This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0549
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/549 of 2 April 2019 approving an amendment to the specification for a Protected Designation of Origin or a Protected Geographical Indication ‘Cataluña’/‘Catalunya’ (PDO)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/549 tat-2 ta' April 2019 li japprova emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta jew ta' Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cataluña”/“Catalunya” (DOP)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/549 tat-2 ta' April 2019 li japprova emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta jew ta' Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cataluña”/“Catalunya” (DOP)
C/2019/2727
ĠU L 96, 5.4.2019, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/549
tat-2 ta' April 2019
li japprova emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta jew ta' Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cataluña”/“Catalunya” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni għad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Cataluña”/“Catalunya”, mibgħuta minn Spanja skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni “Cataluña”/“Catalunya” (DOP) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni