-Nepal

(73)

B'ittra tad-29 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni talbet għal lista ta' dokumenti u ta' azzjonijiet li jridu jitlestew mis-Civil Aviation Authority of Nepal (“CAAN”).

(74)

Permezz ta' ittra tad-9 ta' Diċembru 2018, is-CAAN ipprovdiet id-dokumentazzjoni mitluba kollha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dokumentazzjoni pprovduta kienet strutturata tajjeb u li l-kontenut tagħha kien sodisfaċenti. Is-CAAN għamlet sforzi konsiderevoli biex ittejjeb is-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fin-Nepal. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ iktar titjib sinifikanti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti fis-sikurezza. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-rata ta' aċċidenti u ta' inċidenti rapportabbli għadha partikolarment għolja fin-Nepal. L-aħħar aċċident seħħ fis-27 ta' Frar 2019, fejn ħelikopter Eurocopter AS350 operat minn Air Dynasty ikkraxxja fir-reġjun muntanjuż tal-Lvant ta' Taplejung, in-Nepal. Qabel ma tiġi kkunsidrata xi tneħħija tal-projbizzjoni attwali fuq il-kumpaniji tal-ajru kollha rreġistrati fin-Nepal, jenħtieġ li jsir titjib konsiderevoli fil-proporzjon ta' aċċidenti fin-Nepal.

(75)

F'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru min-Nepal.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Russja

(76)

Il-Kummissjoni, l-EASA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li huma ċċertifikati fir-Russja u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fir-rigward ta' ċerti kumpaniji tal-ajru Russi skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(77)

Fit-22 ta' Marzu 2019, rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA u tal-Istati Membri ltaqgħu ma' rappreżentanti tal-Aġenzija Federali Russa tat-Trasport bl-Ajru (“FATA”), sabiex jirrieżaminaw il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja abbażi tar-rapporti tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa bejn id-19 ta' Settembru 2018 u t-22 ta' Marzu 2019, u sabiex jidentifikaw f'liema każijiet jenħtieġ li l-FATA ssaħħaħ l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha.

(78)

Matul dik il-laqgħa, il-Kummissjoni rrieżaminat f'iktar dettall ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-SAFA ta' kumpanija tal-ajru ċċertifikata fir-Russja u ħadet nota tad-deċiżjoni meħuda mill-FATA biex tirrestrinġi l-AOC tagħha għal titjiriet domestiċi. Fid-dawl tal-għadd kbir ta' applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tat-TCO li ma rriżultawx f'awtorizzazzjoni tat-TCO tal-EASA (19-il każ minn 62 applikazzjoni), il-Kummissjoni talbet lill-FATA biex tirrieżamina l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru affettwati qabel il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(79)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli attwalment, inkluż l-informazzjoni pprovduta mill-FATA fil-laqgħa tat-22 ta' Marzu 2019, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, il-FATA għandha l-ħila u r-rieda meħtieġa biex tindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza. Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn li jsir smigħ tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi u ta' xi kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(80)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Russja.

(81)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru mir-Russja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(82)

Meta dawk l-ispezzjonijiet jidentifikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' timponi projbizzjoni fuq l-operat tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mir-Russja u tinkludihom fl-Anness A jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela

(83)

Fis-6 ta' Marzu 2017, il-kumpanija tal-ajru Avior Airlines, iċċertifikata fil-Venezwela, applikat għal awtorizzazzjoni tat-TCO mill-EASA. L-EASA vvalutat dik l-applikazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Fl-4 ta' Ottubru 2017, l-EASA rrifjutat l-applikazzjoni tat-TSO minn Avior Airlines għal raġunijiet ta' sikurezza.

(84)

Fit-14 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru semgħu lill-Instituto Nacional de Aeronáutica Civil (“INAC”) u lil Avior Airlines, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Wara dak is-smigħ, f'Novembru 2017 il-Kummissjoni emendat il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li kienu soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, u l-kumpanija tal-ajru Avior Airlines ġiet inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (9).

(85)

Wara laqgħa teknika li saret fid-29 ta' Awwissu 2018, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, fl-14 ta' Novembru 2018 l-INAC ipparteċipa fi smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Minkejja li ġew implimentati ċerti elementi ta' sistema ta' sorveljanza u dawn kienu jidhru xierqa f'termini ta' struttura, l-għadd ta' persunal ta' sorveljanza, il-proċeduri ddokumentati u l-ippjanar tal-ispezzjonijiet, l-analiżi tal-informazzjoni disponibbli wriet li kien hemm għadd ta' inkonsistenzi. Madankollu, dawk l-inkonsistenzi ma kinux ta' natura li tiġġustifika l-inklużjoni tal-kumpaniji tal-ajru kollha mill-Venezwela fl-Anness A jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(86)

Il-Venezwela ilha tipprovdi aġġornamenti kontinwi dwar l-istatus tal-obbligi ta' sorveljanza tagħha. Fis-17 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni talbet lill-INAC jipprovdi informazzjoni dwar tliet kumpaniji tal-ajru tal-Venezwela, jiġifieri Avior Airlines, Estelar Latinoamericana u Conviasa. Din it-talba kienet tinkludi r-rapporti kollha ta' spezzjoni fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ajrunavigabbiltà, tal-għoti tal-liċenzji tal-persunal u tal-ajrunawtika medika mwettqa matul l-2017 u l-2018 mill-INAC fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji tal-ajru, u r-rapporti kollha ta' spezzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni li jaħdmu għal kwalunkwe waħda minn dawk it-tliet kumpaniji tal-ajru tal-Venezwela. Saret talba simili fir-rigward taċ-ċentri tat-taħriġ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet għar-rapporti kollha tal-ispezzjonijiet fir-rampa li saru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru tal-Venezwela, inkluż l-azzjonijiet korrettivi u l-miżuri ta' segwitu meħuda mill-INAC. L-INAC ippreżenta l-informazzjoni kollha mitluba fil-pront, u l-Kummissjoni se tkompli tanalizzaha, u se titlob għal iktar informazzjoni skont kif ikun meħtieġ.

(87)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-INAC fil-1 ta' April 2019, Avior Airlines kisbet iċ-ċertifikat tal-IOSA. L-EASA infurmat li Avior Airlines biħsiebha tippreżenta applikazzjoni ġdida għal awtorizzazzjoni tat-TCO.

(88)

F'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela.

(89)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Venezwela mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Venezwela, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(90)

Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(91)

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jirrikonoxxi l-ħtieġa biex id-deċiżjonijiet jittieħdu malajr u, fejn xieraq, b'mod urġenti, minħabba l-implikazzjonijiet għas-sikurezza. Għaldaqstant hu essenzjali li biex titħares l-informazzjoni sensittiva u biex jonqsu kemm jista' jkun l-impatti kummerċjali, id-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji tal-ajru soġġetti għal projbizzjoni jew għal restrizzjoni tal-operat fl-Unjoni, jiġu ppubblikati u jidħlu fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħhom.

(92)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 474/2006 jiġi emendat skont dan.

(93)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness B huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005, ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 619/2009 tat-13 ta' Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 182, 15.7.2009, p. 4).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1131/2008 tal-14 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 306, 15.11.2008, p. 47).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 tal-14 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni, (ĠU L 152, 15.6.2018, p. 5).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2215 tat-30 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 318, 2.12.2017, p. 1).


ANNESS I

L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS A

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

L-Istat tal-Operatur

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

Il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

MED-VIEW AIRLINE

MVA/AOC/10-12/05

MEV

In-Niġerja

AIR ZIMBABWE (PVT) LTD

177/04

AZW

Iż-Żimbabwe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

AO-008/11-07/17 TEJ

TEJ

Ir-Repubblika tal-Angola

GUICANGO

AO-009/11-06/17 YYY

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

AO-006/11-08/18 MBC

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

AO-015/15-06/17YYY

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

AO 007/11-08/18 YYY

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SJL

AO-014/13-08/18YYY

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

AO-002/11-08/17 SOR

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

CANADIAN AIRWAYS CONGO

RAC06-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EMERAUDE

RAC06-008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A.

RAC 06-014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

MISTRAL AVIATION

RAC06-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

TSG

Ir-Repubblika tal-Kongo

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR FAST CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0112/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/0053/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/0056/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/00625/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BLUE AIRLINES

106/CAB/MIN/TVC/2012

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BLUE SKY

409/CAB/MIN/TVC/0028/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/0050/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

CONGO AIRWAYS

019/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

DAKOTA SPRL

409/CAB/MIN/TVC/071/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

DOREN AIR CONGO

102/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/011/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/0059/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KORONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/001/2011

KGO

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MALU AVIATION

098/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/009/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVE AIR

004/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVICES AIR

103/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/0084/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

TRANSAIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/073/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

WILL AIRLIFT

409/CAB/MIN/TVC/0247/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Afrijet Business Service li jinsabu fl-Anness B, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Gaboniża

NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T)

008/MTAC/ANAC-G/DSA

NRG

Ir-Repubblika Gaboniża

SOLENTA AVIATION GABON

006/MTAC/ANAC-G/DSA

SVG

Ir-Repubblika Gaboniża

TROPICAL AIR-GABON

011/MTAC/ANAC-G/DSA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR BISHKEK (ex EASTOK AVIA)

15

EAA

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS)

13

CBK

Ir-Repubblika Kirgiża

HELI SKY

47

HAC

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MANAS AIRWAYS

42

BAM

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP INTERNATIONAL (ex S GROUP AVIATION)

45

IND

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY BISHKEK

43

BIS

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

39

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TEZ JET

46

TEZ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Il-Liberja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GHADAMES AIR TRANSPORT

012/05

GHT

Il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Moldova responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA Î.M “TANDEM AERO” SRL

MD005

TDM

Ir-Repubblika tal-Moldova

Î.M “VALAN ICC” SRL

MD009

VLN

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “AIM AIR” SRL

MD015

AAM

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “OSCAR JET” SRL

MD017

OSJ

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “AIR STORK” SRL

MD018

MSB

Ir-Repubblika tal-Moldova

Î M “MEGAVIATION” SRL

MD019

ARM

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “PECOTOX-AIR” SRL

MD020

PXA

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “TERRA AVIA” SRL

MD022

TVR

Ir-Repubblika tal-Moldova

CA “FLY PRO” SRL

MD023

PVV

Ir-Repubblika tal-Moldova

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR KASTHAMANDAP

051/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

GOMA AIR

064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

HIM

Ir-Repubblika tan-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MANANG AIR PVT LTD

082/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MUKTINATH AIRLINES

081/2013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

Ir-Repubblika tan-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

YETI AIRLINES DOMESTIC

037/2004

NYT

Ir-Repubblika tan-Nepal

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Sierra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Sierra Leone

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Ir-Repubblika tas-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Ir-Repubblika tas-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tas-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Ir-Repubblika tas-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Ir-Repubblika tas-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Ir-Repubblika tas-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Ir-Repubblika tas-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Ir-Repubblika tas-Sudan


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru elenkati fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS II

L-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS B

LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI  (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

L-Istat tal-Operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

L-Istat tar-reġistrazzjoni

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Comoros

Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP.

Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336).

Comoros

AFRIJET BUSINESS SERVICE  (2)

002/MTAC/ANAC-G/DSA

ABS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha ħlief: żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900.

Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR.

Ir-Repubblika Gaboniża

IRAN AIR

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Il-flotta kollha ħlief: żewġ inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru elenkati fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  Il-kumpanija Afrijet Business Service titħalla tuża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għal-livell attwali ta' operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.


Top