This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0501
Regulation (EU) 2019/501 of the European Parliament and of the Council of 25 March 2019 on common rules ensuring basic road freight and road passenger connectivity with regard to the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the Union (Text with EEA relevance.)
Regolament (UE) 2019/501 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament (UE) 2019/501 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
PE/67/2019/REV/1
ĠU L 85I, 27.3.2019, p. 39–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2020
27.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 85/39 |
REGOLAMENT (UE) 2019/501 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Marzu 2019
dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”). It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perjodu. |
(2) |
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, itemm, fir-rigward tar-relazzjoni tiegħu mas-sebgħa u għoxrin Stat Membru li jifdal u fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċjali, id-drittijiet u l-obbligi kollha li joriġinaw mid-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-aċċess għas-suq, kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (3) u mir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(3) |
Is-sistema multilaterali tal-kwoti tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (ECMT) hija l-unika qafas ġuridiku ieħor disponibbli li jista' jipprovdi bażi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn l-Unjoni u r-Renju Unit wara d-data tal-ħruġ. Madankollu, minħabba l-għadd limitat ta' permessi attwalment disponibbli taħt is-sistema tal-ECMT u l-ambitu limitat tagħha fir-rigward tat-tipi ta' operazzjonijiet tat-trasport bit-triq koperti, is-sistema attwalment mhijiex adegwata biex tindirizza bis-sħiħ il-ħtiġijiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. |
(4) |
Sabiex jiġi evitat tfixkil serju kawża ta' dan, inkluż fir-rigward tal-ordni pubbliku, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit sett temporanju ta' miżuri li jippermettu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u l-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank liċenzjati fir-Renju Unit iġorru merkanzija u passiġġieri bit-triq bejn it-territorju ta' dan tal-aħħar u tal-bqija tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru, jew mit-territorju tar-Renju Unit għat-territorju tar-Renju Unit bi tranżitu fi Stat Membru wieħed jew aktar. Sabiex jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri li jifdal, jenħtieġ li d-drittijiet mogħtija jkunu soġġetti għall-għoti ta' drittijiet ekwivalenti u għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta. |
(5) |
Ġibiltà mhijiex inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe referenza għar-Renju Unit fih ma jinkludux lil Ġibiltà. |
(6) |
Id-dritt li jitwettqu operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju ta' Stat Membru jew bejn l-Istati Membri huwa kisba fundamentali tas-suq intern u jenħtieġ li, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċifika għall-kuntrarju, ma jitħalliex jibqa' disponibbli għal operaturi tat-trasport bit-triq tar-Renju Unit li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li jiġu previsti miżuri temporanji ta' eliminazzjoni gradwali sabiex jippermettu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit iwettqu għadd limitat ta' operazzjonijiet addizzjonali fit-territorju tal-Unjoni fil-kuntest ta' operazzjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni. Immedjatament wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim ta' ħruġ, jenħtieġ li tali miżuri jgħinu biex jipprevjenu tfixkil fil-flussi tat-traffiku, li huma mistennija bħala konsegwenza tal-kontrolli addizzjonali tal-vetturi u l-merkanzija tagħhom, u t-theddid li jirriżulta għall-ordni pubblika. Jenħtieġ li dawn jgħinu biex itaffu, b'mod aktar partikolari, il-pressjoni fuq il-punti tal-fruntiera, li jkunu ta' numru żgħir u li jkunu fejn tali tfixkil huwa l-aktar probabbli, minħabba li l-vetturi m'għandhomx bżonn jerġgħu lura immedjatament. Jenħtieġ li dawn ikunu proporzjonati u ma jirreplikawx l-istess livell ta' drittijiet bħal dawk li jgawdu l-operaturi tat-trasport bit-triq tal-Unjoni skont ir-regoli tas-suq intern, u jenħtieġ li jitneħħew b'mod gradwali f'konformità ma' dan ir-Regolament. |
