This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0567
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/567 of 9 April 2019 amending Council Regulation (EC) No 1210/2003 concerning certain specific restrictions on economic and financial relations with Iraq
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/567 tad-9 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/567 tad-9 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
C/2019/2877
ĠU L 99, 10.4.2019, pp. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
10.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/567
tad-9 ta' April 2019
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-4 ta' April 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi disa' annotazzjonijiet mil-lista ta' persuni jew entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-entrati li ġejjin:
|
“48. |
GENERAL ESTABLISHMENT FOR THARTHAR PROJECT. Indirizz: P.O. 21, Fallouja, l-Iraq.” |
|
“58. |
IRAQI BROADCASTING AND TELEVISION ESTABLISHMENT. Indirizz: Broadcasting & TV Building, Salihiya, Karkh, Bagdad, l-Iraq.” |
|
“64. |
IRAQI NEWS AGENCY. Indirizz: 28 Nissan Complex, Al Salihiya, Bagdad, l-Iraq.” |
|
“81. |
MINISTRY OF YOUTH, DIRECTORATE-GENERAL OF PLANNING AND FOLLOW UP, IMPORT SECTION. Indirizz: Box 19055, Palestine Street, qrib Al-Shaab Stadium, Bagdad, l-Iraq.” |
|
“140. |
STATE ENTERPRISE FOR IRRIGATION PROJECTS. Indirizz: Karantina, ħdejn Sarafiya Bridge, Bagdad, l-Iraq.” |
|
“164. |
STATE ESTABLISHMENT OF HADITHA DAM. Indirizz: Haklanya, Haditha, l-Iraq.” |
|
“165. |
STATE ESTABLISHMENT OF HEMREEN DAM. Indirizz: 6 Mukdadiya, Mukdadiya, l-Iraq.” |
|
“169. |
STATE ESTABLISHMENT OF MOSUL DAM. Indirizz: Ninewa Governorate, Mosul, l-Iraq.” |
|
“170. |
STATE ESTABLISHMENT OF SMALL DAMS AND REGULATORS. Indirizz: Sinak, Bagdad, l-Iraq.” |