(7) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċjali, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jwassal ukoll għal tfixkil serju, inkluż fir-rigward tal-ordni pubbliku, fil-kuntest tas-servizzi tal-passiġġieri bit-triq. Il-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali ta' passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (5) (“il-Ftehim Interbus”) huwa l-uniku qafas legali li jipprevedi bażi għat-trasport ta' passiġġieri bix-xarabank u bil-kowċ bejn l-Unjoni u r-Renju Unit wara d-data tal-ħruġ. Ir-Renju Unit se jsir Parti Kontraenti għalih innifsu għall-Ftehim Interbus mill-1 ta' April 2019. Madankollu, il-Ftehim Interbus ikopri biss servizzi okkażjonali u huwa, għalhekk, inadegwat biex jindirizza t-tfixkil li jirriżulta mill-ħruġ, minħabba l-għadd kbir ta' persuni li jkomplu jfittxu li jivvjaġġaw bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Ġie nnegozjat Protokoll għall-Ftehim Interbus li jkopri s-servizzi regolari tat-trasport tal-passiġġieri bejn il-Partijiet Kontraenti tiegħu, iżda mhuwiex mistenni li jidħol fis-seħħ fil-ħin biex joffri soluzzjoni alternattiva vijabbli għas-sitwazzjoni attwali għall-perjodu immedjatament wara l-ħruġ tar-Renju Unit. Għalhekk, għal servizzi regolari u speċjali tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank u bil-kowċ, l-istrumenti attwali ma jindirizzawx il-ħtiġijiet tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Biex jittaffa t-tfixkil maġġuri li jirriżulta u li jista' jqiegħed l-ordni pubbliku f'riskju, huwa għalhekk xieraq li t-trasportaturi tar-Renju Unit jitħallew iġorru passiġġieri mir-Renju Unit lejn l-Unjoni u viċe versa sakemm ir-Renju Unit jagħti għall-inqas drittijiet ekwivalenti lit-trasportaturi tal-UE. Dawk id-drittijiet mogħtija taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu limitati għal perjodu qasir ta' żmien, sabiex jippermettu li l-Protokoll għall-Ftehim Interbus dwar is-servizzi regolari jidħol fis-seħħ u r-Renju Unit jaderixxi għal dak il-Protokoll. Is-servizzi transfruntiera bil-kowċ u x-xarabank bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq huma ta' importanza partikolari għall-komunitajiet li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntieri, bil-ħsieb li tiġi żgurata konnettività bażika bejn il-komunitajiet inter alia bħala parti miż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar. Il-ġbir u t-tniżżil ta' passiġġieri fir-reġjuni fuq kull naħa tal-fruntiera jsostnu l-vijabbiltà ta' dawk is-servizzi. Għalhekk, il-ġbir u t-tniżżil ta' passiġġieri minn operaturi tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit jenħtieġ li jkomplu jiġu awtorizzati fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Irlanda matul servizzi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Dawn id-drittijiet jenħtieġ li jingħataw għal perjodu ta' żmien limitat (sat-30 ta' Settembru 2019) biex l-alternattivi jkunu jistgħu jiġu implimentati. |
(8) |
Sabiex jirriflettu l-karattru temporanju tagħhom, filwaqt li ma jiġix stabbilit preċedent, jenħtieġ li s-sett ta' miżuri previst f'dan ir-Regolament ikun limitat għal perjodu qasir ta' żmien. Fir-rigward ta' operazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, il-limitu ta' żmien isir fid-dawl ta' arranġamenti possibbli li jsiru għall-konnettività bażika fl-ambitu tas-sistema tal-EMCT, u mingħajr preġudizzju kemm għan-negozjati possibbli kif ukoll għad-dħul fis-seħħ ta' ftehim futur li jkopri t-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn l-Unjoni u r-Renju Unit u regoli futuri tal-Unjoni dwar it-trasport. F'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank u bil-kowċ, il-limitu ta' żmien isir biex il-Protokoll għall-Ftehim Interbus dwar is-servizzi regolari jkun jista' jidħol fis-seħħ u biex ir-Renju Unit jaderixxi għal dak il-Protokoll, u mingħajr preġudizzju għal ftehim futur possibbli dwar il-kwistjoni bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. |
(9) |
F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
(10) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, sakemm ma jkunx daħal- fis-seħħ sa dik id-data ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit. Jenħtieġ li dan ir-Regolament fi kwalunkwe każ ma jibqgħax japplika mill-31 ta' Diċembru 2019. L-Unjoni, għalhekk, se tieqaf milli teżerċita l-kompetenza eżerċitata permezz ta' dan ir-Regolament wara dik id-data. Mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra tal-Unjoni, u soġġett għall-konformità ma' dawk il-miżuri, dik il-kompetenza, f'konformità mal-Artikolu 2(2) tat-TFUE, terġa' tiġi eżerċitata mill-Istati Membri wara dan. Il-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali fil-qasam tat-trasport bit-triq għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mat-Trattati u filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
(11) |
Fejn meħtieġ biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tas-suq, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, biex terġa' tiġi stabbilita l-ekwivalenza tad-drittijiet mogħtija mill-Unjoni lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit, kif ukoll lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit, ma' dawk mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni, u lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni, inkluż meta d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit jingħataw fuq il-bażi tal-Istat Membru ta' oriġini jew inkella ma jkunux ugwalment disponibbli għall-operaturi kollha tal-Unjoni, u biex jiġi offrut rimedju għall-okkorrenzi ta' kompetizzjoni inġusta għad-detriment tal-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni u tal-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni. |
(12) |
L-atti delegati jenħtieġ li jkunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u għalhekk it-termini tagħhom jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-problemi li jinqalgħu minħabba n-nuqqas ta' għoti ta' drittijiet ekwivalenti jew permezz ta' kundizzjonijiet inġusti ta' kompetizzjoni. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi prevista mill-Kummissjoni biss fil-każijiet l-aktar serji, fejn l-ebda drittijiet ekwivalenti ma jingħataw lil operaturi tat-trasport bit-triq tal-Unjoni jew lil operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni mir-Renju Unit jew fejn id-drittijiet mogħtija jkunu minimi, jew fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni għall-operaturi tat-trasport bit-triq tar-Renju Unit jew l-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank fir-Renju Unit ikunu tant differenti minn dawk tal-operaturi tal-Unjoni li l-provvista tas-servizzi inkwistjoni tal-operaturi tal-Unjoni ma tkunx ekonomikament vijabbli għalihom. |
(13) |
Meta jiġu adottati l-atti delegati, huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitmexxew f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (6). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. Jenħtieġ li jiġi żgurat li kwalunkwe att delegat bħal dan ma jaffettwax bla bżonn il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni u lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni ekwivalenti għal dawk mogħtija minn dan ir-Regolament lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit u lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit ikunu disponibbli bl-istess mod għall-operaturi kollha tal-Unjoni, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009 jenħtieġ li jiġi estiż temporanjament. Dawk ir-Regolamenti diġà jkopru l-parti tal-vjaġġ bejn Stat Membru u pajjiż terz fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru li wieħed jgħaddi minnu fi tranżitu. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġi żgurat, f'dan il-każ, li r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 japplika wkoll għall-parti tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt, u li r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 japplika għall-parti tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru ta' ġbir jew ta' tniżżil tal-passiġġieri. Tali estensjoni għandha l-għan li tiżgura li l-operaturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta' trasport transfruntier minn terzi lejn jew mir-Renju Unit, kif ukoll waqfiet addizzjonali fl-operazzjoni tagħhom tat-trasport tal-passiġġieri, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri temporanji li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija bit-triq, kif ukoll il-provvista ta' servizzi tat-trasport regolari u tat-trasport regolari speċjali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank, bejn l-Unjoni u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“vettura” tfisser, fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija, vettura bil-mutur irregistrata fir-Renju Unit jew vetturi kkombinati, li talanqas il-vettura bil-mutur tagħhom tkun irreġistrata fir-Renju Unit, użata esklussivament għat-trasport tal-merkanzija, li tkun jew proprjetà tal-impriża, wara li tkun inxtrat minnha b'kundizzjonijiet differiti jew li tkun ġiet mikrija, sakemm, fil-każ tal-aħħar, tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ufir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri, xarabank jew kowċ; |
(2) |
“trasport awtorizzat ta' merkanzija” tfisser:
|
(3) |
“trasport awtorizzat ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank” tfisser:
|
(4) |
“reġjun tal-fruntiera tal-Irlanda” tfisser il-kontej tal-Irlanda li jmissu mal-fruntiera tal-art bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq; |
(5) |
“operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni” tfisser impriża, involuta fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, li jkollha liċenzja Komunitarja valida, f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009; |
(6) |
“operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit” tfisser impriża stabbilita fir-Renju Unit li hija awtorizzata li teżerċita t-trasport tal-merkanzija bit-triq u li għandha liċenzja valida tar-Renju Unit; |
(7) |
“liċenzja tar-Renju Unit”, meta maħruġa lil operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit, tfisser liċenzja maħruġa mir-Renju Unit għall-finijiet ta' trasport internazzjonali fir-rigward tat-trasport awtorizzat ta' merkanzija u, meta maħruġa lil operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit, liċenzja maħruġa mir-Renju Unit għall-finijiet ta' trasport internazzjonali fir-rigward ta trasport awtorizzat ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank; |
(8) |
“xarabank jew kowċ” tfisser vettura rreġistrata fir-Renju Unit, li tkun, minħabba l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħha, adattata u maħsuba biex tittrasporta aktar minn disa' passiġġieri, inkluż is-sewwieq; |
(9) |
“servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati tul rotot speċifikati, filwaqt li passiġġieri jinġabru u jitniżżlu f'punti ta' waqfien determinati minn qabel; |
(10) |
“servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari, irrispettivament minn min jorganizzahom, li jipprovdu trasport ta' kategoriji speċifikati ta' passiġġieri, bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra; |
(11) |
“operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank fl-Unjoni” tfisser impriża involuta fit-trasport ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank li jkollha liċenzja Komunitarja valida f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/2009; |
(12) |
“operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit” tfisser impriża stabbilita fir-Renju Unit li hija awtorizzata biex tingaġġa ruħha fit-trasport ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jkollha liċenzja valida tar-Renju Unit; |
(13) |
“operatur” tfisser jew operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank; |
(14) |
“liġi tal-kompetizzjoni” tfisser kwalunkwe liġi li tindirizza l-imġiba li ġejja, meta din tista' taffettwa servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew servizzi tal-kowċ u x-xarabank:
|
(15) |
“sussidju” tfisser kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija lil operatur mill-gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku ieħor fi kwalunkwe livell, li jikkonferixxi benefiċċju, u li jinkludi:
|
(16) |
“awtorità tal-kompetizzjoni indipendenti” tfisser awtorità li hija responsabbli mill-applikazzjoni u mill-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni kif ukoll mill-kontroll tas-sussidji, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(17) |
“diskriminazzjoni” tfisser divrenzjar ta' kull tip mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva fir-rigward tal-provvista ta' merkanzija jew servizzi, inklużi s-servizzi pubbliċi, użati għat-tħaddim ta' servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank, jew fir-rigward tat-trattament tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għat-tali servizzi; |
(18) |
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorju tal-Istati Membri li għalih japplikaw it-TUE u t-TFUE, bil-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati. |
Artikolu 3
Id-dritt li jitwettaq trasport awtorizzat ta' merkanzija
1. L-operaturi tat-trasport ta' merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jistgħu, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettqu trasport awtorizzat ta' merkanzija.
2. It-trasport awtorizzat ta' merkanzija tat-tipi li ġejjin jistgħu jitwettqu minn persuni naturali jew ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit, mingħajr il-ħtieġa għal liċenzja tar-Renju Unit fis-sens tal-Artikolu 2(7):
(a) |
it-trasport tal-posta bħala servizz universali; |
(b) |
it-trasport ta' vetturi li jkunu ġarrbu ħsarat jew li waqfu jiffunzjonaw; |
(c) |
it-trasport ta' merkanzija f'vetturi bil-mutur li l-massa bit-tagħbija permissibbli tagħhom, li jinkludi anke t-toqol tal-karrijiet, ma teċċedix it-3,5 tunnellati; |
(d) |
it-trasport ta' prodotti mediċinali, apparat, tagħmir u artikoli oħra li huma meħtieġa għall-kura medika f'każijiet ta' emerġenza, partikolarment fil-każijiet ta' diżastri naturali; |
(e) |
it-trasport tal-merkanzija sakemm:
|
Artikolu 4
Dritt ta' twettiq ta' servizzi regolari u servizzi regolari speċjali bil-kowċ u x-xarabank
1. L-operaturi tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit jistgħu, taħt kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettqu trasport awtorizzat ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank li jikkostitwixxi servizzi regolari u servizzi regolari speċjali.
2. L-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit iridu jkunu fil-pussess ta' awtorizzazzjoni maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikoli 6 sa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 biex iwettqu servizzi regolari u servizzi regolari speċjali awtorizzati bil-kowċ u x-xarabank għall-kiri u għal remunerazzjoni.
3. L-awtorizzazzjonijiet li jibqgħu validi taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jintużaw għall-iskopijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk ikunu ġew imġedda taħt l-istess termini u kundizzjonijiet, jew jinbidlu f'termini ta' waqfiet, nollijiet jew skeda, u soġġetti għar-regoli u l-proċeduri tal-Artikoli 6 sa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għal perjodu ta' validità li ma jestendix lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2019.
4. It-trasport awtorizzat tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank imwettaq minn persuni naturali jew ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit, għal skopijiet mhux kummerċjali u mingħajr profitt jistgħu jitwettqu mingħajr il-ħtieġa ta' liċenzja tar-Renju Unit fis-sens tal-Artikolu 2(7), fejn:
(a) |
l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna fiżika jew ġuridika; u |
(b) |
il-vetturi użati jkunu l-proprjetà ta' dik il-persuna fiżika jew ġuridika jew ikunu ġew akkwistati minn dik il-persuna b'xiri fit-tul jew ikunu soġġetti għal kuntratt ta' kiri fit-tul, u jinsaqu minn membru tal-persunal tal-persuna fiżika jew ġuridika, jew mill-persuna fiżika nnifisha, jew minn persunal impjegat mill-impriża, jew imqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha, taħt obbligu kuntrattwali. |
Dawk l-operazzjonijiet tat-trasport għandhom ikunu eżentati minn kwalunkwe sistema ta' awtorizzazzjoni fl-Unjoni, sakemm il-persuna li twettaq l-attività tkun fil-pussess ta' awtorizzazzjoni nazzjonali maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.
5. Il-bdil ta' vettura, jew l-interruzzjoni ta' trasport biex ikun possibbli li parti mill-vjaġġ isir b'mezz ieħor ta' trasport, ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Ftehimiet jew arranġamenti bilaterali
L-Istati Membri ma għandhom la jinnegozjaw u lanqas jidħlu f'ebda ftehim jew arranġament bilaterali mar-Renju Unit dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-perjodu li matulu japplika dan ir-Regolament. Fir-rigward ta' dak il-perjodu, dawn ma għandhom jagħtu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jew lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit ebda dritt mod ieħor għajr dawk id-drittijiet mogħtija f'dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal arranġamenti bilaterali eżistenti.
Artikolu 6
Regoli soċjali u tekniċi
Matul it-trasport awtorizzat ta' merkanzija jew passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank f'konformità ma' dan ir-Regolament, ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu osservati:
(a) |
fir-rigward ta' ħaddiema mobbli u xufiera li jaħdmu għal rashom, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); |
(b) |
fir-rigward ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali marbuta mat-trasport bit-triq, ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); |
(c) |
fir-rigward ta' takografi fit-trasport bit-triq, ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
(d) |
fir-rigward tal-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku tax-xufiera, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); |
(e) |
fir-rigward tad-dimensjonijiet u l-piżijiet massimi awtorizzati ta' ċerti vetturi tat-triq, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (12); |
(f) |
fir-rigward tal-installazzjoni u tal-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE (13); |
(g) |
fir-rigward tal-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà u tas-sistemi ta' sikurezza għat-tfal fil-vetturi, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE (14); |
(h) |
fir-rigward tal-istazzjonar tal-ħaddiema, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). |
(i) |
fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). |
Artikolu 7
Ekwivalenza tad-drittijiet
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tagħhom.
2. Fejn tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni jew tal-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank mhumiex, de jure jew de facto, ekwivalenti għal dawk mogħtija lill-operaturi tar-Renju Unit taħt dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ugwali għall-operaturi kollha tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni jew għall-operaturi ta' servizzi tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien u sabiex terġa' tistabbilixxi l-ekwivalenza, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11 sabiex twettaq dan li ġej:
(a) |
tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) jew l-Artikolu 4(1) sa (4) ta' dan ir-Regolament meta l-ebda dritt ekwivalenti ma jingħata lill-operaturi tal-Unjoni, jew meta d-drittijiet mogħtija jkunu minimi; |
(b) |
tistabbilixxi limiti tal-kapaċità disponibbli permissibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit u għall-operaturi tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit jew għall-għadd ta' vjaġġi, jew għat-tnejn; jew |
(c) |
tadotta restrizzjonijiet operattivi relatati mat-tipi ta' vetturi jew mal-kundizzjonijiet ta' ċirkolazzjoni. |
Artikolu 8
Kompetizzjoni ġusta
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-kundizzjonijiet li taħthom l-operaturi tal-Unjoni jikkompetu mal-operaturi tar-Renju Unit biex jipprovdu s-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u s-servizzi tal-kowċ u x-xarabank koperti minn dan ir-Regolament.
2. Meta tiddetermina li, bħala riżultat ta' kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu sostanzjalment inqas favorevoli minn dawk li jgawdu l-operaturi tar-Renju Unit, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien u sabiex tirrimedja dik is-sitwazzjoni, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11 sabiex twettaq dan li ġej:
(a) |
tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) jew l-Artikolu 4(1) sa (4) meta l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni għall-operaturi tat-trasport bit-triq tar-Renju Unit jew tal-operaturi tas-servizzi tax-xarabank u l-kowċ tar-Renju Unit ikunu tant differenti minn dawk li japplikaw liill-operaturi tal-Unjoni li l-provvista ta' servizzi minn dawn tal-aħħar ma tkunx ekonomikament vijabbli għalihom; jew |
(b) |
tistabbilixxi limiti għall-kapaċità disponibbli permissibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit u għall-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit, jew għall-għadd ta' vjaġġi jew għat-tnejn; jew |
(c) |
tadotta restrizzjonijiet operattivi relatati mat-tipi ta' vetturi jew mal-kundizzjonijiet ta' ċirkolazzjoni. |
3. L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f'dak il-paragrafu, jiġu adottati sabiex jirrimedjaw is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-għoti ta' sussidji mir-Renju Unit; |
(b) |
in-nuqqas mir-Renju Unit, li jkollu stabbilita jew li japplika b'mod effettiv liġi tal-kompetizzjoni; |
(c) |
in-nuqqas mir-Renju Unit, li jistabbilixxi jew iżomm awtorità tal-kompetizzjoni indipendenti; |
(d) |
l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema, tas-sikurezza, tas-sigurtà jew tal-ambjent li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet rilevanti fil-liġi tal-Unjoni, ikunu inferjuri għal dawk applikati mill-Istati Membri kollha jew, fi kwalunkwe każ, ikunu inferjuri għall-istandards internazzjonali rilevanti; |
(e) |
l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards relatati mal-għoti ta' liċenzji għal operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew għal operaturi ta' servizzi tal-kowċ u x-xarabank li huma inferjuri għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) 1071/2009 (17); |
(f) |
l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards relatati mal-kwalifika u t-taħriġ ta' xufiera professjonali li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2003/59/KE; |
(g) |
l-applikazzjoni mir-Renju Unit tar-regoli fir-rigward tar-regoli tat-tassazzjoni u tal-pedaġġi tat-triq li jkunu differenti mir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18); u |
(h) |
kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni kontra l-operaturi tal-Unjoni. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jew mill-operaturi tar-Renju Unit. dawn ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba fil-perjodu ta' żmien raġonevoli stipulat mill-Kummissjoni, jew jipprovdu informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni tista' tipproċedi skont il-paragrafu 2.
Artikolu 9
Estensjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009
1. Fil-kuntest tat-trasport ta' merkanzija bejn it-territorju tal-Unjoni u t-territorju tar-Renju Unit imwettaq minn operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni li jiddependi fuq drittijiet mogħtija mir-Renju Unit, kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, ekwivalenti għal dawk mogħtija taħt dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 għandu japplika għall-parti tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt.
2. Fil-kuntest tat-trasport ta' passiġġieri bejn it-territorju tal-Unjoni u t-territorju tar-Renju Unit imwettaq minn operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni li jiddependi fuq id-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit, kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, ekwivalenti għal dawk mogħtija taħt dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandu japplika għall-parti tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru ta' ġbir jew ta' tniżżil.
Artikolu 10
Konsultazzjoni u kooperazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u jikkooperaw magħhom skont il-ħtieġa sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 7 u 8.
Artikolu 11
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 8(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.
2. Qabel l-adozzjoni ta' att delegat skont l-Artikolu 7(2) jew 8(2), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
3. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-jum wara dak meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE.
Madankollu, dan ir-Regolament m'għandux japplika jekk sa dik id-data jkun daħal fis-seħħ ftehim dwar l-ħruġ konkluż mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 50(2) TUE.
Dan ir-Regolament għandu jieqaf japplika fil-31 ta' Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Opinjoni tal-20 ta' Frar 2019 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
(5) ĠU L 321, 26.11.2002, p. 13.
(6) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(7) Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82).
(8) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(11) Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perijodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(13) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27).
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà u s-sistemi ta' sikurezza għat-tfal fil-vetturi (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26).
(15) Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
(18) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/62/KE tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42).